MLT
REWS

Single Contact Point Renewable Energy Permitting In Malta

Last updated Nov 26, 2025

Punteġġ ta’ Kuntatt Uniku għall-Permess ta’ Enerġija Rinovabbli f’Malta

Il-punt ta’ kuntatt uniku huwa ddedikat skont is-sub-regolazzjoni (5) tar-Regolament 19 tar-Regolamenti dwar il-Promozzjoni ta’ Enerġija minn Sorsi Rinnovabbli (S.L. 545.35), u huwa ffurmat flimkien bejn ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u l-Awtorita tal-Ippjanar. Dan il-punt wieħed ta’ kuntatt jipprovdi gwida lill-applikanti matul il-proċedura amministrattiva tal-applikazzjoni għall-permess, relatata mas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, impianti ta’ koġenerazzjoni u l-ħażna tal-enerġija.

Manwal tal-Proċeduri għal Enerġija Rinnovabbli

Il-Manwal tal-Proċeduri jipprovdi gwida u jgħin lill-utenti permezz tal-proċeduri amministrattivi tal-permess, awtorizzazzjonijiet u liċenzji meħtieġa biex jiġu installati u konnessi mas-sistema tad-distribuzzjoni għal installazzjonijiet li jiġġeneraw elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Permess ta’ Ippjanar

Skont il-Development Planning Act (2016), kwalunkwe forma ta’ żvilupp – inkluż il-bini, xogħlijiet ta’ inġinerija, jew bidliet – teħtieġ permess ta’ ppjanar qabel tkun ġiet implimentata.

Installazzjoni ta’ Pannelli Fotovoltaċi u Solari fuq il-Bejt

Class 1(iv) tal-Development Notification Order (S.L. 552.08) tippermetti l-installazzjoni ta’ pannelli solari u fotovoltaċi mingħajr notifiki, sakemm jikkonformaw ma’ Development Control Design Policy, Guidance and Standards (DC15 )u regolamenti relevanti oħrajn.

Punti ewlenin ta’ politika u gwida:

  • G26 – Modul Fotovoltaiku u ‘Solar Water Heater’: jinkuraġġixxu l-installazzjonijiet PV u ‘Solar Water Heater’, iżda jeħtieġu disinn bir-reqqa biex jitnaqqas l-impatt viżiv.
  • P48 – Disinn Integrat ta’ Materjali u Sistemi Sostenibbli jirikjedu li il-pannelli għandhom jiġu integrati fil-bini b’mod arkitettoniku.
    • Sistemi fuq il-bejt iridu rispettaw il-limiti ta’ għoli u jkunu “screened” fejn meħtieġ.
    • Fuq bini storiku jew skedat, il-pannelli għandhom jitpoġġew ċatti ġewwa l-involukru tal-bejt.
    • Installazzjonijiet fuq elevazjoni viżibbli jew faċċati jiġu evalwati għall-impatt viżwali u l-kuntest.

Installazzjoni ta’ PV f’Żoni Industrijali

Skont is-‘Solar Farm Policy’, kwalunkwe installazzjoni ta’ PV f’żoni industrijali, kemm fuq il-bejt kif ukoll mal-art, hija permessa permezz tad-‘Development Notification Order’ jew kwalunkwe proċedura li tissostitwixxiha.

Pannelli Solari barra Żoni ta’ Żvilupp

Skont ir-‘Rural Policy and Design Guidance (2014)’, sistemi PV żgħar jistgħu jiġu permessi fuq bini rurali eżistenti jew żoni pavimentati, jekk ma jagħmlux intrużjoni viżiva.
Kwalunkwe installazzjoni PV li ma tilħaqx il-kundizzjonijiet tal-iżvilupp ikolla bzonn il-permess sħiħ tal-ippjanar.

‘Solar Farm Policy’

‘Solar farm’ hija definita bħala installazzjoni kummerċjali fotovoltaika li taqbeż 1,000 m² bhala art uzata, tipikament mhux marbuta ma’ użu residenzjali.

‘Solar Farm Policy’tissettja kriterji ta’ disinn u ppjanar biex toħloq gwida fuq evalwazzjoni ta’ proġetti bħal dawn.
‘Solar Farm Policy’ tagħti prijorita lil installazzjonijiet fuq:

  • Bjut kbar
  • Parking tal-karozzi
  • Żoni industrijali
  • Barrieri

Proġetti viċin żoni b’sensittività ambjentali (SACs jew SPAs) jiġu evalwati każ b’każ skont ir-rekwiżiti tal-‘Appropriate Assessment (AA) u Strategic Environment Assessment (SEA)’.

Aktar dettalji: Solar Farm Policy

Turbini Żgħar ta’ Riħ (Micro-Wind Turbines)

Hemm gwida dwar installazzjoni ta’ turbini żgħar ta’ riħ (Micro-Wind Turbines) fl-‘Planning Guidance for Micro-Wind Turbines’, li tiddeskrivi kriterji ta’ disinn u lokalizzazzjoni:
Planning Guidance for Micro-Wind Turbines

Żvilupp li Jeħtieġ Permess

Żviluppi ta’ enerġija rinnovabbli li ma jkollhomx kopertura mill-proviżjonijiet tal-iżvilupp permess, jeħtieġu il-permess sħiħ tal-ippjanar.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi minn Perit permezz tal-portal Planning Authority’s eApplications portal.

Proġetti kbar (iktar minn 5,000 m²) jew dawk li jeħtieġu studji ambjentali (ERA screening) jridu l-ewwel jgħaddu minn ‘screening’ li jinvolvi awtoritajiet bħal:

  • Transport Malta
  • L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)
  • Superintendence of Cultural Heritage
  • Ir-Regolatur għas-servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
  • Agriculture and Design Advisory Committees (jekk jinvolvu ‘greenhouses’ jew ‘solar farms’)

Arranġamenti ta’ Konnessjoni u Skemi ta’ Appoġġ

Hemm numru ta’ arranġamenti possibbli ta’ konnessjoni għal PV, inkluż il-possibbiltà li tieħu vantaġġ minn skema ta’ appoġġ skont id-daqs tal-sistema PV u l-użu li trid tagħmel mill-elettriku ġġenerat.  Huwa possibbli li tiġġenera elettriku minn installazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli għall-konsum personali u tesporta iz-zejjed bil-prezz tas-suq. Għal installazzjonijiet minn sorsi rinnovabbli (inkluż PV) minn 40 kWp, is-sapport jista’ jingħata permezz ta’ proċess ta’ bid kompetittiv.

Ibgħatilna messaġġ

    Single Contact Point RES
    Tel: 0035622955000
    Email: energy@rews.org.mt

    Please contact us using the form below if you need any help understanding the guidance for licences and permits needed for renewable energy projects.


    Waqt li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma jkun qiegħed jipproċessa d-data personali tiegħek, huwa jkun qiegħed josserva r-regoli imposti mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data EU 2016/679 (il-"GDPR") u l-liġijiet nazzjonali ta’ Malta li jitolbu standard adegwat għall-protezzjoni tad-data.

    L-ipproċessar tad-data personali tiegħek mir-Regolatur qiegħed isir bħala parti mix-xogħol magħmul fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju tal-awtorità mogħtija lir-Regolatur u/jew biex tiġi osservata xi obbligazzjoni legali. Fit-termini ta’ dawn il-bażijiet legali, ir-Regolatur jista’ jaqsam l-informazzjoni personali tiegħek ma’ dipartimenti governattivi kkonċernati oħra kif ukoll ma’ entitajiet pubbliċi u awtoritajiet.

    Inti tista’ taċċessa d-dokument dwar il-privatezza tad-data tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma minn  hawn.