Kwalunkwe Faċilità tal-Ħżin tal-Enerġija għandha tikkonforma mar-Regolamenti tal-Elettriku (S.L.545.34) liema Regolamenti jeħtieġu li Faċilità tal-Ħażna tal-Enerġija għandha tiġi nnotifikata lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.
Kull persuna li
- tinstalla Faċilità għall-Ħżin tal-Enerġija
- tagħmel bidliet fil- faċilità eżistenti tal-Ħażna tal-Enerġija
- tittrasferrixxi sjieda u/jew operat faċilità tal-ħżin eżistenti
- tiddekummissjona faċilità eżistenti tal-Ħżin tal-Enerġija
- tirriloka Faċilità tal-Ħażna tal-Enerġija eżistenti
hija meħtieġ li tinnotifika bil-miktub lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
Applikanti prospettivi li beħsiebhom jinnotifikaw lir-Regolatur tas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma b’Faċilità ġdida tal-Ħażna tal-Enerġija jew li jagħmlu bidliet inkluż it-trasferiment tas- faċilità_/rilokazzjoni/dekummissjonar ta’ faċilità eżistenti huma mistiedna jirreferu għal-linji gwida tan-Notifika u l-flow chart
Formola tal-Applikazzjoni:
Energy Storage Notification form v3
Nota Teknika
Guidance Notes on the Electricity Connection and Supply Regulations
Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S. 545.34)
- Dettalji / numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u/jew in-numru tal-VAT tal-applikant skont kif applikabbli;
- Dettalji / numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u/jew in-numru tal-VAT tas-sid preċedenti, skont kif applikabbli, f’każ ta’ trasferiment;
- Dettalji / numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u/jew in-numru tal-VAT tas-sid il-ġdid, skont kif applikabbli, f’każ ta’ trasferiment;
- Firma tal-applikant bl-idejn (jew tar-rappreżentanti legali kollha f’każ ta’ kumpanija jew soċjetà) meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
- Firma bl-idejn, tas-sid preċedenti (jew tar-rappreżentanti legali kollha f’każ ta’ kumpanija jew soċjetà) meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni f’każ ta’ trasferiment;
- Firma bl-idejn, tas-sid il-ġdid (jew tar-rappreżentanti legali kollha f’każ ta’ kumpanija jew soċjetà) meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni f’każ ta’ trasferiment.
- Kopja(i) tal-karta(i) tal-identità jew tal-passaport(i) tal-applikant jew tar-Rappreżentant(i) Legali f’każ ta’ kumpanija / Organizzazzjoni Legali.
- F’każ ta’ kumpanija jew organizzazzjoni, kopja uffiċjali tal-Memorandum u Statut ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija, jew kopja tal-istatut tal-organizzazzjoni li jindika l-President u s-Segretarju, eż. f’każ ta’ każin tal-banda, jew kopja taċ-ċertifikat tal-VAT jekk l-applikant ikun kummerċjant waħdieni.
- Jekk l-installazzjoni tkun se tiġi installata fuq proprjetà ta’ partijiet terzi, kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport tas-sid jew l-okkupant tas-sit, jew tar-Rappreżentant Legali f’każ li s-sid jew l-okkupant tas-sit ikun kumpanija / Organizzazzjoni Legali, u f’dak il-każ ikun meħtieġ ukoll il-Memorandum u Statut ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija jew kopja tal-istatut tal-organizzazzjoni li jindika l-President u s-Segretarju.
- Dettalji tekniċi tal-faċilità tal-Ħażna tal-Enerġija u dikjarazzjoni ffirmata minn inġinier elettriku bil-warrant.
- Dikjarazzjoni għall-użu tas-sit għall-installazzjoni tal-Faċilità tal-Ħżin tal-Enerġija li għandha tiġi ffirmata mis-sid u/jew l-okkupant tas-sit tal-installazzjoni.
- Kopja tal-kont tad-dawl ta’ ARMS Ltd f’isem l-applikant fejn se tkun installata u konnessa l-Faċilità tal-Ħżin tal-Enerġija. (mhux applikabbli fil-każ ta’ sistema isolata mill-grilja 2(ii)(d)).
- Ittra li tikkonferma li m’hemmx oġġezzjoni maħruġa minn Enemalta plc- Dipartiment tad-Distribuzzjoni fil-kas l-inverter(i) il-ġdid/ġodda il-kapaċità AC se taqbeż 16Amps fuq kwalunkwe waħda mill-fażijiet elettriċi [Taqsima C 6(ii) jew 6(iv)].
- Ritratti approvati minn inġinier elettriku bil-warrant li jindikaw il-pjanċi tal-tally tal-moduli tal-ħażna tal-batterija.
- Ritratt tat-tally plate tal-invertitur(i), datat u bil-firma oriġinali tal-inġinier elettriku bil-warrant.
- Kopja tal-ftehim mad-DSO – Taqsima C punt 9 (jekk applikabbli).
Talba għal bidla fis-sid:
- F’każ li s-sid il-ġdid ikun:
- kumpanija, trid tiġi sottomessa kopja tal-Memorandum u Statut ta’ Assoċjazzjoni uffiċjali tal-kumpanija;
- organizzazzjoni, trid tiġi sottomessa kopja tal-istatut li jidentifika l-President u s-Segretarju, eż. f’każ ta’ każin tal-banda;
- kummerċjant waħdieni, trid tiġi sottomessa kopja taċ-ċertifikat tal-VAT.
Ma tapplika l-ebda tariffa.
Regolament 59 (1) tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S. 545.34) jistabbilixxi li kull min jikser xi dispożizzjoni tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku jew ta’ xi kondizzjoni tal-liċenzja jew ta’ xi awtorizzazzjoni jew approvazzjoni maħruġa taħthom, ikun ħati ta’ reat u jista’, meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux iżjed minn disgħa u sittin elf euro (€69,000) jew ta’ elf u tliet mitt euro (€1,300) għal kull ġurnata li matulha jkompli dak ir-reat.
Regolament 59(2) tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S. 545.34) jistabbilixxi li kwalunkwe persuna li, meta tkun meħtieġa jew tiġi mitluba informazzjoni taħt dawn ir-regolamenti mir-Regolatur xjentement jew b’negligenza –
- tagħti informazzjoni falza, mhux eżatta jew qarrieqa; jew
- tipprovdi informazzjoni mhux kompluta; jew
- tonqos, mingħajr ebda raġuni valida, milli tipprovdi l-informazzjoni mitluba fiż-żmien mogħti lilha; jew
- twaqqaf jew tfixkel xi investigazzjoni; jew
- iġġib jew tipprovdi, jew tikkaġuna jew xjentement tippermetti li jinġieb jew jiġi provdut, xi dokument jew informazzjoni li tkun taf li hija falza f’xi aspett materjali,
tkun ħatja ta’ reat u tista’, meta tinstab ħatja, teħel multa ta’ mhux inqas minn elf euro (€1,000) u mhux iżjed minn sittin elf euro (€60,000) għal kull ġurnata li matulha jkompli dak in-nuqqas.
Regolament 59(3) tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S. 545.34) jistabbilixxi li meta persuna tonqos milli tħares id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti jew ta’ xi liċenza jew kondizzjoni ta’ awtorizzazzjoni għal perjodu ta’ mhux iżjed minn tliet (3) xhur, ir-Regolatur jista’ jirrevoka dik il-liċenza jew awtorizzazzjoni.
Regolamenti 60(1) u 60(2) tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S. 545.34) jistabbilixxu li r-Regolatur jista’ jimponi multa amministrattiva fuq kull persuna li tikser xi dispożizzjoni tar-regolamenti jew li tonqos milli tikkonforma ma’ xi direttiva jew deċiżjoni mogħtija mir-Regolatur biex jiżgura konformità mar-regolamenti u din il-multa:
- ma għandhiex teċċedi mitt elf euro (€100,000) għal kull kontravenzjoni u, jew sitt mitt euro (€600) għal kull ġurnata ta’ nuqqas ta’ konformità, mid-data tal-għoti tad-deċiżjoni tar-Regolatur:
- f’każ ta’ intrapriżi, inklużi intrapriżi integrati vertikalment jew korp ġuridiku, multa sa għaxra fil-mija (10%) talqligħ annwali konċernat fis-sena kummerċjali preċedenti tista’ tiġi imposta ukoll jekk dik il-multa tirriżulta f’ammont li jaqbeż il-limitu ta’ mitt elf euro (€100,000).
- L-ebda perjodu speċifiku għat-tlestija tal-proċedura ma huwa stabbilit bil-liġi.
- Ġeneralment, applikazzjoni tiġi pproċessata fi żmien 10 ijiem sakemm ma jkunu meħtieġa l-ebda kjarifiki u/jew spezzjoni tas-sit.
B’mod ġenerali, il-Liġi Amministrattiva Maltija tistabbilixxi li fin-nuqqas ta’ risposta din hija interpretata li tkun ekwivalenti għal rifjut u l-applikant għandu dritt li jappella.
Kwalunkwe deċiżjoni meħuda mir-Regolatur, inkluż ir-rifjut ta’ applikazzjoni tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva stabbilit bl-Artikolu 5 tal-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva.
Trid tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni assoċjata kollha msemmija fil-formola tal-applikazzjoni jew bil-posta jew bl-idejn lil:
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
Zentrum Business Centre,
Level 1,
Mdina Road,
Qormi, QRM 9010,
Malta.