Sejħa għall-Offerti (ITB) 2026
F’konformità mal-miri tal-Gvern li jżid il-konsum tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika (MEEC) (l-Awtorità Kontraenti) nieda skema oħra ta’ Stedina għall-Offerti (ITB) għall-għoti ta’ appoġġ finanzjarju għall-elettriku ġġenerat minn installazzjonijiet li jipproduċu elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli b’kapaċità li tvarja bejn 40kW u mhux iktar minn 10,000kW. L-iskemi tal-ITB huma regolati mir-Regolamenti dwar Regoli għall-Offerti Kompetittivi għal Installazzjonijiet li Jipproduċu l-Elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija li Jiġġeddu (L.S. 545.39).
Stedina għall-Offerti (ITB) għal Għajnuna Finanzjarja għal Elettriku minn Installazzjonijiet li Jipproduċu Elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli b’Kapaċità minn 40kW sa inqas minn 1,000kW
L-iskema l-ġdida tikkonsisti f’żewġ (2) sejħiet għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għal elettriku prodott minn installazzjonijiet ġodda ta’ enerġija rinnovabbli b’kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku li jvarjaw minn 40kW sa inqas minn 200kW, u minn 200kW sa inqas minn 1,000kW. Kull waħda minn dawn is-sejħiet tikkonsisti f’żewġ (2) stediniet għall-offerti (ITB) separati, b’ITB wieħed għal kull kategorija ta’ kapaċità li tapplika fl-istess ħin, kif ġej:
| Sejħa tal-ITB | Data tal-Bidu għas-Sottomissjoni tal-Offerti (nofsinhar) | Data tal-Għeluq għas-Sottomissjoni tal-Offerti (nofsinhar) |
| Sejħa Nru. 1 | Il-Ġimgħa, 29 ta’ Mejju 2026 | Il-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2026 |
| Sejħa Nru. 2 | It-Tnejn, 5 ta’ Ottubru 2026 | It-Tnejn, 12 ta’ Ottubru 2026 |
Id-dokumenti tal-offerta u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha huma disponibbli fuq il-websajt tar-REWS fuq: https://rews.org.mt/tenders/
Stedina għall-Offerti (ITB) għal Għajnuna Finanzjarja għal Elettriku minn Installazzjonijiet li Jipproduċu Elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli b’Kapaċità minn 1,000kW iżda mhux iktar minn 10,000kW
Stedina waħda għall-Offerti (ITB) għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-elettriku prodott minn installazzjonijiet rinnovabbli ġodda b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku minn 1,000kW iżda mhux iktar minn 10,000kW. Il-kapaċità totali disponibbli għall-għoti tal-għajnuna hija ta’ 38,000kW. Il-perjodu għas-sottomissjoni tal-offerti jibda fis-16 ta’ Ġunju 2026, f’nofsinhar u jagħlaq fl-1 ta’ Lulju 2026, f’nofsinhar.
Id-dokumenti tal-offerta u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha huma disponibbli fuq il-websajt tar-REWS fuq: https://rews.org.mt/tenders/
Il-proċess tal-għażla tal-ITB huwa ta’ ħlas skont l-offerta (pay as bid) bbażat fuq l-irħas prezzijiet offruti u l-kapaċità disponibbli għall-allokazzjoni. Japplikaw il-kundizzjonijiet ippubblikati fid-dokument rilevanti tal-ITB.
L-iskema tal-ITB qed tiġi amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS). Id-dokumenti tal-ITB se jkunu disponibbli fuq il-websajt tar-REWS mis-17 ta’ April 2026.
Mitlub tinnota li laqgħa virtwali ta’ kjarifika b’konnessjoni mal-Iskema ITB għall-2026 hija ppjanata biex issir it-Tnejn, 4 ta’ Mejju 2026 fl-10:00am. Il-parteċipazzjoni f’din il-laqgħa se tkun permezz ta’ stedina. L-offerenti prospettivi li huma interessati li jipparteċipaw f’din il-laqgħa għandhom jinfurmaw lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma permezz ta’ imejl sal-10:00am tal-Ħadd, 3 ta’ Mejju 2026 lil regulator@rews.org.mt.
Applikanti prospettivi jistgħu jibgħatu kwalunkwe mistoqsija dwar l-ITBs permezz ta’ imejl lil: regulator@rews.org.mt