MLT
REWS

PMC

Last updated Sep 30, 2025

Konsultazzjoni Preliminari tas-Suq

1: X’ inhu l-għan ta’ dan il-PMC?

Il- Konsultazzjoni Preliminari tas-Suq (PMC) se tivvaluta kemm is-suq huwa lest għal proġetti teknoloġiċi solari f’ wiċċ l-ilma qrib il-kosta, speċifikament siti ta’ pannelli fotovoltajiċi, fil-gżejjer Maltin.

Il- Konsultazzjoni Preliminari tas-Suq (PMC) għandha l-għan li titlob proposti mingħand operaturi għall-istazzjonar ta’ proġetti teknoloġiċi solari, inklużi siti fotovoltajiċi, f’ żona li testendi sa (12) tnax-il mil nawtiku ‘il barra mill-kosta tal-gżejjer Maltin.

Din l-inizjattiva se tiffaċilita’ l-evalwazzjoni tal-interess tal-investitur, u tippermetti lil Gvern Malti li jistma/jivvaluta kemm is-suq kurrenti huwa ppreparat għal proġetti bħal dawn. Din il-Konsultazzjoni se tappoġġja l-istudji tekniċi li qed isiru sabiex potenzjalment, wieħed jista’ jipproċedi bi ħruġ ta’ sejħa kompetittiva għall-offerti.

Is-sit identifikat ‘il barra mill-kosta u r-rotta proposta tal-cable huma preliminari u għad iridu jiġu kkonfermati jew aġġustati skont il-ħtieġa wara li jkunu saru iktar studji fuq qiegħ il-baħar.

2: X’qiegħed jipproponi l-PMC?

  • Siti solari ġodda f’ wiċċ l-ilma ġo żoni speċifiċi qrib il-kosta ġol-ibħra teritorjali Maltin.
  • Inizjalment ġiet identifikata żona potenzjali għal dawn is-siti solari, erba’ mili nawtiċi ‘il barra mill-kosta ta’ Malta. Din iż-żona jridu jsirulha studji tekniċi u ambjentali qabel tiġi kkonfermata.
  • Wara li saru studji preliminari, iż-żona potenzjalment identifikata ġiet allokata kapaċita’ potenzjali ta’ ħamsin (50) MW.
  • Il- Konsultazzjoni Preliminari tas-Suq (PMC) tistieden operaturi ekonomiċi sabiex jissottomettu informazzjoni bbażata fuq is-sit potenzjali, jew xi żona oħra li tista’ tkun vijabbli għal proġetti bħal dawn.
  • Is-sit propost ma tridx tagħti lok għal impatt viżwali sinifikanti miż-żoni kostali, jew minn veduti oħra fuq l-art. B’ kuntrast mat-turbini tar-riħ, teknoloġiji solari ma jkunux installati fil-għoli.
  • Il-proġett solari f’ wiċċ l-ilma fis-sit identifikat se jkun imqabbad direttament mal-grid nazzjonali ġo Delimara. Diversi entitajiet Governattivi ġew ikkonsultati sabiex jikkonfermaw li din il-konnessjoni hija possibbli. Iktar studji se jsiru meta l-kunċett tal-proġett jimmatura, f’konformita’/skont is-sottomissjonijiet rċevuti fi ħdan din il- Konsultazzjoni Preliminari tas-Suq (PMC) u studji tekniċi addizzjonali.
  • Malta, strateġikament lokalizzata f’ nofs il-Mediterran u bil-benefiċċju ta’ radjazzjoni għolja tax-xemx, hija l-post idejali għal installazzjonijiet solari. Meta wieħed jikkunsidra li siti solari f’ wiċċ l-ilma lil hinn mill-kosta għadhom fil-bidu tagħhom, allura Malta għandha opportunita’ ewlenija li twitti t-triq u li turi l-vijabbilta’ kummerċjali ta’ teknoloġiji bħal dawn.


Għalfejn għandhom jiġu kkunsidrati s-siti solari f’ wiċċ l-ilma għal Malta?

3: Użu ottimu tal-art

Siti solari f’ wiċċ l-ilma jużaw korpi tal-ilma, u allura jutilizzaw bl-aħjar mod spazju eżistenti mingħajr ma’ joħonqu ma’ riżorsi siewja fuq l-art.

4: Ġenerazzjoni akbar ta’ Enerġija

In-natura riflessiva tal-ilma tista’ tkabbar l-effiċjenza tal-pannelli fotovoltajiċi, u potenzjalment iżżid il-ġenerazzjoni tal-enerġija meta kkomparata ma’ siti solari tradizzjonali bbażati fuq lart. Barra minn hekk, teknologiji fotovoltajiċi għandhom tendenza li jkunu inqas effiċjenti meta jkunu qed joperaw f’ temperatura għolja. Għaldaqstant, siti solari f’ wiċċ l-ilma jistgħu potenzjalment jiġġeneraw iktar enerġija minn installazzjonijiet fuq l-art peress li t-temperatura tal-baħar hija iktar baxxa.

5: Kompatibbilita’ mal-Ambjent

Teknoloġia solari implimentata fuq il-baħar tnaqqas l-impatt ambjentali, u tippreserva ħabitats naturali u ekosistemi, speċjlment f’ żoni sensittivi fuq lart.

6: Inqas telf waqt trasmissjoni

Is-siti solari f’ wiċċ l-ilma jistgħu ikunu allokati iktar qrib il-kosta għax joffru inqas impatt viżiv meta kkomparati ma’ turbini tar-riħ. Minħabba f’ hekk, it-telf fit-trasmissjoni se jkun inqas peress li l-enerġija qegħda tiġi ġġenerata qrib ta’ fejn hemm bżonnha, u allura tiżdied l-effiċjenza b’ mod ġenerali.

7: Adattament skont kemm hu fond il-baħar

Sistemi solari f’ wiċċ l-ilma jistgħu ikunu ddisinjati sabiex jakkomodaw varjazzjonijiet fil-fond tal-baħar; dan jagħmilhom versatili sabiex jintużaw f’ċirkostanzi differenti.

8: Sigurta’ u Diversifikazzjoni ta’ Enerġija

Investiment f’ siti solari f’ wiċċ l-ilma ikabbar id-diversifikazzjoni tal-enerġija u jnaqqas id-dipendenza fuq sorsi esterni, u jżid iktar indipendenza lill-gżejjer f’ dak li għandu x’ jaqsam ma’ sigurta’ fl-enerġija.

9: Innovazzjoni Teknika

L-implimentazzjoni ta’ teknoloġija solari f’ wiċċ l-ilma tista’ twitti t-triq għall-iżvilupp innovazzjonijiet teknoloġiċi oħrajn u soluzzjonijiet għal enerġija li hija favur l-ambjent. Dan se jpoġġi lil Malta fuq quddiem nett f’ dak li għandu x’ jaqsam ma’ innovazzjonijiet fl-enerġija u se jkun t’a pediment sabiex Malta ssir hub ta’ green energy.

Irreġista

Aċċess għad-Dokument tal- Konsultazzjoni Preliminari tas-Suq (PMC)

Kumpaniji interessati jstgħu jirreġistraw bħala fornituri permezz tal-pjattaforma ePPS. Ġaladarba ssir ir-reġistrazzjoni u assoċjazzjoni ma’ din il – Konsultazzjoni Preliminari tas-Suq (PMC), il-kuntatt magħżul ġo l-organizzazzjoni se jkompli jirċievi kwalunkwe informazzjoni dwar aġġornamenti u kjarifiki li jistgħu ikunu qed isiru matul il -perjodu tal-pubblikazzjoni tal- Konsultazzjoni Preliminari tas-Suq (PMC).

It-tweġibiet kollha ta’ din il- Konsultazzjoni Preliminari tas-Suq (PMC) iridu jsiru bl-Ingliż. Ir-risposti kollha jridu jittellgħu fuq il-pjattaforma ePPS, skont istruzzjonijiet mogħtija fid-dokument tal- Konsultazzjoni Preliminari tas-Suq (PMC), sal-ħdax ta’ filgħodu tal-24 t’April 2024.