MLT
REWS

Fora Regolatorji

Last updated May 26, 2025

Fora Regolatorji

L-Aġenżija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) hija aġenżija tal-Unjoni Ewropea u ġiet imwaqqfa skont ir-Regolament 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fit-13 ta’ Lulju 2009.  Hija għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Ljubljana, fis-Slovenja.

Il-funzjoni ewlenija tal-Aġenzija hija li tgħin u tikkoordina l-attivitajiet tar-regolaturi nazzjonali fuq livell Ewropew,  sabiex jiġi żgurat l-integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija u tal-gass naturali u l-armonizzazzjoni tal-oqsfa regolatorji fil-kuntest tal-politika tal-enerġija tal-UE.

Il-Bord tar-Regolaturi (BoR) huwa wieħed mill-korpi tal-Aġenżija u huwa magħmul minn membru ta’ kull Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Membri Stati tal-UE u minn rappreżentant wieħed li ma jivvutax tal-Kummissjoni. Il-BoR għandu rwol influwenti fid-deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija.

Għall aktar informazzjoni: http://www.acer.europa.eu

Il-Kunsill tar-Regolaturi Ewropej tal-Enerġija (CEER) huwa l-vuċi tar-regolaturi nazzjonali Ewropej tal-enerġija u l-gass.   Il-membri tiegħu huma korpi statutorji indipendenti li huma responsabbli mir-regolamentazzjoni tal-enerġija fuq livell nazzjonali.  Is-CEER huwa fuq quddiem nett fl-isforzi sabiex jiġu mħarsa u msaħħa l-konsumaturi tal-enerġija, fit-twettiq tal-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ swieq kompettitvi tal-enerġija, b’regolamenti koerenti u indipendenti fl-interess pubbliku.  Is-CEER irawwem regolamentazzjoni tal-enerġija ta’ l-aħjar prattika u jsostni r-regolaturi nazzjonali fil-ħidma tagħhom, b’koperazzjoni u taħriġ.

Fuljett dwar il-Konsumaturi – CEER (verżjoni bl-Ingliż)

Fuljett Ġenerali – CEER  (verżjoni bl-Ingliż)

MEDREG, l-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija fil-Mediterran, ġiet imwaqqfa fl-2006 bħala grupp ta’ ħidma u fl-2007 bħala assoċjazzjoni u hija ffinanzjata mill-fondi Ewropej. L-għanijiet tagħha huma li jippromovu t-twettiq ta’ qafas regolatorju konsistenti, armonizzat u  li jħajjar l-investiment, bl-iskop li jipprovdu l-aqwa benefiċċji lill-konsumaturi tal-enerġija fir-reġjun tal-Mediterran.

Għal aktar informazzjoni żur  il-website:  Sit web – Medreg

Fuljett – MEDREG_ (verżjoni bl-Ingliż)

Informazzjoni dwar il-MEDREG (verżjoni bl-Ingliż)

 

WAREG hija netwerk ta’  regolaturi Ewropej tal-ilma.  Ir-REWS huwa membru fundatur tal-WAREG.  L-għan ewlieni tal-Assoċjazzjoni huwa l-promozzjoni ta’ koperazzjoni  msaħħa bejn il-Membri fuq bażi volontarja.  WAREG ġiet imwaqqfa bħala netwerk informali fit-23 ta’ April 2014  fuq inizjattiva ta’ numru żgħir ta’ awtroritajiet regolatorji.  Illum il-ġurnata hija magħmula minn  26 Membru u ħames Osservaturi li jirrapreżentaw 26 pajjiż Ewropew u tal-Kawkasu.

WAREG hija organizzata f’numru ta’ korpi interni: l-Assemblea Ġenerali, il-President, il-Viċi President, is-Segretarjat u Gruppi ta’ Ħidma. F’Diċembru 2017 hija ġiet formalment imwaqqfa taħt il-liġi Taljana bħala organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ.

Għal aktar informazzjoni: wareg.org