Sejħa għall-Offerti (ITB) 2024
F’konformità mal-miri tal-Gvern li jżid il-konsum tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (MEER) (‘Awtorità Kontraenti’) nieda skema oħra ta’ Stedina għall-Offerti (ITB) għall-għoti ta’ appoġġ finanzjarju għall-elettriku ġġenerat minn installazzjonijiet li jipproduċu elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli b’kapaċità ta’ 40kW jew aktar. L-iskemi tal-ITB huma regolati mir-Regoli tal-Offerti Kompetittivi għal Installazzjonijiet li Jipproduċu Elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli (S.L. 545.39).
Stedina għall-Offerti (ITB) għal Appoġġ Finanzjarju għall-elettriku minn Installazzjonijiet li Jipproduċu Elettriku minn Sorsi Rinnovabbli b’Kapaċità minn 40kW sa inqas minn 1000kW
L-iskema l-ġdida tikkonsisti f’erba’ sejħiet għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-elettriku prodott minn installazzjonijiet ġodda li jipproduċu elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku li tvarja minn 40kW sa inqas minn 200kW u minn 200kW sa inqas minn 1000kW. Kull waħda minn dawn is-sejħiet tikkonsisti f’żewġ Stediniet għall-Offerti (ITB) separati, ITB wieħed għal kull kategorija ta’ kapaċità li jaħdmu fl-istess ħin, kif ġej:
| Sejħa tal-bid | Data tal-Bidu tas-Sejħa tal-ITB għas-Sottomissjoni tal-Offerti (F’nofsinhar) | Data tal-Għeluq għas-Sottomissjoni tal-Offerti (F’nofsinhar) |
| Sejħa Nru. 1 | Il-Ġimgħa, 26 ta’ April 2024 | Il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju 2024 |
| Sejħa Nru. 2 | It-Tnejn, 17 ta’ Ġunju 2024 | It-Tnejn, 24 ta’ Ġunju 2024 |
| Sejħa Nru. 3 | It-Tnejn, 26 ta’ Awwissu 2024 | It-Tnejn, 2 ta’ Settembru 2024 |
| Sejħa Nru. 4 | It-Tnejn, 4 ta’ Novembru 2024 | It-Tnejn, 11 ta’ Novembru 2024 |
Id-dokumenti tal-offerta u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha huma disponibbli fuq il-websajt tar-REWS fuq: https://rews.org.mt/tenders/
L-Iskema ITB tnediet permezz tal-Avviż tal-Gvern GN 285 u Korrezzjoni 343.
Stedina għall-Offerti (ITB) għal Appoġġ Finanzjarju għall-Elettriku minn Installazzjonijiet li Jipproduċu Elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli b’Kapaċità ta’ 1000kW jew aktar
Stedina waħda għall-Offerti (ITB) għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-elettriku prodott minn installazzjonijiet ġodda li jipproduċu elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku ta’ 1MW jew aktar. Il-kapaċità totali disponibbli għall-għoti tal-appoġġ hija ta’ 38,000kW. Il-perjodu għas-sottomissjoni tal-offerti jibda fis-26 ta’ April 2024, f’nofsinhar u jagħlaq fit-3 ta’ Mejju 2024, f’nofsinhar.
Id-dokumenti tal-offerta u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha huma disponibbli fuq il-websajt tar-REWS fuq: https://rews.org.mt/tenders/
L-Iskema tal-ITB tnediet permezz tal-Avviż tal-Gvern GN286.
Il-proċess tal-għażla tal-ITB huwa ħlas skont l-offerta (pay as bid) bbażat fuq l-irħas prezzijiet offruti u l-kapaċità disponibbli għall-allokazzjoni. Japplikaw il-kundizzjonijiet ippubblikati fid-dokument rilevanti tal-ITB. L-iskema tal-ITB qed tiġi amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS). Id-dokumenti tal-ITB se jkunu disponibbli fuq il-websajt tar-REWS mill-1 ta’ Marzu 2024. Jekk jogħġbok innota li laqgħa virtwali ta’ kjarifika b’konnessjoni mal-Iskema tal-ITB għall-2024 hija ppjanata għat-Tlieta, 12 ta’ Marzu 2024 fl-10.00am.
Il-parteċipazzjoni f’din il-laqgħa se tkun bi stedina. Dawk li ser ikunu qed jagħmlu offerti prospettivi u interessati li jipparteċipaw f’din il-laqgħa għandhomjinfurmaw lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma permezz ta’ email sal-10.00am tat-Tnejn 11 ta’ Marzu 2024 lil regulator@rews.org.mt. L-applikanti prospettivi jistgħu wkoll jibagħtu email lil enquiry@rews.org.mt jew iċemplu lil 22955000 biex jiksbu aktar informazzjoni.
Nota dwar l-Element tal-Għajnuna mill-Istat Klawżola ITB 4.2
Preżentazzjoni tal-Laqgħa ta’ Kjarifikazzjonijiet tat-12 ta’ Marzu 2024