MLT
REWS

Provdituri Awtorizzati ta’ Installazjonijiet Elettriċi

Last updated Jan 20, 2026

Lista Pubblika ta’ Electricians Awtorizzati aġġornat fis-6 ta’Novembru, 2025 għall-Installazzjoni, Tibdil, Estensjoni u Ċertifikazzjoni ta’ Installazzjonijiet Elettriċi Single Phase 40Amps
 
Lista Pubblika ta’ Elettriċisti Awtorizzati B aġġornat fis-6 ta’Novembru, 2025 għall-Installazzjoni, Tibdil, u Estensjoni ta’ Installazzjonijiet Elettriċi ta’ single phase u Installazzjonijiet Elettriċi ta’ three phase u ċ-ċertifikazzjoni fil-każ Installazzjonijiet b’ rating inqas minn 300 Amps fuq kull phase.

Lista Pubblika ta’ Inġiniera Elettriċi bil-warrant  li għandhom Awtorizzazzjoni Aġġornat fit-30 ta’ Settembru 2025 għall-Installazzjoni, Tibdil, Estensjoni u Ċertifikazzjoni ta’ Installazzjonijiet Elettriċi single phase u Installazzjonijiet Elettriċi three phase

Jista’ persuna bil-kwalifika elenkata tiddisinja, tinstalla u tiċċertifika din it-tip ta’ installazzjoni?Kwalifikazzjoni imsemmija
Tip ta’ InstallazzjoniAwtorizazzjoni A Inġinier mekaniku b’warrant b’ Awtorizazzjoni A Inġinier elettriku b’warrant b’ Awtorizazzjoni AAwtorizazzjoni BInġinier mekaniku b’warrant b’ Awtorizazzjoni B Inġinier elettriku b’warrant b’ Awtorizazzjoni B
Single PhaseIvaIvaIvaIvaIvaIva
Three phase inqas minn 300AmpsLeLeLeIvaIvaIva
Three phase bla limitiLeLeLeLeLeIva
Single phase ġeneratur grid-tied  (e.ż. PV,  WT & CHP)LeLeIvaLeLeIva
Three phase ġeneratur grid-tied  (e.ż. PV,  WT & CHP)LeLeLeLeLeIva

Għall ġeneraturi standby ( mhux intenzjonati jaħdmu mqabdin mal-grid), il-kompetenża tidependi mil-kapaċita tal-ġeneratur.

L-informazzjoni hi ridotta u persuna awtorizzata għandha dejjem tirreferi għar-Regolamenti għal aktar dettal.
It-tabella hija ippublikata għal informazzjoni biss.

Ir-regolamenti rispettivi: Regolamenti dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi L.S. 545.24 għandhom is-saħħa legali.

Biex tirrapporta negliġenza allegata minn provditur awtorizzat (Electrician) fuq installazzjoni  tal-elettriku(wiring)  irreferi għat-taqsima “Determinazzjoni ta’ Kwistjonijiet”

Nota Teknika

Pubblikazzjoni tal-Wajers

Emendi għar-Regolamenti dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi ta’ Konsultazzjoni

Il-Ministeru għall-Ambjent , l-Enerġija u l-Indafa Publika (MEEC) nieda konsultazzjoni dwar ir-Regolamenti dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi (emenda) tal-2024 fejn qed jiġu proposti numru ta’ emendi għar-Regolamenti dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi (SL545.24). Il-konsultazzjoni se tkun miftuħa għal perjodu ta’ ġimagħtejn. Id-dokumentazzjoni tal-konsultazzjoni tista’ tiġi aċċessata permezz tal-link li ġej:  https://www.gov.mt/mt/publicconsultation/Pages/2024/L-0010-2024.aspx
Tabella komparattiva li turi u tispjega l-bidliet li qed jiġu proposti għar-Regolamenti dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi:(dokument hawn)

Ktejjeb fuq  Regolamenti dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

Aktar informazzjoni dwar għal-għarfien