Skont l-Artikolu 28 tal-Att tal-UE dwar l-Industrija b’emissjonijiet zero netti (NZIA), skemi ta’ għotjiet pubbliċi li jappoġġjaw lill-familji u n-negozji għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta’ teknoloġiji net-zero li juru livell għoli ta’ sostenibbiltà u reżiljenza. Dan ifisser li, minbarra l-appoġġ finanzjarju standard, prodotti eliġibbli—bħal sistemi fotovoltaici, ‘solar water heaters’, batteriji u ‘heat pumps’ —jistgħu jirċievu inċentivi finanzjarji addizzjonali jekk jissodisfaw kriterji speċifiċi. Dawn il-kriterji jivvalutaw fatturi bħat-tnaqqis tad-dipendenza fuq katini ta’ provvista minn pajjizi terzi, titjib fil-prestazzjoni ambjentali, innovazzjoni, u l-kontribut għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija. L-għan huwa li jiġi żgurat li t-teknoloġiji appoġġjati mhux biss inaqqsu l-emissjonijiet, iżda wkoll isaħħu s-sigurtà tal-provvista u jtejbu l-effiċjenza u l-flessibbiltà ġenerali tas-sistema tal-enerġija.
Għal aktar dettalji, wieħed jista’ jaċċessa dan li ġej: