SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ELETTRIKU IĠĠENERAT MINN STALLAZZJONIJIET(KAPAĊITA BEJN L-40kW U INQAS MINN 200kW) TA’ SORSI TA’ ENERĠIJA LI JIĠĠEDDU.
MEER/ITB/08/2024
Data: 9 ta’ Settembru 2024
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma f’isem il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, ser ikun qed jilqa’ l-offerti sabiex jingħata sapport finanzjarju għal elettriku minn stallazzjonijiet (Kapaċità bejn l-40kWp u inqas minn 200kWp) li jipproduċu l-elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija li jiġġeddu, minn nofsinhar(CET) tas-4 ta’ Novembru 2024 sa nofsinhar tat-11 ta’ Novembru 2024.
L-offerti għandhom jintbagħtu permezz ta’ imejl lil procurement@rews.org.mt u l-offerenti iridu jsegwu l-istruzzjonijiet skont id-dokument tal-invit tal-offerti (Invitation to Bid (ITB) document). L-imejl procurement@rews.org.mt għandu jintuża biss għas-sottomissjoni tal-offerti u/jew kwalunkwe korrispondenza oħra relatata mal-invit tal-offerti għandhom jinbagħtu fuq regulator@rews.org.mt.
Il-kapaċità totali għal din l-offerta hija ta’ 270 kW.
Il- Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, jirriserva kull dritt illi jirrifjuta kwalunkwe offerta vantaġġjuża.
MEER-ITB-08_2024_40kW up to less than 200kW
Opening of Bids ITB 40kW UP TO LESS THAN 200kW
Riżultati
Riżultati tal-Evalwazzjoni
Rizultati: 28/01/2025
Lista finali ta’ kuntratti mogħtija
MEER/ITB/08/24