MLT
REWS

Tender

Last updated Oct 24, 2025

SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ELETTRIKU IĠĠENERAT MINN STALLAZZJONIJIET(KAPAĊITA BEJN L-40kW U INQAS MINN 200kW) TA’ SORSI TA’ ENERĠIJA LI JIĠĠEDDU

MEER/ITB/06/2024

Data: 1 ta’ Lulju 2024

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma f’isem il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u  r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, ser ikun qed jilqa’ l-offerti sabiex jingħata sapport finanzjarju għal elettriku minn stallazzjonijiet (Kapaċità bejn l-40kWp u inqas minn 200kWp) li jipproduċu l-elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija li jiġġeddu, minn nofsinhar(CET) tas-26 ta’ Awissu  2024 sa nofsinhar tat-2 ta’ Settembru 2024 

L-offerti għandhom jintbagħtu permezz ta’ imejl lil procurement@rews.org.mt u l-offerenti iridu jsegwu l-istruzzjonijiet skont id-dokument tal-invit tal-offerti (Invitation to Bid (ITB) document). L-imejl procurement@rews.org.mt għandu jintuża biss għas-sottomissjoni tal-offerti u/jew kwalunkwe korrispondenza oħra relatata mal-invit tal-offerti għandhom jinbagħtu fuq regulator@rews.org.mt.

Il-kapaċità totali għal din l-offerta hija ta’ 371 kW.

Il- Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, jirriserva kull dritt illi jirrifjuta kwalunkwe offerta vantaġġjuża

MEER-ITB-06_2024_40kW up to less than 200kW

Opening of Bids ITB 40kW UP TO LESS THAN  200kW
Riżultati

Riżultati tal-Evalwazzjoni
Riżultati: 3/10/2024

Lista finali ta’ kuntratti mogħtija
MEER/ITB/06/24