STEDINA GĦALL-OFFERTI GĦALL-GĦOTJA TA’ GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ELETTRIKU IĠĠENERAT MINN STALLAZZJONIJIET TA’ SORSI TA’ ENERĠIJA RINNOVABBLI B’KAPAĊITA BEJN L-40kW U INQAS MINN 200kW
MEER/ITB/04/2026
Data tal-Pubblikazzjoni: 24 ta’ Awwissu 2026
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma f’isem il-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, ser ikun qed jilqa’ l-offerti sabiex jingħata sapport finanzjarju għal elettriku minn stallazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli b’kapaċità bejn il-40kW u inqas minn 200kW, minn nofsinhar (CET) tal-5 ta’ Ottubru 2026 sa nofsinhar (CET) tat-12 ta’ Ottubru 2026.
L-offerti għandhom jiġu sottomessi permezz ta’ imejl lil procurement@rews.org.mt u l-offerenti għandhom isegwu l-istruzzjonijiet skont id-dokument tal-istedina għall-offerti (Invitation to Bid (ITB) document). L-imejl procurement@rews.org.mt għandu jintuża biss għas-sottomissjoni tal-offerti u kwalunkwe korrispondenza oħra relatata mal-istedina tal-offerti għandha tinbtagħat permezz ta’ imejl lil regulator@rews.org.mt.
Il-kapaċità totali offruta f’din l-istedina għall-offerti hija ta’ 2,500 kW.
Il- Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir jirriserva d-dritt illi jirrifjuta anke l-iktar offerta vantaġġjuża.