SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ELETTRIKU MINN STALLAZZJONIJIET LI JIPPRODUĊU L-ELETTRIKU MINN SORSI TA’ ENERĠIJA LI JIĠĠEDDU B’KAPAĊITA TA’ 1000KW JEW AKTAR.
MEER/ITB/03/2024
Data: 1 ta’ Marzu 2024
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma f’isem il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, ser ikun qed jilqa’ l-offerti sabiex jingħata appoġġ finanzjarju għal elettriku minn stallazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija li jiġġeddu, minn nofsinhar(CET) tas-26 ta’ April 2024 sa nofsinhar tat-3 ta’ Mejju 2024
L-offerti għandhom jintbagħtu permezz ta’ imejl lil ITBMWplus@rews.org.mt u l-offerenti iridu jsegwu l-istruzzjonijiet skont id-dokument tal-invit tal-offerti (Invitation to Bid (ITB) document). L-imejl ITBMWplus@rews.org.mt għandu jintuża biss għas-sottomissjoni tal-offerti u/jew kwalunkwe korrispondenza oħra relatata mal-invit tal-offerti għandhom jinbagħtu fuq regulator@rews.org.mt
Il-kapaċità totali għal din l-offerta hija ta’ 38,000kW.
Ser issir laqgħa virtwali ta’ kjarifika dwar l-istess suġġett invit ta’ offerti nhar l-Tlieta 12 ta’ Marzu 2024 fl-10:00am. L-offerenti interessati illi jipparteċipaw għal din il-laqgħa għandhom jinfurmaw lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma b’imejl sal-10:00am tat-Tnejn 11 ta’ Marzu 2024 fuq regulator@rews.org.mt.
Il- Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, jirriserva kull dritt illi jirrifjuta kwalunkwe offerta vantaġġjuża.
Clarifications no 1 cut-off 4 April 2024
Clarifications no 2 cut-off 12 April 2024
Opening of Bids ITB equal or larger than 1000kW
Results: click here
Riżultati tal-Evalwazzjoni
Rizultati 27/06/2024