SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ELETTRIKU MINN STALLAZZJONIJIET LI JIPPRODUĊU L-ELETTRIKU MINN SORSI TA’ ENERĠIJA LI JIĠĠEDDU B’KAPAĊITA TA’ 1000KW JEW AKTAR.
MEEE/ITB/03/2023
Data: 17 ta’ Frar 2023
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma f’isem il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, ser ikun qed jilqa’ l-offerti sabiex jingħata sapport finanzjarju għal elettriku minn stallazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija li jiġġeddu, minn nofsinhar(CET) ta’ l-22 ta’ Mejju 2023 sa nofsinhar(CET) tat-30 ta’ Mejju 2023.
L-offerti għandhom jintbagħtu permezz ta’ imejl lil ITBMWplus@rews.org.mt u l-offerenti iridu jsegwu l-istruzzjonijiet skont id-dokument tal-invit tal-offerti (Invitation to Bid (ITB) document). L-imejl ITBMWplus@rews.org.mt għandu jintuża biss għas-sottomissjoni tal-offerti u/jew kwalunkwe korrispondenza oħra relatata mal-invit tal-offerti għandhom jinbagħtu fuq regulator@rews.org.mt
Il-kapaċità totali għal din l-offerta hija ta’ 19,000kW.
Ser issir laqgħa virtwali ta’ kjarifika dwar l-istess suġġett invit ta’ offerti nhar l-Erbgħa 1 ta’ Marzu 2023 fl-10:00am. L-offerenti interessati illi jipparteċipaw għal din il-laqgħa għandhom jinfurmaw lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma b’imejl sal-10:00am tat-Tlieta 28 ta’ Frar 2023 fuq regulator@rews.org.mt
Il- Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, jirriserva kull dritt illi jirrifjuta kwalunkwe offerta vantaġġjuża.
MEEE-ITB-03-2023 ITB 1 MW plus
Clarifications no 1-cut-off 24 February 2023
Clarifications no 2-cut-off 20 March 2023
Clarifications no 3-cut-off 14 April 2023
Clarifications no 4-cut-off 4 May 2023
MEEE-ITB-03-2023-1MWPlus _clarifications meeting 1st March 2023 – Presentation
ITB 1MWPlus Clarifications Meeting 1 March 2023 – Minutes
Opening of Bids ITB equal or larger than 1000kW
Results: click here.
Riżultati tal-Evalwazzjoni
Tlugħ tal-lotterija ITB/03/23