MLT
REWS

Tender

Last updated Dec 3, 2025

STEDINA GĦALL-OFFERTI GĦALL-GĦOTJA TA’ GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ELETTRIKU IĠĠENERAT MINN STALLAZZJONIJIET (KAPAĊITA BEJN L-40kW U INQAS MINN 200kW) TA’ SORSI TA’ ENERĠIJA RINNOVABBLI

MEEC/ITB/04/2025

Data tal-Pubblikazzjoni: 29 ta’ Awwissu 2025

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma f’isem il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, ser ikun qed jilqa’ l-offerti sabiex jingħata sapport finanzjarju għal elettriku minn stallazzjonijiet (Kapaċità bejn l-40kWp u inqas minn 200kWp) li jipproduċu l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, minn nofsinhar (CET) tal-10 ta’ Ottubru 2025 sa nofsinhar (CET) tas-17 ta’ Ottubru 2025.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi permezz ta’ imejl lil procurement@rews.org.mt u l-offerenti għandhom isegwu l-istruzzjonijiet skont id-dokument tal-istedina għall-offerti (Invitation to Bid (ITB) document). L-imejl procurement@rews.org.mt għandu jintuża biss għas-sottomissjoni tal-offerti u kwalunkwe korrispondenza oħra relatata mal-istedina tal-offerti għandha tinbtagħat permezz ta’ imejl lil regulator@rews.org.mt

Il-kapaċità totali offruta f’din l-istedina għall-offerti hija ta’ 143 kW.

Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika jirriserva d-dritt illi jirrifjuta anke l-iktar offerta vantaġġjuża.

MEEC-ITB-04_2025

Ftuħ tal-Offerti ITB 40kW sa inqas minn 200kW
Riżultati: għafas hawn

Riżultati tal-Evalwazzjoni
Rizultati aġġornati 2/12/2025 għafas hawn