MLT
REWS

Last updated Apr 17, 2026

STEDINA GĦALL-OFFERTI GĦALL-GĦOTJA TA’ GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ELETTRIKU IĠĠENERAT MINN STALLAZZJONIJIET TA’ SORSI TA’ ENERĠIJA RINNOVABBLI B’KAPAĊITA MINN 1,000kW U MHUX IKTAR MINN 10,000kW

MEEC/ITB/03/2026

Data tal-Pubblikazzjoni: 17 ta’ April 2026

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma f’isem il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, ser ikun qed jilqa’ l-offerti sabiex jingħata sapport finanzjarju għal elettriku minn stallazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli b’kapaċità minn l-1,000kW u mhux iktar minn 10,000kW, minn nofsinhar (CET) tas-16 ta’ Ġunju 2026 sa nofsinhar (CET) tal-1 ta’ Lulju 2026.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi permezz ta’ imejl lil procurement@rews.org.mt u l-offerenti għandhom isegwu l-istruzzjonijiet skont id-dokument tal-istedina għall-offerti (Invitation to Bid (ITB) document). L-imejl procurement@rews.org.mt għandu jintuża biss għas-sottomissjoni tal-offerti u kwalunkwe korrispondenza oħra relatata mal-istedina tal-offerti għandha tinbtagħat permezz ta’ imejl lil regulator@rews.org.mt

Il-kapaċità totali offruta f’din l-istedina għall-offerti hija ta’ 38,000 kW. Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika jirriserva d-dritt illi jirrifjuta anke l-iktar offerta vantaġġjuża.

MEEC/ITB/03/2026