MLT
REWS

Tender

Last updated Oct 24, 2025

SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ELETTRIKU MINN STALLAZZJONIJIET LI JIPPRODUĊU L-ELETTRIKU MINN SORSI TA’ ENERĠIJA LI JIĠĠEDDU B’KAPAĊITA TA’ 1000KW JEW AKTAR.

MEEC/ITB/03/2025

Data: 16 ta’ Mejju 2025

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma f’isem il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u  L-Indafa Pubblika, ser ikun qed jilqa’ l-offerti sabiex jingħata appoġġ finanzjarju għal elettriku minn stallazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija li jiġġeddu, minn nofsinhar(CET) tas-25 ta’ Lulju 2025 sa nofsinhar ta 1 ta’ Awwissu 2025.

L-offerti għandhom jintbagħtu permezz ta’ imejl lil ITBMWplus@rews.org.mt   u l-offerenti iridu jsegwu l-istruzzjonijiet skont id-dokument tal-invit tal-offerti (Invitation to Bid (ITB) document). L-imejl ITBMWplus@rews.org.mt għandu jintuża biss għas-sottomissjoni tal-offerti u/jew kwalunkwe korrispondenza oħra relatata mal-invit tal-offerti għandhom jinbagħtu fuq regulator@rews.org.mt

Il-kapaċità totali għal din l-offerta hija ta’ 38,000kW.

Ser issir laqgħa virtwali ta’ kjarifika dwar l-istess suġġett invit ta’ offerti nhar l-Ħamis 29 ta’ Mejju fl-10:00am. L-offerenti interessati illi jipparteċipaw għal din il-laqgħa għandhom jinfurmaw lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma b’imejl sal-10:00am ta’ l-Erbgħa 28 ta’ Mejju 2025 fuq regulator@rews.org.mt

Il- Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u L-Indafa Pubblika, jirriserva kull dritt illi jirrifjuta kwalunkwe offerta vantaġġjuża.

MEEC-ITB-03_2025 1MWplus

Corrigenda – MEEC-ITB-03_2025 1MWplus

Riżultati

Riżultati tal-Evalwazzjoni  
Riżultati: 02/09/2025