SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ELETTRIKU IĠĠENERAT MINN STALLAZZJONIJIET(KAPAĊITA BEJN L-200kW U INQAS MINN 1000kW) TA’ SORSI TA’ ENERĠIJA LI JIĠĠEDDU.
MEEC/ITB/02/2025
Data: 16 ta’ Mejju 2025
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma f’isem il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u L-Indafa Pubblika, ser ikun qed jilqa’ l-offerti sabiex jingħata appoġġ finanzjarju għal elettriku minn stallazzjonijiet (Kapaċità bejn l-200kW u inqas minn 1000kW) li jipproduċu l-elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija li jiġġeddu, minn nofsinhar(CET) tas-27 ta’ Ġunju 2025 sa nofsinhar (CET) ta’ l -4 ta’ Lulju 2025.
L-offerti għandhom jintbagħtu permezz ta’ imejl lil procurement@rews.org.mt u l-offerenti iridu jsegwu l-istruzzjonijiet skont id-dokument tal-invit tal-offerti (Invitation to Bid (ITB) document). L-imejl procurement@rews.org.mt għandu jintuża biss għas-sottomissjoni tal-offerti u/jew kwalunkwe korrispondenza oħra relatata mal-invit tal-offerti għandhom jinbagħtu fuq regulator@rews.org.mt
Il-kapaċità totali għal din l-offerta hija ta’ 2226 kW.
Ser issir laqgħa virtwali ta’ kjarifika dwar l-istess suġġett invit ta’ offerti nhar l-Ħamis 29 ta’ Mejju fl-10:00am. L-offerenti interessati illi jipparteċipaw għal din il-laqgħa għandhom jinfurmaw lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma b’imejl sal-10:00am ta’ l-Erbgħa 28 ta’ Mejju 2025 fuq regulator@rews.org.mt
Il- Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u L-Indafa Pubblika, jirriserva kull dritt illi jirrifjuta kwalunkwe offerta vantaġġjuża
MEEC-ITB-02_2025_200kW up to less than 1000kW
Opening of Bids ITB 200kW up to less than 1000kW
Riżultati
Riżultati tal-Evalwazzjoni
20/08/2025
Lista finali ta’ kuntratti mogħtija
MEEC/ITB/02/25