MLT
Last updated Oct 3, 2025

Aġġornata:  Ottubru 2018
Din l-Istqarrija ta’ Privatezza daħlet fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2018.

Stqarrija ta’ Privatezza

Din l-istqarrija (Stqarrija ta’ Privatezza) tapplika għal kull persuna li għandha xi forma ta’ kuntatt mar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS).  F’dan il-kuntest dan jinkludi  dawk il-persuni  li japplikaw għal kwalunkwe servizz, liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni oħra maħruġa mir-REWS, l-entitajiet regolati, il-konsumaturi, l-ispettaturi, il-qarrejja, u l-utenti tal-internet li huma esposti għall-media u għall-kontenut tar-REWS jew li għandhom kuntatt mar-REWS billi jipprovdu Data Personali b’xi mod ieħor.

Ir-REWS huwa konxju li jipproteġi l-privatezza tal-informazzjoni personali li inti tagħtih (“Informazzjoni Personali”), bħala parti mill-funzjonijiet regolatori u dawk mhux regolatorji, mill-operat u mill-attivitajiet li jitwettqu (“attivitajiet”).  Ir-REWS ifittex li jiżgura li l-użu tal-Informazzjoni Personali tiegħek jikkonformi mar-Regolament Ġenerali dwar l-Protezzjoni tad-Data (GDPR), (Regolament (UE) 2016/679).  Għaldaqstant, ir-REWS qiegħed jippubblika din l-istqarrija sabiex jinfurmak dwar kif l-Informazzjoni Personali tiegħek hija wżata.

1.Introduzzjoni

1.1    Din l-Istqarrija ta’ Privatezza tistabbilixxi l-mod ta’ kif ir-REWS,  entità mwaqqfa bl-Att nru. XXV tal-2015, (bl-uffiċini f’Zentrum Business Centre, Livell 1, Triq l-Imdina, Ħal Qormi, Malta) jiġbor u jipproċessa l-Informazzjoni Personali, kif ukoll l-passi meħuda sabiex din l-informazzjoni tkun protetta.  Wieħed jista’ jsib riferenza għal din l-istqarrija f’diversi formoli u dokumenti maħruġa mir-REWS fir-rigward tal-operat, l-attivitajiet u kif ukoll ta’ dak l-operat mhux regolatorju li huma assenjati lir-Regolatur.

1.2   Definizzjonijiet:  Kull terminu wżat hawn għandu jiġi interpretat skont il-GDPR.  F’każ ta’ konflitt bejn kwalunkwe terminu deskritt hawn u l-GDPR, l-interpretazzjoni wżata fil-GDPR għandha tipprevali.  F’din l-istqarrija, “Awtorità ta’ Superviżjoni”  tfisser il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni  tad-Data (KIPD)

1.3     Prinċipji:  Din l-istqarrija hija bbażata fuq il-prinċipji għall-protezzjoni tad-data kif elenkati f’Artiklu 5 tal-GDPR.

1.4     Għan:   Din l-istqarrija tapplika għal informazzjoni miġbura meta inti:

  1. tikkomunika magħna fil-proċess tal-funzjonijiet regolatorji u dawk mhux regolatorji li aħna nwettqu;
  2. tistaqsina dwar l-attivitajiet tagħna;
  3. tikkorispondi magħna bil-posta elettronika  jew b’xi forma oħra;
  4. tikkuntattjana, tfittex informazzjoni u/jew tissottometti xi lment magħna;
  5. tissottometti xi applikazzjoni għal avviż ta’ post vakanti li aħna nippukblikaw;
  6. iżżur is-sit web tagħna, jew tagħmel użu minn xi servizz online li aħna noffru.

2.Ġbir ta’ Informazzjoni:

2.1     Aħna niġbru l-Informazzjoni Personali tiegħek, bħala parti mill-attivitajiet li aħna nwettqu.  “Informazzjoni Personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni li biha inti tkun tista’ tiġi ddentifikat, u din tinkludi ismek, kunjomok, l-indirizz tad-dar, in-numru tat-telefown, in-numru tal-mowbajl u d-data tat-twelid tiegħek.

2.2     Aħna nistgħu wkoll niġbru dettalji ta’ ħlasijiet, fosthom dettalji tal-kard tal-ħlas (jekk dan ikun applikabbli), fit-twettiq tal-attivitajiet tagħna.


2.3     Aħna nistgħu wkoll niġbru informazzjoni dwar il-kondotta kriminali (jekk din tkun applikabbli) fit-twettiq tal-attivitajiet tagħna, u meta din tkun speċifikata fil-formola tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.   Dan isir skont l-obbligi li għandna u li joħorġu mir-Regolamenti  dwar  is-Sospensjoni, ir-Rifjut u r-Revoka tal-Awtorizzazzjonijiet (L.S. 549.19).

3. Kif nużaw l-Informazzjoni Personali tiegħek

3.1  Aħna nipproċessaw l-Informazzjoni Personali tiegħek skont il-GDPR.  Aħna nipproċessaw l-Informazzjoni Personali tiegħek sabiex inkunu nistgħu:

  1. Inwettqu l-funzjonijiet regolatorji tagħna kif huma stabbiliti fl-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u/jew  b’liġi sussidjarja;
  2. Inwettqu kwalunkwe xogħol ieħor u/jew obbligu li mhux bilfors joħroġ minn xi leġiżlazzjoni primarja jew sekondarja;
  3. Nistabbilixxu, namministraw u nimmaniġġjaw id-data tiegħek; 
  4. Nilqgħu u nirrispondu għal komunikazzjonijiet u għat-talbiet tiegħek;
  5. Ngħarrfuk dwar aġġornamenti ta’ kwalunkwe mill-attivitajiet tagħna;
  6. Niżguraw li aħna nkunu nistgħu nwettqu l-obbligi regolatorji tagħna fosthom (iżda mhux limitat biss għal):
    • l-iżvilupp ta’ regoli regolatorji li jipproteġu l-interessi tal-konsumatur;
    • il-monitoraġġ u l-investigazzjoni tal-attivitajiet ta’ persuni regolati u ta’ persuni oħra li jagħmlu xi attività kummerċjali jew attività mhux kummerċjali u li hija relatata mas-servizzi tal-enerġija u l-ilma; u
    • sabiex ninfurzaw il-ksur ta’ regoli regolatorji jew il-ksur tal-liġi;
  7. Inwettqu l-obbligi tagħna skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli; 
  8. Ninvestigaw u ngħinu fl-investigazzjoni tal-operat,  tal-attivitajiet u tal-operat mhux regolatorju li jkunu suspettati bħala illegali, frodulenti jew mhux xierqa b’mod ieħor (fosthom fejn ikun il-każ, meta jiġu tratti talbiet minn entitajiet awtorizzati/ Awtoritajiet għal qsim ta’ informazzjoni);
  9. Nippreparaw statistika relatata mal-operat regolatorju, l-attivitajiet u l-operat ieħor mhux regolatorju;
  10. Nimmonitorjaw l-użu tas-sit web tagħna u tas-servizzi online skont l-interessi leġittimi tagħna;
  11. Insostnu kwalunkwe għan ieħor meħtieġ sabiex inwettqu l-obbligi legali u kuntrattwali tagħna. 


3.2      Aħna nistgħu nimmonitorjaw kwalunkwe komunikazzjoni li ssir magħna, kemm dik bil-kitba jew bil-posta elettronika kif ukoll dik bit-telefown.   Dan nagħmluh sabiex niżguraw li  nkunu nistgħu nagħtu servizz ta’ kwalità tajba.  Kull komunikazzjoni tibqa’ l-proprjetà tar-REWS u tintuża biss għall-għanijiet elenkati hawn fuq.


3.3    Fil-każ li l-għanijiet għall-ipproċessar tad-Data Personali jinbidlu, aħna nintrabtu li nitolbuk il-kunsens qabel ma nipproċessaw id-data tiegħek, u dan sakemm l-ipproċessar ma jkunx meħtieġ b’liġi.


3.4      Aħna nistgħu nfittxu informazzjoni dwar applikant jew detentur ta’ liċenzja fit-twettieq tal-attivitajiet tagħna, u dan nagħmluh fir-rigward:

  • tal-kondotta kriminali fl-imgħoddi, jew
  • ta’ kapijiet oħra ta’ akkuża, jew
  • ta’ azzjoni relatata ma’ nfurzar  minn kwalunkwe awtorità uffiċjali, jew
  • ta’ rifjut, sospensjoni, revoka jew kanċellazzjoni ta’ liċenzja jew permess u, jew forma oħra ta’ reġistrazzjoni (meta din hija speċifikata fil-formola tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni). 

Din l-informazzjoni tintuża biss, u hija limitata għal għan li jiġu evalwati l-kwalifiki xierqa ta’ applikant jew ta’ detentur ta’ liċenzja.  Dan nagħmluh sabiex nivverifikaw li  din il-persuna tkun tista’ twettaq l-operat jew l-attività regolata taħt l-Att  dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma jew taħt leġiżlazzjoni maħruġa taħt dan l-istess Att.  Informazzjoni Personali  miġbura matul dan il-proċess tkun ipproċessata skont il-GDPR.


3.5     Ir-REWS jista’ jivverifika informazzjoni li inti tissottometti fil-komunikazzjonijiet tiegħek mar-Regolatur,  u ma’ entitajiet oħra governattivi, sakemm liema informazzjoni tkun relatata man-negozju inkwistjoni, u dan meta din l-informazzjoni tkun mitluba fid-dokument li fih tkun sottomessa.  Fid-dawl tal-setgħat mogħtija lir-REWS sabiex tinġabar informazzjoni taħt l-Artiklu 5 (4) tal-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, ir-Regolatur jista’ jitlob lil entitajiet governattivi sabiex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għal dawn l-għanijiet.ch government entities to provide any required information for such purposes.

4.Żvelar tad-Data Personali tiegħek

4.1     Ħlief għal kif deskritt f’din l-istqarrija, aħna ma niżvelaw  l-ebda Data Personali li niġbru u li nżommu, sakemm dan ma jkunx meħtieġ li jsir fil-qadi ta’ xi funzjoni jew kompitu tat-twettiq ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lir REWS, u/jew fil-ħarsien ta’ kwalunkwe leġislazzjoni relevanti.


4.2     Aħna nistgħu niżvelaw id-Data Personali tiegħek lil:

  1. kwalunkwe impegat u/jew kuntrattur li jgħinna fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħna regolatorji ud dawk mhux regolatorji, u fl-operat u fl-attivitajiet  jew li għandu l-ħtieġa li jkun jaf din l-informazzjoni sabiex aħna nilħqu dawn l-għanijiet;
  2. kwalunkwe parti terza oħra li tista’ tgħinna fit-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji u dawk mhux regolatorji tagħna, u fl-operat u fl-attivitajiet, inkluż (iżda mhux limitat biss għal) l-ipproċessar ta’ ħlasijiet;
  3. kwalunkwe parti terza li tista’ tgħinna fil-verifikazzjoni tal-eżatezza tad-Data Personali tiegħek;
  4. kwalunkwe parti terza li tista’ tgħinna fis-sejbien u fil-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ kollużjoni;
  5. kwalunkwe kuntrattur jew konsulent ieħor li jista’ jivverifika kwalunkwe mill-proċessi tan-negozju tagħna jew li għandu l-ħtieġa li jkollu aċċess għal din l-informazzjoni sabiex ikun jista’ jagħtina parir;
  6. kwalunkwe korp tal-infurzar tal-liġi u/jew korp ta’ awditjar statutorju li jkollu l-ħtieġa raġonevoli għal aċċess tad-Data Personali tiegħek skont il-liġi;  
  7. kwalunkwe korp regolatorju jew entità awtorizzata li jista’ jkollha ħtieġa raġonevoli għal aċċess tad-Data Personali tiegħek skont il-liġi.

5.Drittijiet tas-Suġġett tad-Data

5.1     Aħna nirrispettaw id-drittijiet ta’ privatezza tiegħek  u nipprovdulek aċċess raġonevoli għad-Data Personali li int tkun tajtna fit-twettiq tal-attivitajiet tagħna. Id-drittijiet prinċipali tiegħek taħt il-GDPR huma:

  1. is-dritt għal informazzjoni;
  2. id-dritt għal aċċess
  3. id-dritt għal rettifika;
  4. id-dritt għal tħassir ta’ data, id-dritt għal restrizzjoni tal-ipproċessar  u d-dritt għal oġġezzjoni tal-ipproċessar, u dan sakemm ma hemmx raġuni prevalenti fl-interess pubbliku jew xi obligazzjoni legali li tirrestrinġi dawn id-drittijiet;
  5. id-dritt ta’ portabbiltà tad-data;
  6. id-dritt li tilmenta lil Awtorità Superviżorja; u
  7. id-dritt li tirtira kunsens, fejn dan il-kunsens ġie mitlub u ngħata.


5.2     Jekk tixtieq li taċċessa jew tbiddel kwalunkwe Data Personali li aħna nżommu fuqek,  jew jekk tixtieq titlob li nħassru kwalunkwe informazzjoni dwarek (kif applikabbli u legali taħt il-GDPR), inti tista’ tagħmel dan billi tikteb lil:

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data

Regulatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
Zentrum Business Centre, Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM9010

Posta elettronika: dpo@rews.org.mt


5.3    Aħna navżawk li nkunu rċevejna t-talba tiegħek u li din qiegħed tiġi ttrattata fl-iqsar żmien possibli.  Ir-REWS iwieġeb għal dawn it-talbiet fi żmien tmienja u għoxrin (28) ġurnata, bil-possibiltà li f’każijiet kumplessi u skont l-GDPR, ir-Regolatur għandu s-setgħa li jestendi dan il-perjodu ta’ żmien.


5.4    Meta aħna niċħdu xi talba, aħna ninfurmawk bir-raġunijiet għal din iċ-ċaħda.  Int għandek id-dritt li tilmenta għand l-Awtorità Superviżorja u li tirrikorri għal rimedju ġudizzjarju.


5.5  Aħna nżommu l-informazzjoni tiegħek sakemm din tkun meħtieġa fir-rigward  tal-funzjonijiet, l-operat u l-attivitajiet tagħna, u/jew sabiex inħarsu l-obbligi legali tagħna,  sabiex nirriżolvu tilwim u sabiex ninfurzaw il-ftehimiet tagħna.


5.6   Inti tista’ toġġezzjona dwar l-ipproċessar tad-Data Personali fi kwalunkwe ħin, u din l-oġġezzjoni tkun ikkunsidrata skont id-dispożizzjonijiet tal-GDPR u ta’ leġiżlazzjoni rilevanti.


5.7    Aħna ma nitolbu l-ebda ħlas sabiex nilqgħu talba għal kopja waħda tad-Data Personali tiegħek.  Madanakollu, aħna nistgħu nitolbu tariffa ta’ spiża amministrattiva jekk jiġu mitluba aktar kopji.

6. Il-Kuntatt Magħna

6.1  Inti ġentilment mitlub li tikkuntatjana, jekk fi kwalunkwe żmien, inti tkun tal-fehma li aħna ma nkunux segwejna ma’ din l-Istqarrija ta’ Privatezza.  Aħna nfittxu li nistabbilixxu u nikkoreġu l-problema minnufih.


6.2    Id-dettalji tagħna huma:

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma

Zentrum Business Centre, Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM9010


Posta elettronika: dpo@rews.org.mt

7.L-Użu tal-Cookies

7.1     Aħna nistgħu niġbru informazzjoni anonima dwar kif inti tuża s-sit web tar-REWS billi nużaw “cookies”  jew xi funzjonalità simili.  “Cookie” huwa fajl żgħir ta’ test li jitniżżel fil-kompjuter tiegħek meta inti taċċessa s-sit web u dan jgħinna nagħrfuk meta inti terġa żżur is-sit web tagħna.  Aħna nużaw cookies għall-operat tas-sit web, fosthom (per eżempju) sabiex nagħtuk permess li tibqa’ rreġistrat waqt li żżur sezzjonijiet differenti tas-sit web.  Aħna nużaw cookies għall-iskopijiet analitiċi tagħna u dan bil-għan li nkunu nistgħu niddentifikaw fejn il-konsumaturi ltaqgħu ma’ xi problema teknika fis-sit web, u b’hekk inkunu nistgħu ntejbu l-esperjenza tal-konsumaturi tagħna.


7.2     Jekk inti toġġezzjona għall-użu tagħna tal-cookies jew jekk inti tixtieq li tħassar kwalunkwe cookie li tkun maħżuna fil-komputer tiegħek, int għandek issegwi l-istruzzjonijet għat-tħassir ta’ cookies eżistenti u għall-futur, tidiżattiva l-funzjonalità ta’ cookies fuq il-web browser tiegħek jew fuq software ekwivalenti.  Għal aktar informazzjoni żur is-site web www.aboutcookies.org.  Int mitlub ġentilment tinnota li meta tħassar jew tidiżattiva cookies, jista’ jkun li ma jkollokx aċċess għal ċerti sezzjonijiet jew funzjonalitajiet tas-sit web.


7.3    Google Analytics huwa servizz ta’ analiżi tal-web li aħna nużaw sabiex niġbru informazzjoni dwar kif l-ispettaturi u l-utenti tal-internet jużaw is-sit web tagħna.  Cookies huma wżati bħala parti mis-servizz sabiex tinħażen l-informazzjoni fuq  l-apparat tal-utent.  Dan isir sabiex dan is-sit web jilqa’ għall-ħtiġijiet tal-utenti u sabiex inkunu nistgħu nifhmu kif nistgħu ntejbu s-sit web tagħna.


7.4    Google Analytics jaħżen informazzjoni dwar il-paġni li int tkun żort, kemm domt fuq is-sit web, kif wasalt għas-sit u fuq xiex int għafast.  Aħna ma niġbrux u lanqas ma naħżnu informazzjoni personali tiegħek (per eżempju ismek jew l-indirizz tiegħek). Għalhekk l-informazzjoni miġbura ma tistax tintuża sabiex niddentifikawk.  Aħna ma nagħtu l-ebda awtorizzazzjoni lil Google biex juża jew jaqsam id-data analitika tagħna.  Il-cookies ta’ hawn taħt huma stabbiliti minn Google Analytics:

 

Isem  Għan   Data ta’ Skadenza
_utma    Dan in-numru ġġenerat b’mod każwali huwa wżat sabiex jistabbilixxi n-numru ta’ viżitaturi uniċi  fis-sit web tagħna. sentejn
_utmb     _utmb jieħu kronogramma tal-ħin eżatt meta viżitatur jidħol fis-sit web tagħna.30 minuta
_utmc _utmc  jieħu kronogramma tal-ħin eżatt meta viżitatur joħroġ mis-sit web tagħna.Meta inti tagħlaq il-browser
_utmz    _utmz jaħżen informazzjoni ta’ kif is-sit web intlaħaq (per eżempju b’mod dirett jew permezz ta’ link, tfittxija organika jew tfittxija bi ħlas).6 xhur
GDS_successEventsDawn il-cookies jgħinu sabiex jidentifikaw kif il-persuni jużaw rews.org.mt u b’hekk inkunu nistgħu ntejbu s-sit web.4 xhur
GDS_analyticsTokens

7.5    Inti tista’ tagħżel li tkun eskluż mill-cookies ta’ Google Analytics billi żżur din il-paġna f’Google.


7.6    Is-sit web tagħna awtomatikament jirreġistra l-indirizzi IP tal-internet meta s-servizzi online jkunu pprovduti bħala parti mill-operat tas-sit web, kif ukoll sabiex inkunu nistgħu nagħmlu analiżi statistika tar-traffiku tas-sit.  Aħna ma nirreġistraw l-ebda indirizz ta’ posta elettronika tal-viżitaturi tas-sit web tagħna.


7.7 Waqt li s-sit web għandu links għal siti web oħra li huma operati minn partijiet terzi, m’aħniex responsabbli għal prattiki ta’ privatezza jew kontenut ta’ dawn is-siti web.  

8.Sigurtà

8.1  Aħna nieħdu miżuri xierqa ta’ sigurtà sabiex nipproteġu kontra telf, użu ħażin u aċċess mhux awtorizzat, tibdil, żvelar, jew qerda tad-Data Personali tiegħek.  Ir-REWS ħa passi sabiex jiżgura b’mod kontinwu l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi u tal-mekkaniżmi li jipproċessaw l-informazzjoni personali.  F’każ ta’ incident fiżiku jew tekniku, ir-REWS ireġġa’ lura d-disponnibiltà u l-aċċess tal-informazzjoni fl-iqsar żmien possibli.

   
8.2  L-ebda metodu ta’ trasmissjoni bl-internet, jew metodu ta’ ħażna elettronika mhuma siguri 100%.  Aħna ma nistgħux niżguraw jew nagħtu garanzija fuq is-sigurtà ta’ kwalunkwe informazzjoni li tgħaddilna jew li aħna nżommu.  Dan inti tagħmlu b’riskju għalik.  Waqt li aħna nieħdu passi xierqa fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sikurezza u sigurtà  sabiex nipproteġu d-Data Personali tiegħek, aħna nirrikonoxxu li ma nistgħux nagħtu garanzija li din l-informazzjoni ma tkunx aċċessata, żvelata, mibdula, jew meqruda b’xi ksur ta’ xi miżura ta’ salvagwardja fiżika, teknika jew organizzattiva tagħna.  Jekk inti taħseb li d-Data Personali tiegħek ġiet kompromessa, jekk jogħġbok agħmel kuntatt mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.

8.3    Jekk insiru nafu li seħħ xi ksur fis-sigurtà, aħna ninfurmawk tal-avveniment ta’ dan il-ksur skont il-GDPR u leġiżlazzjoni rilevanti.


8.4    Jekk insiru nafu li seħħ xi ksur fis-sigurtà, aħna ninfurmaw ukoll lill-Awtorità Superviżorja tal-avveniment ta’ dan il-ksur skont il-GDPR u leġiżlazzjoni rilevanti.

9.Settings ta’ Privatezza fuq is-Sit Web tagħna

9.1  Aħna la nistgħu u lanqas ma niggarantixxu li l-informazzjoni li inti tibgħat fuq jew li titrasmetti lis-sit web tagħna ma jarahx xi ħadd mhux awtorizzat.  Aħna ħadna l-passi neċessarji sabiex nipproteġu kemm jista’ jkun possibli id-Data Personali tiegħek waqt li din tkun fi tranżitu u dan nagħmluh billi nużaw HTTPS fis-sit web tagħna u TLS 1.2 (protokoll b’saħħtu), ECDHE_RSA with P-256 (ċavetta ta’ skambju b’saħħitha),  u AES_128_GCM (ċifratura b’saħħitha).

10. Żamma tad-Data


10.1     Id-Data Personali li aħna nipproċessaw għal kwalunkwe għan ma tinżammx għal aktar żmien minn dak meħtieġ jew skont kif mitlub bi kwalunkwe liġi jew obbligu legali jew skont it-termini tal-interess pubbliku li jkun prevalenti.


10.2     Aħna nistgħu nżommu d-Data Personali tiegħek meta din tkun meħtieġa sabiex inħarsu l-obbligi legali li aħna soġġetti għalihom, jew sabiex nipproteġu l-interessi essenzjali tiegħek jew l-interessi essenzjali ta’ xi persuna naturali oħra.

11. Trasferimenti Internazzjonali

11.1     L-informazzjoni li inti tagħtina tista’ tkun trasferita lejn jew maħżuna ġewwa pajjiżi terzi u aħna nistgħu nużaw servizzi ta’ hosting tad-data li jistgħu jkunu bbażati barra mill-Unjoni Ewropea u miż-ŻEE, jew nużaw servers li jkunu bbażati barra mill-Unjoni Ewropea u miż-ŻEE.    L-informazzjoni tista’ wkoll tkun  proċessata minn ħaddiema li jaħdmu barra mill-Unjoni Ewropea u miż-ŻEE u li jaħdmu ma’ xi wieħed mill-fornituri tagħna.  It-trasferiment tad-Data Personali tiegħek jista’ jsir jekk xi wieħed mis-servers ikun lokalizzat f’pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea u miż-ŻEE jew wieħed mill-provdituri tas-servizzi tagħna jkun lokalizzat f’pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea u miż-ŻEE.  Jekk nitrasferixxu jew inżommu id-Data Personali tiegħek b’dan il-mod barra mill-Unjoni Ewropea u miż-ŻEE, aħna nieħdu l-passi sabiex niżguraw li d-drittijiet tiegħek ta’ privatezza jibqgħu jiġu mħarsa, kif elenkat f’din l-istqarrija ta’ privatezza u skont il-GDPR u liġijiet oħra applikabbli.

12.Kontrollur tad-Data

12.1   Għall-għanijiet ta’ din l-istqarrija r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma huwa “l-kontrollur tad-data”.  Inti tista’ tikkuntatjana billi tuża dawn id-dettalji ta’ kuntatt:

Regulatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
Zentrum Business Centre, Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM9010

Malta

Tel: +356 2122 0619


Posta elettronika:  enquiry@rews.org.mt

13. Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data

13.1     Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ħatar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (“UPD”) li huwa responsabbli għal oqsma marbuta ma’ privatezza u protezzjoni tad-data.  Tista’ tagħmel kuntatt mal-UPD:

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data

Regulatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
Zentrum Business Centre, Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM9010

Malta

Tel: +356 2295 5114

Posta elettronika: dpo@rews.org.mt

14. Emendi fl-Istqarrija ta’ Privatezza

14.1     Din l-Istqarrija ta’ Privatezza tista’ tinbidel minn żmien għal żmien.  Jekk aħna nemendaw din l-Istqarrija ta’ Privatezza u b’xi mod dan jaffetwa kif nużaw l-Informazzjoni Personali tiegħek, aħna navżawk permezz tas-sit web tagħna tal-għażliet li int għandek b’riżultat ta’ dawn l-emendi.  Aħna nippubblikaw wkoll avviż li din l-Istqarrija ta’ Privatezza ġiet emendata.