Applikazzjoni għall-Ħrug, Tiġdid jew Trasferiment ta’ Awtorizzazzjoni għat-Twettiq ta’ Attività ta’ Operatur ta’ Infrastruttura tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi Aċċessibbli għall-Pubbliku.
Applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ żieda, titjib, ri-allokazzjoni, jew dikummissjonar ta’ punt tal-iċċarġjar
Infrastruttura tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku trid tkun operata permezz ta’ Awtorizzazzjoni maħruga mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) skont ir-Regolamenti tal-2022 dwar Infrastruttura għall-Iċċarġjar tal-Vetturi Elettriċi Aċċessibbli għall-Pubbliku (A.L. 226 tal-2022).
Kull persuna li tixtieq topera infrastruttura tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku hi meħtieġa li tapplika bil-miktub lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Energija u l-Ilma u għandha tikseb l-Awtorizzazzjoni ta’ PCIO maħruġa mir-REWS.
Applikanti prospettivi huma wkoll mistiedna jirreferu għall-Mudell ta’ Awtorizzazzjoni għat-Twettiq ta’ Attività ta’ Operatur ta’ l-Infrastruttura tal-Iċċarġjar tal-Vetturi Elettriċi Aċċessibbli għall-Pubbliku biex jieħdu idea tal-awtorizzazzjoni ta’ dan it-tip li tinħareġ mir-REWS:
Applikazzjoni għall-ħrug, tiġdid jew trasferiment ta’ awtorizzazzjoni għat-Twettiq ta’ Attività ta’ Operatur ta’ l-Infrastruttura tal-Iċċarġjar tal-Vetturi Elettriċi Aċċessibbli għall-Pubbliku:
Applikanti prospettivi li jixtiequ jiksbu awtorizzazzjoni huma mistiedna jirreferu għan-noti ta’ gwida biex jimlew l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni:
Noti ta’ gwida dwar milli tal-applikazzjoni
Kull punt tal-iċċarġjar li huwa aċċessibbli għall-pubbliku irid ikun reġistrat mar-Regolatur fi żmien ħmistax (15)-il ġurnata mid-data tal-ikkummissjonar tal-stess punt.
Kwalunkwe tibdil f’punt tal-iċċarġjar eżistenti bħal per eżempju titjib, trasferiment, jew rilokazzjoni irid jiġi notifikat lir-REWS fi żmien ħmistax (15)-il ġurnata mid-data tat-tali tibdil. Punt tal-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi aċċessibbli għall-pubbliku jista’ jiġi ttrasferit biss lil PCIO awtorizzat mir-REWS.
F’każ li punt tal-iċċargjar ikun dekummissjonat, in-notifika lir-REWS trid issir fi żmien ġurnata (1) mid-data tad-dekummissjonar ta’ tali punt tal-iċċarġjar
Formola ta’ Registrazzjoni tal-punti tal-iċċarġjar
Noti ta’ gwida dwar milli tal-formola ta’ Reġistrazzjoni
Formola tad-dettalji tal-punti tal-iċċarġjar
Noti ta’ gwida dwar milli tal-formola tad-dettalji tal-punti tal-iċċarġjar
- Regolamenti tal-2022 dwar Infrastruttura għall-Iċċarġjar ta’ Vetturi Elettriċi Aċċessibbli għall-Pubbliku (A.L. 226 tal-2022)
- Nota ta’ spjegazzjoni dwar ir-Regolamenti tal-2022 dwar Infrastruttura għall-Iċċarġjar ta’ Vetturi Elettriċi Aċċessibbli għall-Pubbliku (A.L. 226 tal-2022)
- Linji gwida dwar il-pubblikazzjoni tar-Regolamenti tal-2022 dwar Infrastruttura għall-Iċċarġjar ta’ Vetturi Elettriċi Aċċessibbli għall-Pubbliku (A.L. 226 tal-2022)
- Dettalji/numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport jew numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u/jew in-numru tal-VAT tal-applikant skont il-każ.
- F’każ ta’ trasferiment: dettalji/numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport tal-applikant jew numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u/jew in-numru tal-VAT tal-PCIO preċedenti.
- Firma oriġinali tal-applikant; jew f’każ ta’ entità legali, il-firma(firem) tar-rappreżentant(i) legali kollha tal-entità trid tkun inkluża fl-applikazzjoni.
- F’każ ta’ trasferiment: firma oriġinali tal-PCIO preċedenti; jew f’każ ta’ entità legali, il-firma(firem) tar-rappreżentant(i) legali kollha tal-entità trid tkun inkluża fl-applikazzjoni.
- F’każ ta’ trasferiment: Il-firma oriġinali tal-PCIO kurrenti; jew f’każ ta’ entità legali, il-firma(firem) tar-rappreżentant(i) legali kollha tal-entità trid tkun inkluża fl-applikazzjoni.
- Kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport tal-applikant; jew f’każ ta’ entità legali, kopji tal-karta(i) tal-identità jew tal-passaport(i) tar-rappreżentant(i) legali. (Ritratti/kopji meħuda minn telefon ċellulari ma jiġux aċċettati).
- Ċertifikat riċenti tal-kondotta tal-applikant, maħruġ mill-Pulizija mhux qabel tliet (3) xhur mid-data tal-applikazzjoni. F’każ ta’ kumpanija/organizzazzjoni jew entita’ legali, jintalbu ċ-ċertifikati tal-kondotta maħruġa mill-Pulizija fir-rigward tad-diretturi jew ir-rappreżentant(i) legali kollha skont kif indikat fl-iStatut.
- F’ każ li l-applikant huwa:
- kumpanija, trid tiġi mehmuża kopja uffiċjali tal-Memorandum u Statut ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija, jew kopja tal-iStatut tal-organizzazzjoni li jindika l-isem tal-persuna awtorizzata biex tirrapreżenta legalment lill-kumpanija flimkien ma’ kopja uffiċjali tal-Memorandum u Statut ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija,
- organizzazzjoni , kopja tal-iStatut trid tiġi mehmuża,
- kopja taċ-ċertifikat tal-VAT jekk l-applikant huwa sole trader,
- f’ każ ta’ sħubija, kopja ta’ l-att ta’ soċjetà irid jiġi mehmuż.
- Pjan konċiż ta’ operat li jinkludi l-istruttura organizzativa tal-operatur, in-numru ta’ punti tal-iċċarġjar li se jkunu operati permezz ta’ din l-Awtorizzazzjoni, it-tip ta’ infrastruttura u l-post fejn dawn se jitwaħħlu.
It-tariffi applikabbli huma kif ġej:
- Tariffa mhix rifondibbli ta’ €500 (ħames mitt Ewro) għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ġdida jew tiġdid ta’ awtorizzazzjoni eżistenti
- Tariffa ta’ awtorizzazzjoni ta’ €75 (ħamsa u sebgħin Ewro) għal kull punt tal-iċċarġjar, pagabbli kull tliet snin mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni ta’ PCIO jew fi kwalunkwe data oħra stabbilita’ mir-Regolatur.
Il-pagamenti tat-tariffi jridu jsiru lir-Regolatur permezz ta’ mezzi bankarji elettroniċi skont id-dettalji indikati hawn taħt:
IBAN: MT56VALL22013000000040010705960
SWIFT code/BIC: VALLMTMT
Bank sort code: 22862
F’ każ ta’ applikazzjoni ġdida, l-isem tal-applikant/numru tal-karta tal-identita’ jew numru tar-reġistrazzjoni tal-kumanija, skont il-każ, u lgħan tal-pagament, -iridu jkunu indikati mal-istess pagament.
F’ każ ta’ tiġdid ta’ Awtorizzazzjoni, in-numru tal-Awtorizzazzjoni tar-REWS (PCIO Authorisation number) irid ikun indikat mal-pagament.
F’ każ ta’ pagament ta’ reġistrazzjoni għal punt tal-iċċarġjar, in-numru ta’ referenza tar-REWS (REWS PCIO reference number) irid ikun indikat mal-pagament.
Awtorizzazzjoni għat-Twettiq ta’ Attività ta’ Operatur ta’ l-Infrastruttura tal-Iċċarġjar tal-Vetturi Elettriċi Aċċessibbli għall-Pubbliku (PCIO) hija valida għal tnax(12)-il sena.
The Publicly Accessible Electric Vehicle Charging Infrastructure Regulations, 2022(LN 226 of 2022) establisIr-Regolamenti tal-2022 dwar Infrastruttura għall-Iċċarġjar ta’ Vetturi Elettriċi Aċċessibbli għall-Pubbliku (A.L. 226 tal-2022) jistabbilixxi dawn il-penali:
- Sospensjoni ta’ Awtorizzazzjoni li ma tiġix imġedda wara l-aħħar notifika mibgħuta mir-Regolatur – Regolament 3 (15),
- Sospensjoni, revokazzjoni, jew kanċellazzjoni tal-Awtorizzazzjoni għal kwalunkwe raġuni indikata f’ Regolament 6.
Barra minn hekk, Regolament 17 ta’ dawn ir-regolamenti jipprovdi li r-Regolatur jista’ jimponi penali amministrattiva fuq kwalunkwe persuna li tikser xi dispożizzjoni tal-regolamenti jew tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jew approvazzjoni magħmulin fiha jew ta’ kwalunkwe direttiva jew deċiżjoni oħra li r-Regolatur għandu jedd jinforza biex jassigura konformita’ ma’ dawn ir-regolamenti . Din il-multa amministrattiva m’għandhiex teċċedi (€100,000) mitt elf Ewro.
Skont Regolament 3(8) tar-Regolamenti tal-2022 dwar Infrastruttura għall-Iċċarġjar ta’ Vetturi Elettriċi Aċċessibbli għall-Pubbliku (A.L. 226 tal-2022), ir-Regolatur għandu jikkomunika mal-applikant bil-miktub fi żmien raġonevoli, li m’għandux ikun ta’ aktar minn sitt (6) xhur mid-data meta jirċievi applikazzjoni valida għal ħrug ta’ Awtorizzazzjoni. Fil-prattika, huwa stmat li r-Regolatur ikun jista’ jawtorizza il-ħrug ta’ Awtorizzazzjoni fi żmien xahrejn mid-data meta jirċievi applikazzjoni valida u kompleta.
F’ każ ta’ applikazzjoni għat-tiġdid ta’ Awtorizzazzjoni, Regolament 3(9) jistabbilixxi li din għandha tiġi sottomessa bil-miktub lir-Regolatur, sitt (6) xhur qabel id-data li fiha tkun se tiskadi l-awtorizzazzjoni.
B’mod ġenerali, Il-Liġi Maltijia dwar l-Amministrazzjoni tistabbilixxi li, f’ każ li r-Regolatur jonqos milli jikkomunika mal-applikant, dan għandu jitqies bħala rifjut u l-applikant għandu dritt jappella.
Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ Awtorizzazzjoni, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva mwaqqaf bl-Artikolu 5 tal-Att Dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma,
Zentrum Business Centre,
Livell 1,
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM 9010
Malta
Numru tat-Telefon: 22955200
Email: enquiry@rews.org.mt