MLT

Garanziji tal-Oriġini (GO)

Last updated Oct 6, 2025

Garanziji tal-Oriġini (GO) – Enerġija Rinovabbli u Installazzjonijiet ta’ Sħana u Enerġija Kkombinata (CHP) ta’ Effiċjenza Għolja
Applikazzjoni għal Garanziji tal-Oriġini għal: Elettriku Rinovabbli; Tisħin/Tkessiħ Rinovabbli; Elettriku minn Koġenerazzjoni ta’ Effiċjenza Għolja.

1.1: Applikazzjoni għal Garanziji tal-Oriġini (GO)

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma joħroġ ċertifikati ta’ garanziji tal-oriġini lil:

  • produtturi tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli;
  • produtturi ta’ tisħin u/jew tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli;
  • produtturi tal-elettriku minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja.

Garanzija tal-Oriġini (GO) tista’ tinħareġ għal kull 1 MWh ta’ elettriku u tisħin u/jew tkessiħ prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli jew elettriku prodott minn installazzjoni ta’ sħana u enerġija kkombinata (CHP) ta’ effiċjenza għolja, liema installazzjoni trid tkun sitwata f’Malta.

GO tinħareġ jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet mitluba mir- Regolamenti dwar Garanziji ta’ Oriġini ta’ Elettriku minn Koġenerazzjoni b’Effiċjenza Għolja u Elettriku, Tisħin u, jew Tkessiħ minn Sorsi Rinovabbli tal-Enerġija.

Garanzija tal-Oriġini tista’ tinħareġ mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma wara li tkun ġiet sottomessa applikazzjoni għal dan l-għan fir-rigward ta’:

  • elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli;
  • tisħin u/jew tkessiħ prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli;
  • elettriku prodott minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja.

Applikazzjoni għal Garanzija tal-Oriġini għal elettriku ġġenerat minn RES:

Talba GO RES-E.pdf  REWS/189/v3-04-03/20

Applikazzjoni għal Garanzija tal-Oriġini għal tisħin u/jew tkessiħ minn RES:

Talba GO RES-H.pdf  REWS/190/v3-04-03/20

Applikazzjoni għal Garanzija tal-Oriġini għal elettriku minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja:

Talba GO CHP-E.pdf REWS/191/v3-04-03/20

1.2: Applikazzjoni għal Sostituzzjoni ta’ Garanzija tal-Oriġini (GO)

Detentur ta’ GO li għandu bżonn sostituzzjoni ta’ ċertifikat ta’ GO jrid jissottometti applikazzjoni bil-miktub lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma jista’ jissostitwixxi ċertifikati ta’ garanzija tal-oriġini li jkunu nħarġu minnu, wara li tiġi vverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet mitluba mir-Regolamenti dwar Garanziji ta’ Oriġini ta’ Elettriku minn Koġenerazzjoni b’Effiċjenza Għolja u Elettriku, Tisħin u, jew Tkessiħ minn Sorsi Rinovabbli tal-Enerġija

Applikazzjoni għal Sostituzzjoni ta ‘Garanzija ta’ Oriġini għall-elettriku ġġenerat minn RES:
Sostituzzjoni ta’ GoO RES-E.pdf  REWS/192/v3-04-03/20

Applikazzjoni għal Sostituzzjoni ta ‘Garanzija ta’ Oriġini għal tisħin u/jew tkessiħ minn RES:
Sostituzzjoni ta’ GoO RES-H.pdf  REWS/193/v3-04-03/20

Applikazzjoni għal Sostituzzjoni ta ‘Garanzija ta’ Oriġini għal elettriku minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja:
Sostituzzjoni ta’ GoO CHP-E .pdf   REWS/194/v3-04-03/20

2: Referenzi Legali

Regolamenti dwar Garanziji ta’ Oriġini ta’ Elettriku minn Koġenerazzjoni b’Effiċjenza Għolja u Elettriku, Tisħin u, jew Tkessiħ minn Sorsi Rinovabbli tal-Enerġija

3: Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma

Għall-applikazzjonijiet kollha li jiġu sottomessi rigward il-ħruġ jew sostituzzjoni ta’ Garanzija tal-Oriġini, din l-informazzjoni hi meħtieġa:

  • Dettalji / numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija jew in-numru tal-VAT skont kif applikabbli, fil-każijiet kollha;
  • Dettalji / numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija jew in-numru tal-VAT skont kif applikabbli, fil-każijiet kollha;
  • Firma tal-applikant bl-idejn (jew tar-rappreżentanti legali kollha f’każ ta’ kumpanija jew soċjetà) meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni fil-każijiet kollha;
  • Firma tal-produttur bl-idejn, jekk dan ma jkunx l-applikant (jew tar-rappreżentanti legali kollha f’każ ta’ kumpanija jew soċjetà) meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni fil-każijiet kollha;
  • F’każ ta’ kumpanija jew organizzazzjoni legali, iridu jiġu sottomessi d-dettalji tal-karti tal-identità jew tal-passaporti tar-Rappreżentanti Legali, fil-każijiet kollha.

F’każ ta’ applikazzjoni għall-ħruġ ta’ garanzija tal-oriġini, tkun trid tiġi sottomessa din l-informazzjoni addizzjonali:

  • l-informazzjoni teknika ġenerali dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew tisħin u/jew tkessiħ prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli jew ġenerazzjoni tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja (skont il-każ);
  • dikjarazzjoni ffirmata minn inġinier bil-warrant.

F’każ ta’ applikazzjoni għal sostituzzjoni ta’ garanzija tal-oriġini, tkun meħtieġa wkoll din l-informazzjoni:

  • it-tibdil fl-informazzjoni teknika ġenerali dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku jew tisħin u/jew tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli jew ġenerazzjoni tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja (skont il-każ);
  • dikjarazzjoni ffirmata minn inġinier bil-warrant.

4: Tip ta’ Evidenza li Għandha Tiġi Sottomessa

Għall-applikazzjonijiet kollha sottomessi fir-rigward ta’ ħruġ ta’ Garanzija tal-Oriġini, tkun meħtieġa din it-tip ta’ evidenza:

  • Kopji tal-karti tal-identità / passaporti tal-applikant u l-produtturi (jekk dawn mhux l-istess bħall-applikant) jew tal-firmatarju(i) f’każ ta’ kumpanija jew organizzazzjoni.
  • F’każ li l-applikant ikun:
    • kumpanija, trid tiġi sottomessa kopja tal-Memorandum u Statut ta’ Assoċjazzjoni uffiċjali tal-kumpanija jew Riżoluzzjoni tal-Bord li tawtorizza lill-persuna biex tirrappreżenta l-kumpanija legalment flimkien ma’ kopja tal-Memorandum u Statut ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija;
    • kummerċjant waħdieni, trid tiġi sottomessa kopja taċ-ċertifikat tal-VAT.

F’każ ta’ applikazzjoni għal sostituzzjoni ta’ garanzija tal-oriġini, trid tiġi sottomessa din it-tip ta’ evidenza addizzjonali:

  • Iċ-Ċertifikat Oriġinali tal-Garanzija tal-Oriġini;
  • Kwalunkwe dokumentazzjoni jew dikjarazzjoni ffirmata li tispjega u tiġġustifika r-raġuni għat-talba għat-tibdil.

5: Tariffi Applikabbli

  • Tariffa mhix rifondibbli ta’ €175 tkun dovuta f’każ ta’ applikazzjoni għall-ħruġ ta’ garanzija tal-oriġini.
  • Tariffa mhix rifondibbli ta’ €85 f’każ ta’ talba għal sostituzzjoni ta’ garanzija tal-oriġini.
  • Tariffa mhix rifondibbli ta’ €25 f’każ ta’ talba għal trasferiment ta’ ċertifikat ta’ garanzija tal-oriġini.

6: Penali u Reati

Mhux applikabbli

7: Skadenzi jew Perjodu ta’ Żmien Indikattiv li r-Regolatur Jeħtieġ għat-Twettiq tal-Proċedura

Il-liġi ma tistabbilix perjodu speċifiku għat-twettiq tal-proċedura għall-ħruġ ta’ garanzija tal-oriġini.

Talbiet għal sostituzzjoni ta’ garanzija tal-oriġini jiġu determinati fi żmien erbgħin (40) jum tax-xogħol mid-data meta tasal l-applikazzjoni. Madankollu, ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma jista’ jestendi dan il-perjodu ta’ erbgħin (40) jum tax-xogħol u f’każ li jsir hekk ir-Regolatur għandu jinforma lill-applikant bil-miktub dwar din l-estensjoni tal-perjodu.

8: Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.

In general, the Maltese Administrative Law establishes that in the absence of a reply this is construed to be tantamount to a refusal and the applicant has a right to appeal.

9: Mezzi ta’ Rimedju u Appell

Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva mwaqqaf bl-artikolu 5 tal-Att Dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

10: Awtorità Kompetenti

Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha relatata u l-pagamenti relevanti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni, bil-posta jew inkella bl-idejn indirizzata lil:

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma,
Zentrum Business Centre, Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM 9010
Malta