Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma joħroġ awtorizzazzjonijiet taħt ir-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S.545.34) għall-kostruzzjoni u/jew rikostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija mill-karburanti fossili.
Kull persuna li tixtieq tibni, jew tibni mill-ġdid, impjant tal-enerġija mill-karburanti fossili għandha tapplika bil-miktub lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u tikseb awtorizzazzjoni maħruġa mir-Regolatur skont dawn ir-regolamenti qabel il-kostruzzjoni jew ir-rikostruzzjoni ta’ impjant tal-enerġija mill-karburanti fossili.
Awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni jew rikostruzzjoni ta’ impjant tal-enerġija mill-karburanti fossili:
Applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni għall-Kostruzzjoni jew Rikostruzzjoni ta’ Impjant tal-Enerġija mill-Karburanti Fossili (Verżjoni bl-Ingliż) REWS/005/v8-08-02/24
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma joħroġ liċenzji għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn impjant tal-enerġija mill-karburanti fossili taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S.545.34).
Kull persuna li tixtieq:
- tiġġenera l-elettriku minn impjant ġdid tal-enerġija mill-karburanti fossili;
- iġġedded liċenzja għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn impjant tal-enerġija mill-karburanti fossili;
- tittrasferixxi liċenzja għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn impjant tal-enerġija mill-karburanti fossili;
għandha tapplika bil-miktub lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u għandu jkollha fil-pussess tagħha liċenzja għall-ġenerazzjoni tal-elettriku maħruġa mir-Regolatur taħt ir-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S.545.34).
Applikazzjoni għal liċenzja għall-ġenerazzjoni tal-elettriku:
Applikazzjoni għal Liċenzja ta’ Ġenerazzjoni (Verżjoni bl-Ingliż) REWS/143/v7-07-02/24
Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S.545.34)
- Dettalji / numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u/jew in-numru tal-VAT tal-applikant skont kif applikabbli;
- Dettalji / numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u/jew in-numru tal-VAT tas-sid jekk dan ma jkunx l-applikant, skont kif applikabbli;
- Firma tal-applikant bl-idejn (jew tar-rappreżentanti legali kollha f’każ ta’ kumpanija jew soċjetà) meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
- Firma tas-sid bl-idejn jekk dan ma jkunx l-applikant (jew tar-rappreżentanti legali kollha f’każ ta’ kumpanija jew soċjetà) meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni f’kull każ;
- F’każ ta’ kumpanija jew organizzazzjoni legali, iridu jiġu sottomessi d-dettalji tar-rappreżentanti legali.
- Ċertifikat riċenti (< 3 xhur) tal-kondotta tal-applikant, maħruġ mill-Pulizija. F’każ ta’ kumpanija/Organizzazzjoni Legali jintalbu wkoll iċ-ċertifikati tal-kondotta maħruġa mill-Pulizija fir-rigward tad-Diretturi u r-Rappreżentanti Legali kollha;
- Kopji tal-karta(i) tal-identità jew tal-passaport(i) tal-applikant jew tar-rappreżentant(i) legali fil-każ ta’ kumpanija/Organizzazzjoni Legali.
Barra minn hekk, iridu jiġu sottomessi wkoll dawn id-dokumenti:
- Informazzjoni finanzjarja, kemm dwar l-applikant kif ukoll dwar is-sid jekk is-sid ma jkunx l-applikant. Din għandha tinkludi l-istorja finanzjarja u pjan tan-negozju. (Impjanti tal-enerġija ta’ inqas minn 5MW jistgħu jiġu eżentati mill-obbligu li jissottomettu informazzjoni finanzjarja).
- Programm tal-kostruzzjoni u l-kummissjonar. (Nota 1)
- Mappa (mapep) jew ċarts tal-baħar suffiċjenti biex jiġi identifikat is-sit tal-impjant tal-enerġija li għalih tirreferi l-applikazzjoni.
- Studju tal-istabbilità tas-sistema li juri li l-impjant tal-enerġija mhux se jaffettwa s-sigurtà u l-istabbilità tas-sistema jew dikjarazzjoni bl-istess effett maħruġa mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni (DSO) – Enemalta plc. (Nota 1)
- Offerta ta’ konnessjoni maħruġa mid-DSO – Enemalta plc jew konferma maħruġa mid-DSO li qed jiġi milħuq ftehim għal konnessjoni eżistenti. (Nota 1)
- Ftehim għax-xiri tal-enerġija (jekk japplika). (Nota 1)
- Permess tal-ippjanar [inkluż Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali approvata (fejn tkun tapplika)] maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar jew;
- Konferma mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-proposta ma tinħtieġx permess tal-ippjanar.
- Memorandum u Statut ta’ Assoċjazzjoni tal-applikant (jekk l-applikant ikun kumpanija).
- Memorandum u Statut ta’ Assoċjazzjoni tas-sid (jekk is-sid huwa kumpanija u differenti mill-applikant).
- Permess għat-tħaffir ta’ boreholes maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, jew konferma mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi li l-proposta ma tinħtieġx permess għat-tħaffir ta’ boreholes.
- Permess għar-rimi ta’ skart likwidu maħruġ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, jew konferma mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li l-proposta ma tinħtieġx permess għar-rimi ta’ skart likwidu.
Nota 1: Din l-informazzjoni mhix meħtieġa fil-każ ta’ ħruġ jew tiġdid jew trasferiment ta’ liċenzja għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.
- A non-refundable application fee of two hundred euro(€200 ) for applications for the authorisation of generation stations with a capacity equal to or greater than 40kW but less than 5MWp;
- A non-refundable application fee of five hundred euro(€500) for applications for the authorisation of generation stations with a capacity of 5MWp or more;
Ir-regolament 27(2) tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S.545.35) jistabbilixxi li jekk persuna tonqos milli tħares id-dispożizzjonijiet ta’ ordni ta’ konformità maħruġa mir-Regolatur, mingħajr preġudizzju għal kull responsabbiltà oħra taħt dawn ir-regolamenti, taħt l-Att jew kwalunkwe liġi oħra, tkun ħatja ta’ reat u meta tinstab ħatja tista’ teħel multa ta’ mhux inqas minn elf ewro (€1,000) u ta’ mhux iktar minn sittin elf ewro (€60,000) għal kull jum li fih jibqa’ għaddej dak in-nuqqas ta’ konformità.
Ir-regolament 28(1) jistabbilixxi li jekk persuna tikser xi dispożizzjoni tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku jew ta’ xi kundizzjoni ta’ liċenzja jew ta’ xi awtorizzazzjoni jew approvazzjoni maħruġa taħthom, tkun ħatja ta’ reat u meta tinstab ħatja tista’ teħel multa ta’ mhux iktar minn disgħa u sittin elf ewro (€69,000) jew ta’ elf u tliet mitt ewro (€1,300) għal kull jum li fih jibqa’ għaddej dak ir-reat.
Ir-regolament 28(2) jistabbilixxi li jekk persuna tintalab mir-Regolatur biex tipprovdi xi informazzjoni, u intenzjonalment jew negliġentement –
- tagħti informazzjoni falza, mhix eżatta jew li tqarraq; jew
- tipprovdi informazzjoni mhix kompluta; jew
- tonqos, mingħajr raġuni valida, milli tipprovdi l-informazzjoni mitluba fiż-żmien mogħti lilha; jew
- twaqqaf jew tfixkel xi investigazzjoni; jew
- iġġib jew tipprovdi, jew tikkaġuna jew intenzjonalment tippermetti li tinġieb jew tiġi pprovduta, xi dokumentazzjoni jew informazzjoni li tkun taf li tkun falza fi kwalunkwe aspett materjali,
tkun ħatja ta’ reat u meta tinstab ħatja tista’ teħel multa ta’ mhux inqas minn elf ewro (€1,000) u ta’ mhux iktar minn sittin elf ewro (€60,000) għal kull jum li fih jibqa’ għaddej dak in-nuqqas ta’ konformità.
Ir-regolament 28(3) jistabbilixxi li jekk persuna tonqos milli tħares id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti jew ta’ xi kundizzjoni ta’ liċenzja jew awtorizzazzjoni għal perjodu ta’ mhux iktar minn tliet xhur, ir-Regolatur jista’ jirrevoka dik il-liċenzja jew awtorizzazzjoni.
Ir-regolamenti 29(1) u 29(2) jistabbilixxu li r-Regolatur jista’ jimponi multa amministrattiva fuq kwalunkwe persuna li tikser xi dispożizzjoni tar-regolamenti jew li tonqos milli tikkonforma ma’ xi direttiva jew deċiżjoni mogħtija mir-Regolatur biex jiżgura konformità ma’ dawn ir-regolamenti. Din il-multa amministrattiva:
- m’għandhiex teċċedi mitt elf ewro (€100,000) għal kull kontravenzjoni u, jew sitt mitt ewro (€600) għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità, mid-data tad-deċiżjoni mogħtija mir-Regolatur; u, jew
- f’każ ta’ intrapriża (inkluż intrapriża integrata vertikalment) jew korp ġuridiku, sa 10% tad-dħul totali kkonċernat fis-sena finanzjarja preċedenti. Madankollu, f’każ ta’ intrapriża, inkluż intrapriża integrata vertikalment jew korp ġuridiku, tista’ fi kwalunkwe każ tiġi imposta multa sa 10% tad-dħul annwali kkonċernat fis-sena finanzjarja preċedenti, liema ammont jeċċedi mitt elf ewro (€100,000).
Fil-każ ta’ applikazzjoni għal tiġdid jew trasferiment ta’ liċenzja għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, ir-regolament 4(6) tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku jistabbilixxi li r-Regolatur għandu jikkomunika mal-applikant bil-miktub fi żmien raġonevoli, li m’għandux ikun ta’ aktar minn sitt (6) xhur mid-data meta tasal għandu applikazzjoni valida.
Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.
Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva mwaqqaf bl-artikolu 5 tal-Att Dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u d-dispożizzjoni tar-regolament 30 tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S.545.34).
Applikazzjoni tista’ tiġi sottomessa, flimkien mad-dokumentazzjoni kollha relatata u l-pagamenti relevanti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni, bil-posta jew inkella bl-idejn indirizzata lil:
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma,
Zentrum Business Centre, Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM 9010
Malta