MLT
REWS

Enerġija

ENERĠIJA

Is-settur tal-enerġija f’ Malta jinsab għaddej minn transizzjoni/bidla dinamika, b’ emfasi fuq sostenibbilita’, modernizazzjoni u allinjament ma’  oqsfa regolatorji Ewropej. Matul is-snin, qed ikun hemm emfasi qawwija fuq l-użu ta’ riżorsi rinovabbli/li jiġġeddu, b’ mod partikolari dik ġejja mix-xemx, megħjuna minn skemi governattivi, skemi ta’ tariffi feed-in, u sejħiet għal offerti kompetittivi. L-awtorita’ regolatorja għandha rwol ċentrali li żżomm sigurta’ fl-enerġija, taċċerta proċeduri ġusti fis-suq, u li tipproteġi l-interess tal-konsumatur.