Trasferiment jew Rilokazzjoni ta’ Sistema ta’ Enerġija Rinnovabbli (RES)
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) jippermetti lis-sidien ta’ sistemi ta’ enerġija rinnovabbli (RES) japplikaw biex jittrasferixxu jew jirrilokaw is-sistema tagħhom. L-applikanti jridu jipprovdu dettalji tas-sistema, informazzjoni dwar is-sid il-ġdid (fejn applikabbli), kif ukoll dokumentazzjoni ta’ sostenn bħal dokument ta’ identifikazzjoni, dokumenti li juru li wiehed huwa sid il-proprjetà, kuntratti jew ċertifikati tekniċi skond il- każ.
L-installazzjonijiet kollha jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti tekniċi, sigurtà u ppjanar. L-applikanti jridu wkoll jikkonfermaw li l-informazzjoni pprovduta hija korretta u jirrikonoxxu kwalunkwe obbligu relatat ma’ skemi ta’ għotjiet jew tariffi ta’ feed-in.