Skema tal-2018 tal-Ħiters tal-Ilma Solari
L-Iskema tal-Ħiters tal-Ilma Solari hi amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma bil-ħsieb li tinkoraġġixxi l-użu ta’ tagħmir li hu effiċjenti fl-użu tal-enerġija fis-settur domestiku. Din l-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għall-użu ta’ tagħmir fuq il-proprjetà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.
Din l-iskema tnediet permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 529 tal-2018 u ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2019 permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1510 tal-2018. L-iskema ġiet estiża mill-ġdid sal-31 ta’ Diċembru 2020 jew sakemm jibqgħu stabbiliti l-fondi, permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1644 tal-2019. L-iskema reġgħat ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2021 jew sakemm jiġu eżawriti l-fondi, permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 14 tal-2021.
Applikanti prospettivi huma mistiedna jikkonsultaw il-Linji Gwida għall-Applikanti li tħejjew bħala għajnuna biex timtela l-formola ta’ applikazzjoni għal għotja fuq Ħiter tal-Ilma Solari.
Il-formola ta’ applikazzjoni hi maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew Parti A tal-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. Parti A għandha tiġi mimlija u sottomessa lir-REWS qabel ma jinxtara u jiġi installat it-tagħmir. Barra minn hekk, l-applikanti huma mitluba jistennew li jirċievu ittra ta’ konferma maħruġa mir-REWS, li tgħid li l-applikazzjoni tagħhom ġiet milqugħa, qabel ma jixtru u jinstallaw it-tagħmir.
Skema tal-2018 tal-Ħiters tal-Ilma Solari
- Parti A li trid timtela qabel ma tinxtara s-sistema tal-ħiter tal-ilma solari: Ħolqa għal Applikazzjoni Online
Wara li t-tagħmir jiġi installat u kkummissjonat, l-applikanti huma mitluba jissottomettu Parti B tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa.
Skema tal-2018 tal-Ħiters tal-Ilma Solari
- Parti B li trid timtela wara l-installazzjoni u l-kummissjonar tas-sistema tal-ħiter tal-ilma solari: Ħolqa għal Applikazzjoni Online
L-Avviż tal-Gvern numru 529 tal-2018 kif emendat mill-Avviż tal-Gvern numru 1510 tal-2018 u kif emendat mill-ġdid permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1644 tal-2019.
L-iskema reġgħat ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2021 jew sakemm jiġu eżawriti l-fondi, permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 14 tal-2021.
- Dettalji tal-karta tal-identità jew id-dokument ta’ residenza tal-applikant;
- Firma tal-applikant bl-idejn meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
- Kont tad-dawl u l-ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn se jsir il-proġett.
Għal Parti A
- Kopja tal-karta tal-identità jew id-dokument ta’ residenza tal-applikant;
- Kopja tal-kont tad-dawl u l-ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn se jsir il-proġett;
- Stima tat-tagħmir;
- Formola tal-applikazzjoni ffirmata.
Għal Parti B
- Irċevuti fiskali oriġinali;
- Ritratti tal-plakki tal-klassifikazzjoni tat-teknoloġiji installati;
- Ritratti tas-sit tal-installazzjoni;
- Kopja tal-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar (fejn meħtieġ);
- Kopja tal-garanzija ta’ ħames (5) snin fir-rigward tas-sistema;
- Ċertifikat tal-kummissjonar maħruġ mill-installatur;
- Formola tal-applikazzjoni ffirmata.
Mhux applikabbli
Mhux applikabbli
Il-liġi ma tistabbilix perjodu speċifiku biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet. Ġeneralment, applikazzjoni tiġi determinata mir-Regolatur fi żmien ħames (5) ġimgħat minn meta tiġi sottomessa formola ta’ applikazzjoni kompluta.
L-applikant għandu perjodu ta’ sitt (6) xhur mid-data tal-konferma tal-aċċettazzjoni tal-għotja biex jinstalla u jikkummissjona s-sistema u jissottometti l-Parti B u d-dokumentazzjoni relatata. Jekk wieħed jonqos milli jinstalla u jikkummissjona s-sistema u/jew milli jissottometti l-Parti B tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa, l-offerta tal-għotja tista’ tiġi rtirata.
Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.
Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem il-Kumitat ta’ Reviżjoni jew għal kwalunkwe mezz ieħor ta’ rimedju stabbilit mil-liġi.
Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha relatata mal-formola tal-applikazzjoni, bil-posta jew inkella bl-idejn indirizzata lil:
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma,
Zentrum Business Centre, Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM 9010
Malta