MLT
REWS

Skema tal-2018 tal-Ħiters tal-Ilma bil-Pompa tas-Sħana

Last updated Sep 26, 2025

Skema tal-2018 tal-Ħiters tal-Ilma bil-Pompa tas-Sħana

1.1: Applikazzjoni – Parti A – Skema tal-2018 tal-Ħiters tal-Ilma bil-Pompa tas-Sħana

L-Iskema tal-Ħiters tal-Ilma bil-Pompa tas-Sħana hi amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma bil-ħsieb li tinkoraġġixxi l-użu ta’ tagħmir li hu effiċjenti fl-użu tal-enerġija fis-settur domestiku. Din l-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għall-użu ta’ tagħmir fuq il-proprjetà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.

Din l-iskema tnediet permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 527 tal-2018 u ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2019 permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1508 tal-2018.

Għal darb’oħra, l-iskema ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2020 jew sakemm jiġu eżawriti l-fondi, permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1643 tal-2019.

L-iskema reġgħat ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2021 jew sakemm jiġu eżawriti l-fondi, permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 15 tal-2021.

Din l-iskema giet maghluqa permezz tal-Avviz tal-Gvern 324/2021

Din l-iskema ġiet estiża permezz tal-Avviż tal-Gvern 16/2024 

Applikanti prospettivi huma mistiedna jikkonsultaw il-Linji Gwida għall-Applikanti li tħejjew bħala għajnuna biex timtela l-formola ta’ applikazzjoni għal għotja fuq Ħiter tal-Ilma Solari.

Il-formola ta’ applikazzjoni hi maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew Parti A tal-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. Parti A għandha tiġi mimlija u sottomessa lir-REWS qabel ma jinxtara u jiġi installat it-tagħmir.

Skema tal-2018 tal-Ħiters tal-Ilma bil-Pompa tas-Sħana

1.2: Applikazzjoni – Parti A – Skema tal-2018 tal-Ħiters tal-Ilma bil-Pompa tas-Sħana

Malli t-tagħmir jiġi installat u kkummissjonat, l-applikanti huma mitluba jissottomettu Parti B tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa.

Skema tal-2018 tal-Ħiters tal-Ilma bil-Pompa tas-Sħana

2: Referenzi Legali

L-Avviż tal-Gvern numru 527 tal-2018 kif emendat mill-Avviż tal-Gvern numru 1508 tal-2018, u kif emendat mill-ġdid permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1643 tal-2019

L-iskema reġgħat ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2021 jew sakemm jiġu eżawriti l-fondi, permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 15 tal-2021.

Linji Gwida għall-Applikanti

3: Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma

  1. Dettalji tal-karta tal-identità jew id-dokument ta’ residenza tal-applikant;
  2. Firma tal-applikant bl-idejn meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
  3. Kont tad-dawl u l-ilma maħruġ mill-ARMS Ltd fir-rigward tal-post fejn se jsir il-proġett.

4: Tip ta’ Evidenza li Għandha Tiġi Sottomessa

Għal Parti A

  1. Kopja tal-karta tal-identità jew id-dokument ta’ residenza tal-applikant;
  2. Kopja tal-kont tad-dawl u l-ilma maħruġ mill-ARMS Ltd fir-rigward tal-post fejn se jsir il-proġett;
  3. Stima tat-tagħmir li se jiġi installat;
  4. Formola tal-applikazzjoni ffirmata.

Għal Parti B

  1. Irċevuti fiskali oriġinali;
  2. Ritratti tal-plakki tal-klassifikazzjoni tat-teknoloġiji installati;
  3. Ritratti tas-sit tal-installazzjoni;
  4. Kopja tal-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar (fejn meħtieġ);
  5. Kopja tal-garanzija ta’ ħames (5) snin fir-rigward tas-sistema;
  6. Ċertifikat tal-kummissjonar maħruġ mill-installatur;
  7. Formola tal-applikazzjoni ffirmata.

5: Tariffi Applikabbli

Mhux applikabbli

6: Penali u Reati

Mhux applikabbli

7: Skadenzi jew Perjodu ta’ Żmien Indikattiv li r-Regolatur Jeħtieġ għat-Twettiq tal-Proċedura

Il-liġi ma tistabbilix perjodu speċifiku biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet. Ġeneralment, applikazzjoni tiġi determinata mir-Regolatur fi żmien  ħames (5) ġimgħat minn meta tiġi sottomessa formola ta’ applikazzjoni kompluta.

Min-naħa tal-applikant hemm perjodu ta’ sitt (6) xhur li matulhom trid issir l-installazzjoni u l-kummissjonar tas-sistema, inkluż is-sottomissjoni ta’ Parti B u d-dokumentazzjoni kollha relatata.

8: Regoli dwar Nuqqas ta’ Tweġiba Mingħand ir-Regolatur u Konsegwenzi Legali

Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.

9: Mezzi ta’ Rimedju u Appell

Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem il-Kumitat ta’ Reviżjoni jew għal kwalunkwe mezz ieħor ta’ rimedju stabbilit mil-liġi.

10: Awtorità Kompetenti

Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha relatata mal-formola tal-applikazzjoni, bil-posta jew inkella bl-idejn indirizzata lil:

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma,
Zentrum Business Centre, Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM 9010
Malta

icon icon icon icon icon