MLT
REWS

Retailer Registration Part B – Application for Registration of Technology

Last updated Mar 10, 2026

Retailer Registration Part B – Application for Registration of Technology

1: Applikazzjoni – Reġistrazzjoni tat-Teknoloġija

Ir-reġistrazzjoni tat-teknoloġija biex jipparteċipaw fi skemi ta’ sussidji tiġi amministrata mir-Regolatur tas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS). Il-proċess ta’ reġistrazzjoni għandu l-għan li jintlaħaq ċertu livell ta’ standards u jipprovdi parità ta’ kundizzjonijiet għall-atturi kollha tas-suq.

Il-proċess ta’ reġistrazzjoni huwa regolat minn Avviż tal-Gvern Nru. 52 tal-2010 kif emendat mill-Avviż tal-Gvern Nru. 340 tal-2015 u emendat mill-Avviż tal-Gvern Nru. 1070 tal-2017 u Avviż tal-Gvern Nru. 289 tal-2021.

It-teknoloġija rreġistrata se tkun elenkata fuq il-websajt tar-Regolatur.

Il-bejjiegħa rreġistrati għandhom jimlew il-Parti B tal-applikazzjoni għal kull teknoloġija rispettiva. Parti A għandha tkun mimlija u sottomessa lis-REWS qabel ma wieħed jipparteċipa f’xi waħda mil-skemi ta’ sussidji offruti mir-REWS.

Applikazzjoni – Reġistrazzjoni bħala Bejjiegħ Parteċipanti

  • Formola tal-Applikazzjoni –  għandha tiġi mimlija qabel ma bejjiegħ jista’ jipparteċipa f’xi waħda mil-skemi ta’ sussidji amministrati mir-REWS.

2: Referenzi Legali

Avviż tal-Gvern Nru. 52 tal-2010 kif emendat mill-Avviż tal-Gvern Nru. 340 tal-2015 u emendat mill-Avviż tal-Gvern Nru. 1070 tal-2017 u Avviż tal-Gvern Nru. 289 tal-2021.

3: Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma

  1. Ċertifikazzjoni minn Parti Terza
  2. Dikjarazzjoni mill-manifattur li l-prodott jirrappreżenta l-linja attwali ta’ produzzjoni;
  3. Kopja tal-formola tal-garanzija skont l-istandard tas-sħubija li għandha tiġi mogħtija mill-bejjiegħ ma’ kull prodott mibjugħ.

4: Tip ta’ Evidenza li għandha tiġi sottomessa

  1. Ċertifikazzjoni minn Parti Terza
  2. Dikjarazzjoni mill-manifattur li l-prodott jirrappreżenta l-linja attwali ta’ produzzjoni;
  3. Kopja tal-formola tal-garanzija skont l-istandard tas-sħubija li għandha tiġi mogħtija mill-bejjiegħ ma’ kull prodott mibjugħ.

L-informazzjoni kollha fil-formola tal-applikazzjoni tiġi vverifikata kontra diversi bażijiet ta’ data / listi online jew permezz ta’ komunikazzjoni ma’ Awtoritajiet Regolatorji oħra.

5: Tariffi Applikabbli

Mhux applikabbli

6: Penali u Reati

Mhux applikabbli

7: Skadenzi jew Perjodu ta’ Żmien Indikattiv li r-Regolatur Jeħtieġ għat-Twettiq tal-Proċedura

Il-liġi ma tistabbilixix perjodu speċifiku sabiex jiġu proċessati l-applikazzjonijiet. Ġeneralment, applikazzjoni tiġi determinata mir-Regolatur fi żmien 5 ġimgħat minn meta tiġi sottomessa l-formola tal-applikazzjoni kompluta. Min-naħa tal-applikant, hemm perjodu ta’ sitt (6) xhur mid-data ta’ konferma tal-aċċetazzjoni tal-għotja sabiex issir l-installazzjoni, jitħallas il-materjal u tiġi sottomessa l-applikazzjoni Parti B kif ukoll id-dokumentazzjoni kollha relatata meħtieġa. Nuqqas biex tinstalla u / jew nuqqas biex tissottometti l-applikazzjoni Parti B u d-dokumentazzjoni kollha relatata tista’ twassal għall-irtirar tal-offerta tal-għotja.

8: Regoli dwar Nuqqas ta’ Tweġiba mingħand ir-Regolatur u Konsegwenzi Legali

Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.

9: Mezzi ta’ Rimedju u Appell

Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem il-Kumitat ta’ Reviżjoni jew għal kwalunkwe mezz ieħor ta’ rimedju stabbilit mil-Liġi.

10: Awtoritá Kompetenti

10: Awtoritá Kompetenti

Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa bil-posta jew bl-idejn indirizzata:

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, 

Zentrum Business Centre, Level 1,
Triq l-Imdina, 
Ħal Qormi, QRM 9010
Malta.