Reġistrazzjoni tal-Bejjiegħ Part A – Reġistrazzjoni bħala Bejjiegħ Parteċipanti
Ir-reġistrazzjoni tal-bejjiegħa biex jipparteċipaw fis-skemi ta’ sussidji tiġi amministrata mir-Regolatur tas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS). Il-proċess ta’ reġistrazzjoni għandu l-għan li jintlaħaq ċertu livell ta’ standard u jipprovdi parità ta’ kundizzjonijiet għall-atturi kollha tas-suq.
Il-proċess ta’ reġistrazzjoni huwa regolat minn Avviż tal-Gvern Nru. 52 tal-2010 , kif emendat mill-Avviż tal-Gvern Nru. 340 tal-2015 u emendat mill-Avviż tal-Gvern Nru. 1070 tal-2017.
Il-bejjiegħa rreġistrati se jkunu elenkati fuq il-websajt tar-Regolatur.
L-applikanti għandhom jimlew il-Parti A tal-applikazzjoni bil-dettalji personali tagħhom. Parti A trid tkun mimlija u sottomessa lis-REWS qabel ma wieħed jipparteċipa f’xi waħda mil-skemi ta’ sussidji offruti mir-REWS.
Applikazzjoni – Reġistrazzjoni bħala Bejjiegħ Parteċipanti
- Formola tal-Applikazzjoni – għandha tiġi mimlija qabel ma bejjiegħ jista’ jipparteċipa f’xi waħda mil-skemi ta’ sussidji amministrati mir-REWS.
Avviż tal-Gvern Nru. 52 tal-2010 kif emendat mill-Avviż tal-Gvern Nru. 340 tal-2015 u kif emendat mill-Avviż tal-Gvern Nru. 1070 tal-2017.
- Dettalji tal-Karta tal-Identità jew Dokument ta’ Residenza;
- Firma tal-applikant bl-idejn, meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
Mhux applikabbli peress li ma hemmx dokumentazzjoni ta’ appoġġ meħtieġa mal-applikazzjoni.
L-informazzjoni kollha fil-formola tal-applikazzjoni tiġi vverifikata kontra diversi bażijiet ta’ data / listi online jew permezz ta’ komunikazzjoni ma’ Awtoritajiet Regolatorji oħra.
Mhux applikabbli
Mhux applikabbli
Il-liġi ma tistabbilixix perjodu speċifiku sabiex jiġu proċessati l-applikazzjonijiet. Ġeneralment, applikazzjoni tiġi determinata mir-Regolatur fi żmien 5 ġimgħat minn meta tiġi sottomessa l-formola tal-applikazzjoni kompluta. Min-naħa tal-applikant, hemm perjodu ta’ sitt (6) xhur mid-data ta’ konferma tal-aċċetazzjoni tal-għotja sabiex issir l-installazzjoni, jitħallas il-materjal u tiġi sottomessa l-applikazzjoni Parti B kif ukoll id-dokumentazzjoni kollha relatata meħtieġa. Nuqqas biex tinstalla u / jew nuqqas biex tissottometti l-applikazzjoni Parti B u d-dokumentazzjoni kollha relatata tista’ twassal għall-irtirar tal-offerta tal-għotja.
Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.
Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem il-Kumitat ta’ Reviżjoni jew għal kwalunkwe mezz ieħor ta’ rimedju stabbilit mil-Liġi.
Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa bil-posta jew bl-idejn indirizzata:
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma,
Zentrum Business Centre, Level 1,
Triq l-Imdina,
Ħal Qormi, QRM 9010
Malta.