MLT
REWS

2026 Skema ta’ Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli

Last updated Sep 14, 2026

2026 Skema ta’ Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli

B’effett minn nhar it-Tnejn, 13 ta’ Lulju 2026, ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-I lma mhux ha jibqa jaċċetta applikazzjonijiet tal-Parti A mill-pubbliku fir-rigward tal-Għażla B (Hybrid /Battery Inverter u batterija) u l-Għażla Ċ (Ħażna tal-Batterija biss). 

1.1 Applikazzjoni – Parti A – Skema RES 2026

L-Iskema RES hija amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma bil-għan li tkompli tħeġġeġ l-użu aħjar tal-enerġija rinnovabbli li tiġi ġġenerata fil-pajjiż. Din l-Iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għall-użu fuq proprjetajiet residenzjali tagħhom, kif ukoll għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika, sakemm l-installazzjoni fotovoltajka ma jkollhiex allokazzjoni attiva ta’ feed-in tariff. Jekk tkun ingħatat feed-in tariff qabel, il-perjodu garantit għandu jkun skada. 

Din l-Iskema ġiet imnedija permezz ta’ Avviz tal-Gvern Nru. 597 tal-2026. 

B’effett minn nhar it-Tnejn, 13 ta’ Lulju 2026, l-applikazzjonijiet taħt is-Sejħa 2026/RES jiġu aċċettati biss fir-rigward tal-għażliet eliġibbli li ġejjin, kif ippubblikat fl-Avviż tal-Gvern Nru. 1060 tal-2026: 

• Sistema PV b’inverter hybrid: 65% tal-ispejjeż eliġibbli sa massimu ta’ €3,000 għal kull sistema u €645 għal kull kWp. 

• Sistema PV b’inverter hybrid u ħażna tal-batterija: 65% tal-ispejjeż eliġibbli sa massimu ta’ €3,000 għal kull sistema u €645 għal kull kWp, flimkien ma’ 75% tal-ispejjeż eliġibbli tal-ħażna tal-batterija sa massimu ta’ €6,000 għal kull sistema u €600 għal kull kWh. 

B’effett mis-Sibt, 12 ta’ Settembru 2026, ir-Regolatur mhux se jkun aktar qed jaċċetta applikazzjonijiet b’rabta ma’ din is-sejħa, kif ippubblikata Avviz tal-Gvern 4 ta’ Settembru

Applikanti prospettivi huma mħeġġa jikkonsultaw il-Linji Gwida għall-Applikanti, li ġew ippreparati biex jgħinu fit-tlestija tal-formola tal-applikazzjoni għal għotja relatata ma’ sistema RES. 

Il-formola tal-applikazzjoni hija maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew il-Parti A bid-dettalji personali tagħhom. Il-Parti A trid timtela u tiġi sottomessa lir-Regolatur qabel ix-xiri u l-installazzjoni tat-tagħmir. 

Parti A
Applikazzjoni Online 
Inizjattivi tas-Sistemi tal-Enerġija Rinnovabbli 2026 

1.2 Applikazzjoni – Parti B – Skema RES 2026

Wara l-installazzjoni u l-kummissjonar tat-tagħmir, l-applikanti huma meħtieġa jissottomettu l-Parti B flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa. 

Parti B – għandha timtela wara l-installazzjoni u l-ikkummissjonar 

Applikazzjoni Onlajn 

2. Referenzi Legali

3. Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma

  • Dettalji tal-Karta tal-Identità jew Dokument ta’ Residenza;  
  • Firma miktuba bl-idejn mill-applikant fuq il-formola tal-applikazzjoni;  
  • Kont tal-ilma u tal-elettriku maħruġ minn ARMS Ltd għall-post tal-proġett, f’isem l-applikant.  

4. Tip ta’ Evidenza li trid tiġi Sottomessa

Għal Parti A:

  • Kopja tal-Karta tal-Identità jew Dokument ta’ Residenza tal-applikant;  
  • Kopja tal-kont tal-ilma u tal-elettriku maħruġ minn ARMS Ltd għall-post tal-proġett;  
  • Kwotazzjoni għat-tagħmir;  
  • Formola tal-applikazzjoni ffirmata.  

Għal Parti B:

  • Irċevuti fiskali oriġinali;  
  • Kopja tal-fatturi;  
  • Ritratti tal-pjanċi tar-rating tat-teknoloġiji installati;  
  • Ritratti tas-sit tal-installazzjoni;  
  • Kopja tal-permess tal-PA (fejn applikabbli);  
  • Ċertifikat ta’ kummissjonar maħruġ minn inġinier elettriku warrantjat;  
  • Formola tal-applikazzjoni ffirmata.

5. Ħlasijiet Applikabbli

Mhux applikabbli. 

6. Penali u Reati

Mhux applikabbli. 

7. Skadenzi jew Perjodu ta’ Żmien Indikattiv li r-Regolatur Jeħtieġ għat-Twettiq tal-Proċedura

Ma hemm l-ebda perjodu legali speċifiku stabbilit għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet. Madankollu, normalment applikazzjoni tiġi pproċessata mir-Regolatur fi żmien madwar ħames (5) ġimgħat mid-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta. 

L-applikanti huma meħtieġa jlestu l-installazzjoni u l-ikkummissjonar tas-sistema fi żmien tmien (8) xhur, inkluża s-sottomissjoni ta’ Parti B u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa. 

8. Regoli dwar Nuqqas ta’ Tweġiba mingħand ir-Regolatur u Konsegwenzi Legali

B’mod ġenerali, il-Liġi Amministrattiva Maltija tistabbilixxi li fin-nuqqas ta’ tweġiba, dan jitqies bħala rifjut u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.

9. Mezzi ta’ Rimedju jew Appell

Kull deċiżjoni meħuda mir-Regolatur, inkluż rifjut ta’ applikazzjoni jew revoka ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tiġi appellata quddiem il-Kumitat ta’ Reviżjoni u permezz ta’ kwalunkwe rimedju legali ieħor stabbilit bil-liġi.

10. Awtorità Kompetenti

L-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha relatata tista’ tiġi sottomessa jew bil-posta jew personalment fl-indirizz li ġej:

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
Zentrum Business Centre, Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi, QRM 9010
Malta