2024 Skema ta’ Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli
L-iskema RES, hija amminstrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, bil-ħsieb li tinkoraġġixxi iktar l-użu aħjar ta’ enerġija rinnovabbli, iġġenerata fil-pajjiż. Din l-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi), għal użu ta’ tagħmir fil-proprejtà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika, sakemm l-installazzjoni fotovoltajika, m’għandu jkollha l-ebda allokazzjoni attiva ta’ feed-in tariff.Jekk is-sistema fotovoltajika installata jkollha allokata feed-in tariff il-perjodu ta’ garanzija għandu jkun skadut.
Din l-iskema tnehdiet permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 270 tas-sena 2024.
Applikanti prospettivi huma mistiedna jikkonsultaw il-Linji Gwida għall-Applikanti, li tħejjew sabiex jgħinu lill-applikanti biex jimlew il-formola tal-applikazzjoni għal għotja ta’ Sistema RES.
Il-formola tal-applikazzjoni hija maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew Parti A tal-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. Parti A għandha tiġi mimlija u sottomessa lil REWS, qabel ma jinxtara u jiġi installat it-tagħmir.
Skema 2024 RES
- Parti A għandha timtela’ qabel jinxtara t-tagħmir.
Hekk kif it-tagħmir jiġi installat u kkummissjonat, l-applikanti għandhom jissottomettu Parti B tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa.
Skema 2024 RES
- Parti B għandha timtela’ wara li ssir l-installazzjoni u l-kummissjonar. Ħolqa għal installazzjoni onlajn.
- Dettalji tal-Karta tal-Identità jew Dokument ta’ Residenza;
- Firma tal-applikant bl-idejn, meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
- Kont tad-Dawl u l-Ilma maħruġ mill-ARMS Ltd fir-rigward tal-post fejn ser isir il-proġett
Għal Parti A
- Kopja tal-Karta tal-Identità jew id-Dokument ta’ Residenza tal-applikant;
- Kopja tal-kont tad-Dawl u l-Ilma maħruġ mill-ARMS Ltd fir-rigward tal-post fejn ser isir il-proġett;
- Stima tat-tagħmir;
- Ritratti tas-sit tal-installazzjoni;
- Formola tal-applikazzjoni ffirmata.
Għal Parti B
- Irċevuti fiskali oriġinali;
- Kopja tal-fattura;
- Ritratti tal-plakki tal-klassifikazzjoni tat-teknoloġiji installati;
- Ritratti tas-sit tal-installazzjoni;
- Kopja tal-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar (fejn meħtieġ);
- Ċertifikat tal-kummissjonar maħruġ minn inġinieri elettriku bil-warrant;
- Formola tal-applikazzjoni ffirmata.
Mhux applikabbli
Mhux applikabbli
Il-liġi ma tistabbilixix perjodu speċifiku sabiex jiġu proċessati l-applikazzjonijiet. Ġeneralment, applikazzjoni tiġi determinata mir-Regolatur fi żmien ħames (5) ġimgħat minn meta tiġi sottomessa l-formola tal-applikazzjoni kompluta.
Min-naħa tal-applikant, hemm perjodu ta’ 8 xhur li matulhom trid issir l-installazzjoni u l-kummisjonar tas-sistema, inkluż is-sottomissjoni ta’ Parti B kif ukoll id-dokumentazzjoni kollha relatata meħtieġa.
Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.
Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem il-Kumitat ta’ Reviżjoni jew għal kwalunkwe mezz ieħor ta’ rimedju stabbilit mil-Liġi.
Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa mal-formola tal-applikazzjoni bil-posta jew bl-idejn indirizzata lil:
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma,
Zentrum Business Centre, Level 1,
Triq l-Imdina,
Ħal Qormi, QRM 9010
Malta.