MLT
REWS

2024 Skema Reverse Osmosis (RO) (Xiri ta’ Apparat li Jippurifika l-Ilma)

Last updated Oct 6, 2025

2024 Skema ta’ Reverse Osmosis (RO)

1.1: 2024 Skema ta’ Reverse Osmosis (RO)

L-iskema tar-Reverse Osmosis (RO) hija amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, biex jitnaqqas l-użu ta’ kontenituri tal-plastik użati għall-ibbottiljar tal-ilma, permezz ta’ reverse osmosis u reverse osmosis b’reject water return. Din l-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għal użu fil-proprejtà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.

Din l-iskema tnehdiet permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 484 tas-sena 2024.
Din l-iskema ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2025 permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 001 tas-sena 2025. 

Din l-iskema ġiet emendata permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 469 tas-sena 2025

Applikanti prospettivi huma mistiedna jikkonsultaw il-Linji Gwida għall-Applikanti, li tħejjew sabiex jgħinu lill-applikanti biex jimlew il-formola tal-applikazzjoni għal għotja ta’ Reverse Osmosis.

L-applikanti għandhom jimlew l-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. L-applikazzjoni għandha timtela u tiġi sottomessa lir-REWS wara x-xiri u l-installazzjoni tal-apparat. 

Ammont tal-għotja:

Be Water Smart: RO Wave, applikabbli għal sistemi ta’ reverse osmosis. F’dan il-każ, il-wastewater ma jiġix irritornat fil-ħażna tal-ilma residenzjali għall-użu mill-ġdid. Ir-rata tal-għotja hija ta’ 15.25% tal-prezz u l-ispiża tal-installazzjoni, soġġett għal għotja massima ta’ €100.
Be Water Smart: RO Recycle, applikabbli għal reverse osmosis b’wastewater ritornat fil-ħażna tal-ilma residenzjali għall-użu mill-ġdid. Ir-rata tal-għotja hija ta’ 40% tal-prezz u l-ispiża tal-installazzjoni, soġġett għal għotja massima ta’ €300.

1.2: Applikazzjoni – 2024 Skema ta’ Purifikazzjoni tal-Ilma

Hekk kif l-apparat jiġi installat, l-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa.

2024 Skema Reverse Osmosis (RO) 

2: Referenzi Legali

3: Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma

  1. Dettalji tal-Karta tal-Identità jew Dokument ta’ Residenza;
  2. Firma tal-applikant bl-idejn, meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
  3. Kont tad-Dawl komplut fir-rigward tal-post fejn ser isir il-proġett maħruġ fl-aħħar 12-xahar. L-Iskema tal-Konsumatur għandha tkun jew ‘Residenzjali’ jew ‘Domestiku’.
     

4: Tip ta’ Evidenza li għandha tiġi sottomessa

  1. Kopja tal-Karta tal-Identità jew id-Dokument ta’ Residenza tal-applikant;
  2. Kopja tal-kont tad-Dawl maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn ser isir il-proġett f’isem l-applikant;
  3. Irċevuti oriġinali fiskali li tinkludi d-dettalji tal-oġġett/i mixtrija u/jew is-servizz riċevut;
  4. Formola tal-applikazzjoni ffirmata.

5: Tariffi Applikabbli

Mhux applikabbli

6: Penali u Reati

Mhux applikabbli

7: Skadenzi jew Perjodu ta’ Żmien Indikattiv li r-Regolatur Jeħtieġ għat-Twettiq tal-Proċedura

Il-liġi ma tistabbilixix perjodu speċifiku sabiex jiġu proċessati l-applikazzjonijiet. Ġeneralment, applikazzjoni tiġi determinata mir-Regolatur fi żmien ħames (5) ġimgħat minn meta tiġi sottomessa l-formola tal-applikazzjoni kompluta.

L-applikanti għandhom perjodu ta’ sitt (6) xhur mid-data tal-installazzjoni tal-apparat u biex tiġi sottomessa l-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha relatata meħtieġa.

8: Regoli dwar Nuqqas ta’ Tweġiba mingħand ir-Regolatur u Konsegwenzi Legali

Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.

9: Mezzi ta’ Rimedju u Appell

Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem il-Kumitat ta’ Reviżjoni jew għal kwalunkwe mezz ieħor ta’ rimedju stabbilit mil-Liġi.

10: Awtoritá Kompetenti

Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa bil-posta jew bl-idejn indirizzata:


Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, 
Zentrum Business Centre, Level 1,
Triq l-Imdina, 
Ħal Qormi, QRM 9010
Malta.