Rimi ta’ Skart Likwidu Industrijali / Drenaġġ Industrijali fis-Sistema Pubblika tad-Drenaġġ
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma jirregola l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) bħala l-unika entità f’Malta li hi liċenzjata biex tforni l-ilma permezz tan-netwerk pubbliku tad-distribuzzjoni tal-ilma u biex tipprovdi servizzi ta’ drenaġġ permezz tas-sistema pubblika ta’ ġbir tad-drenaġġ. Il-liċenzja hi maħruġa taħt ir-Regolamenti dwar il-Provvista tal-Ilma u s-Servizzi tad-Drenaġġ.
Skont it-termini tal-liċenzja, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ppubblikat Kuntratt mal-Konsumatur, li ġie approvat mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, u li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-klijenti tagħha.
Kull persuna li tixtieq tqabbad il-fond industrijali tagħha u tiddisponi mill-iskart likwidu industrijali / drenaġġ industrijali u/jew skart likwidu ieħor permezz tas-sistema pubblika ta’ ġbir tad-drenaġġ trid tissottometti applikazzjoni bil-miktub lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Fond industrijali tfisser kull art jew bini li jintuża, kollu kemm hu jew parti minnu, għal skopijiet tat-twettiq ta’ kwalunkwe attività kummerċjali jew industrijali, u kull fond li jintuża, kollu kemm hu jew parti minnu (sew jekk bi qligħ u sew jekk le) għal skopijiet ta’ agrikoltura, jew trobbija tal-annimali, jew ta’ ortikultura jew għal riċerka xjentifika jew esperimentazzjoni.
Skart likwidu industrijali jfisser kwalunkwe likwidu (bi jew mingħajr solidi sospiżi jew maħlula fih), barra mill-ilma tax-xita u drenaġġ domestiku, li jintrema minn fond industrijali, u kif deskritt fir-Regolament 4 tar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Rimi fid-Drenaġġ.
Drenaġġ industrijali tfisser kull drenaġġ u, jew skart likwidu li jintrema minn fondi użati għat-twettiq ta’ xi negozju, prattika, attività jew industrija, barra minn drenaġġ domestiku u ilma tax-xita.
Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-Kuntratt mal-Konsumatur tal-KSI.
It-tariffi għall-konnessjoni mas-sistema pubblika ta’ ġbir tad-drenaġġ huma regolati mir-Regolamenti dwar Ħlasijiet tal-Ippjanar tal-Iżvilupp. Ir-Regolamenti dwar Ħlasijiet tal-Ippjanar tal-Iżvilupp jistabbilixxu li fir-rigward ta’ kull applikazzjoni għal permess biex jitwettaq żvilupp tkun dovuta Kontribuzzjoni għas-Servizzi ta’ Infrastruttura, magħmula minn kontribuzzjoni għad-Drenaġġ u kontribuzzjoni għat-Triq.
Dan il-ħlas isir bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż tas-servizzi ta’ infrastruttura u servizzi u faċilitajiet oħra relatati mal-permess biex tiġi żviluppata l-art. Il-kontribuzzjoni titħallas bħala parti mit-tariffi tal-applikazzjoni għall-iżvilupp, u r-rati applikabbli għall-kontribuzzjonijiet għad-drenaġġ huma stabbiliti kif ġej:
| Żvilupp | Rata għall-kontribuzzjoni tad-drenaġġ € / m2 |
| Kategorija A | |
| Agrikoltura | 1.80 |
| Boathouse għal Sajjied Reġistra | 1.80 |
| Bungalow | 2.78 |
| Żvilupp Kummerċjali (inkluż estensjonijiet) Spazju ta’ Art | 3.00 |
| Flat / Terraced House / Maisonette | 2.60 |
| Garaxxijiet anċillari ma’ użu ieħor fuq is-sit | 2.60 |
| Garaxxijiet oħra | 2.60 |
| Penthouse | 7.50 |
| Parkeġġ Pubbliku | 3.00 |
| Soċjali / Kulturali / Sport / Edukattiv / Rilokazzjoni Forzata | 2.20 |
| Villa (Semi / Fully Detached – 2 unitajiet ta’ abitazzjoni) / Razzett | 1.80 |
| Kategorija B | |
| Bini jew Użu Speċjali | 3.08 |
It-tariffa tal-applikazzjoni għal permess għal rimi fid-drenaġġ pubbliku hija stabbilita mir-Regolament 7 (5) tar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Rimi fid-Drenaġġ u tammonta għal €11.65.the Sewage Discharge Control Regulations and amounts to €11.65.
In the case where:
F’każ fejn:
- persuna tibda tokkupa fond diġà moqdi b’konnessjoni tas-servizz tal-ilma mas-sistema pubblika ta’ provvista tal-ilma u b’konnessjoni tad-drenaġġ mas-sistema ta’ ġbir tad-drenaġġ, trid tiġi sottomessa applikazzjoni lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tramite l-ARMS Ltd biex tiġi reġistrata l-bidla fil-konsumatur;
- fond ikun mikri għal aktar minn tliet xhur lil kwalunkwe persuna oħra li mhijiex residenta permanenti f’Malta, il-persuna li hi s-sid jew li tamministra jew li għandha f’idejha l-kontroll ta’ dak il-fond trid tinnotifika lill-KSI, kif stabbilit fir-Regolament 10 tar-Regolamenti dwar il-Fornitura tal-Ilma;
- fond ikun mikri lil kwalunkwe persuna, sew jekk espressament jew b’mod taċitu, bil-ġimgħa, jew bix-xahar, jew għal mhux aktar minn tliet xhur, jew fejn il-fond li jkun inkera għal aktar minn tliet xhur fil-fatt ikun okkupat mill-kerrej għal inqas minn tliet xhur, il-persuna li hi s-sid jew li tamministra jew li għandha l-kontroll tal-fond tkun responsabbli in solidum mal-kerrej għal kwalunkwe dejn dovut minn dan tal-aħħar fuq il-kiri tal-meter u l-provvista tal-ilma għal dak il-fond.
Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-ARMS Ltd: www.arms.com.mt
Kull persuna li tixtieq tqabbad il-fond tagħha u tiddisponi mill-iskart likwidu industrijali permezz tas-sistema pubblika ta’ ġbir tad-drenaġġ trid tissottometti applikazzjoni lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Ebda persuna ma tista’ tarmi xi skart likwidu industrijali minn xi fond industrijali fis-sistema tad-drenaġġ pubbliku jekk ma jkollhiex permess għal rimi fid-drenaġġ pubbliku maħruġ lilha mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Ir-rimi ta’ skart likwidu industrijali hu regolat mir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Rimi fid-Drenaġġ.
Il-KSI tipprovdi wkoll gwida u sorveljanza teknika lill-klijent sabiex dan ikun jista’ jikkonnettja mas-sistema ta’ ġbir tad-drenaġġ, u dawn ix-xogħlijiet għandhom jitwettqu skont ir-Regolamenti dwar il-Bini ta’ Djar u Drenaġġi.
F’każ fejn mhix installata sistema ta’ drenaġġ (eż. lokalitajiet fl-imwarrab), il-KSI tkun obbligata tipprovdi disinn biex tinbena fossa, a spejjeż tal-konsumatur, u soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet relevanti. F’każijiet bħal dawn il-KSI tipprovdi wkoll servizz ta’ tbattil tal-fossa bla ħlas għal applikazzjonijiet domestiċi biss.
Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-Kuntratt mal-Konsumatur tal-KSI.
F’Malta l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hi l-uniku fornitur tal-ilma regolat mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u liċenzjat biex jipprovdi l-ilma tax-xorb permezz ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni u biex jiġbor id-drenaġġ permezz ta’ sistema ta’ ġbir tad-drenaġġ.
Kull persuna li tixtieq tapplika għal:
- reġistrazzjoni ta’ bidla fil-konsumatur;
- bidla fit-tariffa tal-kont;
- rikonoxximent temporanju ta’ kerrej f’fond mikri;
trid tissottometti dik l-applikazzjoni bil-miktub lill-ARMS Ltd.
Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-ARMS Ltd: www.arms.com.mt
Il-Kuntratt mal-Konsumatur tal-KSI jistabbilixxi provvedimenti sabiex jintlaqgħu lmenti mingħand il-klijenti.
L-ilmenti għandhom jintbagħtu lill-KSI / ARMS Ltd.:
- jew permezz tas-sit elettroniku tagħhom – www.wsc.com.mt u www.arms.com.mt;
- jew b’kuntatt telefoniku maċ-Ċentru ta’ Kuntatt mal-Klijenti fuq freephone 8007 2222;
- jew bi żjara f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Kuntatt tal-ARMS Limited, li jinsabu:
Gattard House, Triq Nazzjonali, Il-Blata l-Bajda, Malta;
Uffiċċju tal-KSI, Triq ta’ Wara s-Sur, Ir-Rabat, Għawdex.
Persuna li tixtieq tapplika għal ħlas ta’ danni trid tissottometti applikazzjoni bil-miktub lill-ARMS Ltd.
F’każ fejn konsumatur eżawrixxa l-proċess kollu tat-trattament tal-ilmenti mal-KSI u/jew mal-ARMS Ltd u jħoss li d-deċiżjoni li ttieħdet hi inġusta, jew iħoss li l-ilment tiegħu ma ġiex indirizzat kif xieraq, jista’ jissottometti lment rigward il-kwistjoni tiegħu lir-REWS taħt ir-Regolamenti dwar il-Proċeduri għad-Determinazzjoni ta’ Kwistjonijiet (L.S.545.30). Aktar dettalji dwar kif tista’ tirreġistra lment bħal dan mar-REWS jinstabu hawn: Notifika ta’ Kwistjoni
Persuna li għandha bżonn l-għajnuna biex tħallas il-kont tagħha għandha tikkuntattja lit-taqsima tal-kontroll tal-kreditu tal-KSI. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu wkoll mill-Kuntratt mal-Konsumatur tal-KSI.
Persuna bi bżonnijiet speċjali li għandha bżonn assistenza għandha tikkuntattja lill-KSI rigward kwalunkwe talba għal assistenza speċjali.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hi mwaqqfa permezz tal-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (Kapitlu 355 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Il-KSI hi regolata wkoll mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma skont l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u r-Regolamenti dwar il-Provvista tal-Ilma u s-Servizzi tad-Drenaġġ.
Ir-Regolamenti dwar il-Bini ta’ Djar u Drenaġġi jistabbilixxu dispożizzjonijiet marbuta mal-bini ta’ drenaġġi, konnessjonijiet tad-drenaġġ, fosos, kmamar tal-ispezzjoni, eċċ.
Il-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta’ Malta) ukoll jistabbilixxu provvedimenti oħra fir-rigward ta’:
- ir-regoli li jridu jiġu osservati fil-bini tad-djar inkluż il-konnessjoni mad-drenaġġ pubbliku;
- il-poteri tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex jiżgura li dawn ir-regolamenti u l-provvedimenti jiġu mħarsa;
- l-obbligi tas-sidien ta’ proprjetà fir-rigward ta’ servitù u ta’ aċċess biex jissewwew il-ventilaturi ta’ drenaġġi pubbliċi.
Ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Rimi fid-Drenaġġ jistabbilixxu provvedimenti marbuta ma’:
- applikazzjonijiet u kundizzjonijiet tal-permessi ta’ rimi fid-drenaġġ pubbliku;
- skart likwidu projbit, li ma jistax jintrema fis-sistema ta’ drenaġġ pubbliku;
- il-kwalità ta’ skart likwidu mormi, u l-valuri massimi ta’ konċentrazzjoni fir-rimi;
- kundizzjonijiet tal-permess;
- is-setgħat mogħtija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma;
- żvelar ta’ informazzjoni;
- reati;
- is-setgħat tal-qrati li jordnaw it-tneħħija ta’ inkonvenjent, eċċ;
- irkupru ta’ danni bi proċedura ċivili.