MLT

Skema tal-2018 tal-Iżolament Termali tas-Soqfa u Ħġieġ Doppju

Last updated May 26, 2025

Skema tal-2018 tal-Iżolament Termali tas-Soqfa u Ħġieġ Doppju

1.1: Applikazzjoni – Parti A – Skema tal-2018 tal-Iżolament Termali tas-Soqfa u Ħġieġ Doppju

L-iskema tal-Iżolament Termali tas-Soqfa u Ħġieġ Doppju hi amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma bil-ħsieb li tinkoraġġixxi l-użu ta’ sistemi li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija fis-settur domestiku. Din l-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għall-użu ta’ tagħmir fuq il-proprjetà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.

Din l-iskema tnediet permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 528 tal-2018 u ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2019 permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1509 tal-2018. Għal darb’oħra, l-iskema ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2020 jew sakemm jiġu eżawriti l-fondi, permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1645 tal-2019.

Applikanti prospettivi huma mistiedna jikkonsultaw il-Linji Gwida għall-Applikanti li tħejjew bħala għajnuna biex timtela l-formola ta’ applikazzjoni għal għotja fuq Iżolament Termali tas-Soqfa u Ħġieġ Doppju.

Il-formola ta’ applikazzjoni hi maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew Parti A tal-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. Parti A għandha tiġi mimlija u sottomessa lir-REWS qabel ma jinxtara u jiġi installat it-tagħmir.

Skema tal-2018 tal-Iżolament Termali tas-Soqfa u Ħġieġ Doppju

1.2: Applikazzjoni – Parti B – Skema tal-2018 tal-Iżolament Termali tas-Soqfa u Ħġieġ Doppju

Malli t-tagħmir jiġi installat u kkummissjonat, l-applikanti huma mitluba jissottomettu Parti B tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa.

Skema tal-2018 tal-Iżolament Termali tas-Soqfa u Ħġieġ Doppju

2: Referenzi Legali

L-Avviż tal-Gvern numru 528 tal-2018 kif emendat permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1509 tal-2018, u kif emendat mill-ġdid permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1645 tal-2019.

Linji Gwida għall-Applikanti

3: Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma

  1. Dettalji tal-karta tal-identità jew id-dokument ta’ residenza tal-applikant;
  2. Firma tal-applikant bl-idejn meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni.

4: Tip ta’ Evidenza li Għandha Tiġi Sottomessa

Għal Parti A

  1. Kopja tal-karta tal-identità jew id-dokument ta’ residenza tal-applikant;
  2. Stima oriġinali li tinkludi d-dettalji tal-bejjiegħ u tax-xerrej, prezzijiet segregati (l-ispejjeż eliġibbli u dawk li mhumiex eliġibbli għandhom jintwerew separati), deskrizzjoni tal-prodott u d-data tal-ħruġ.
  3. Formola tal-applikazzjoni ffirmata.

Għal Parti B

  1. Irċevuti fiskali oriġinali;
  2. Ritratti tal-prodott installat;
  3. Ritratti tas-sit tal-installazzjoni;
  4. Kopja tal-garanzija ta’ ħames (5) snin fir-rigward tas-sistema;
  5. Ċertifikat tal-kummissjonar maħruġ mill-installatur;
  6. Formola tal-applikazzjoni ffirmata.

5: Tariffi Applikabbli

Mhux applikabbli

6: Penali u Reati

Mhux applikabbli

7: Skadenzi jew Perjodu ta’ Żmien Indikattiv li r-Regolatur Jeħtieġ għat-Twettiq tal-Proċedura

Il-liġi ma tistabbilix perjodu speċifiku biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet. Ġeneralment, applikazzjoni tiġi determinata mir-Regolatur fi żmien ħames (5) ġimgħat minn meta tiġi sottomessa formola ta’ applikazzjoni kompluta.

Min-naħa tal-applikant hemm perjodu ta’ sitt (6) xhur li matulhom trid issir l-installazzjoni u l-kummissjonar tas-sistema, inkluż is-sottomissjoni ta’ Parti B u d-dokumentazzjoni kollha relatata.

8: Regoli dwar Nuqqas ta’ Tweġiba Mingħand ir-Regolatur u Konsegwenzi Legali

Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.

9: Mezzi ta’ Rimedju u Appell

Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem il-Kumitat ta’ Reviżjoni jew għal kwalunkwe mezz ieħor ta’ rimedju stabbilit mil-liġi.

10: Awtorità Kompetenti

Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha relatata mal-formola tal-applikazzjoni, bil-posta jew inkella bl-idejn indirizzata lil:

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma,
Zentrum Business Centre, Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM 9010
Malta

icon icon icon icon icon