MLT
REWS

2021 Skema għal ‘Heat Pump Water Heater’

Last updated Oct 6, 2025

2021 Skema għal ‘Heat Pump Water Heater’

1.1: Applikazzjoni – Parti A – 2021 Skema għal ‘Heat Pump Water Heater’

L-iskema tal-‘Heat Pump Water Heaters’ hija amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, bil-ħsieb li tinkoraġixxi l-użu ta’ tagħmir ta’ enerġija effiċjenti fis-settur domestiku. Din l-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi), għal użu tat-tagħmir fil-proprjeta’ residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.

Din l-iskema tnehdiet permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 538 tas-sena 2021.

Din l-iskema ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2022 permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1668 tas-sena 2021. 

Din l-iskema ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2023 permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1776 tas-sena 2022

Din l-iskema ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2024 permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 16 tas-sena 2024

Applikanti prospettivi huma mistiedna jikkonsultaw il-Linji Gwida għall-Applikanti, li tħejjew sabiex jgħinnu lil applikanti biex jimlew il-formola tal-applikazzjoni għal għotja għal ‘Heat Pump Water Heater’.

Fil-każ li l-applikazzjoni tiġi aċċettata, l-applikant hu intitolat għal-rifużjoni ta’ 50% tal-prezz tat-tagħmir, inkluż il-VAT, sa massimu ta’ €1,000.

Il-formola tal-applikazzjoni hija maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew Parti A tal-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. Parti A għandha tiġi mimlija b’mod sħiħ u sottomessa lil REWS qabel ma jinxtara u ma jiġi installat it-tagħmir. L-applikanti huma wkoll meħtieġa sabiex jistennew l-ittra ta’ konferma maħruġa mir-REWS, li l-applikazzjoni tagħhom ġiet aċċetata qabel ma jinxtara u jiġi installat it-tagħmir.

2021 Skema ta’ ‘Heat Pump Water Heater’

  • Parti A għandha timtela’ b’mod sħiħ qabel tinxtara s-sistema tal-‘Heat Pump Water Heater’

1.2: Applikazzjoni – Parti B – 2021 Skema għal ‘Heat Pump Water Heater’

Malli t-tagħmir jiġi installat u kkummissjonat, l-applikanti huma meħtieġa li jissottomettu Parti B tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa.

2021 Skema ta’ ‘Heat Pump Water Heater’

2: Referenzi Legali

3: Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma

  1. Dettalji tal-Karta tal-Identità jew id-Dokument ta’ Residenza tal-applikant;
  2. Firma tal-applikant bl-idejn, meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
  3. Kont tad-Dawl u l-Ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn ser isir il-proġett 

4: Tip ta’ Evidenza li għandha tiġi Sottomessa

  1. Kopja tal-Karta tal-Identità jew id-Dokument ta’ Residenza tal-applikant;
  2. Kopja tal-kont tad-Dawl u l-Ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn ser isir il-proġett;
  3. Kopja tal-kuntratt tal-kiri tal-proprjetà fejn it-teknoloġija ġiet installata (fejn applikabbli);
  4. Irċevuti fiskali oriġinali;
  5. Kopja tal-fattura;
  6. Ritratti tal-plakki tal-klassifikazzjoni tat-teknoloġiji installati;
  7. Ritratti tas-sit tal-installazzjoni;
  8. Kopja tal-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar (fejn meħtieġ);
  9. Kopja tal-garanzija ta’ ħames (5) snin għas-sistema;
  10. Ċertifikat tal-kummissjonar maħruġ mill-installatur;
  11. Formola tal-applikazzjoni ffirmata.

5: Tariffi Applikabbli

Mhux applikabbli

6: Penali u Reati

Mhux applikabbli

7: Skadenzi jew Perjodu ta’ Żmien Indikattiv li r-Regolatur jeħtieġ għat-Twettiq ta’ Proċedura

Il-liġi ma tistabbilixix perjodu speċifiku sabiex jiġu proċessati l-applikazzjonijiet. Ġeneralment, applikazzjoni tiġi determinata mir-Regolatur fi żmien 5 ġimgħat minn meta tiġi sottomessa l-formola tal-applikazzjoni kompluta.

Min-naħa tal-applikant, hemm perjodu ta’ sitt (6) xhur mid-data tal-konferma tal-aċċetazzjoni tal-għotja, fejn is-sistema trid tiġi installata u kkummissjonata u tiġi sottomessa Parti B inkluż id-dokumetazzjoni kollha relatata meħtieġa. Nuqqas li s-sistema tiġi installata u kkummissjonata u/jew nuqqas li Parti B tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa ma jiġux sottomessi jista’ jwassal għal irtirar tal-offerta tal-għotja.

8: Regoli dwar Nuqqas ta’ Tweġiba mingħand ir-Regolatur u Konsegwenzi Legali

Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.

9: Mezzi ta’ Rimedju u Appell

Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem il-Kumitat ta’ Reviżjoni jew għal kwalunkwe mezz ieħor ta’ rimedju stabbilit mil-liġi.

10: Awtorità Kompetenti

Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa u relatata mal-formola tal-applikazzjoni bil-posta jew bl-idejn indirizzata lil: 

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma; 

Zentrum Business Centre, Livell 1,

Triq l-Imdina, 

Ħal Qormi, QRM 9010

Malta