MLT
REWS

Reġistrazzjoni ta’ Rigg/Tagħmir għat-Tħaffir ta’ Spieri

Last updated Oct 8, 2025

Reġistrazzjoni ta’ Rigg/Tagħmir għat-Tħaffir ta’ Spieri

1: Reġistrazzjoni ta’ Rigg/Tagħmir għat-Tħaffir ta’ Spieri

Ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Rigg/Tagħmir għat-Tħaffir ta’ Spieri jistabbilixxu li kull persuna li għandha kontroll effettiv fuq l-użu ta’ rigg/tagħmir għat-tħaffir ta’ spieri għandha tinforma u tirreġistra dak it-tagħmir mar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.

“Tagħmir għat-tħaffir ta’ spieri” jew “rigg” tfisser kull apparat li l-iskop tiegħu hu li jintuża sabiex iħaffer toqob ta’ dijametru ikbar minn mitt millimetru u ta’ fond iktar minn ħmistax-il metru. Tinkludi wkoll kwalunkwe apparat li jiġi mibdul mekkanikament, b’mod temporanju jew permanenti, sabiex iħaffer toqob ta’ din ix-xorta.

Formola ta’ Reġistrazzjoni

Formola ta’ Reġistrazzjoni ta` Rigg/Tagħmir għat-Tħaffir ta` Spieri REWS/062m/v6-02-05/22

Formola elettronika ta’ Reġistrazzjoni ta` Rigg/Tagħmir għat-Tħaffir ta` Spieri  REWS/062m/v6-02-05/22

2: Referenzi Legali

Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Tagħmir għat-Tħaffir ta’ Spieri

3: Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma

  • Dettalji/numru(i) tal-karta tal-identità jew tal-passaport tas-sid/ien tat-tagħmir tat-tħaffir/rigg.
  • Firma tal-applikant bl-idejn mitluba fuq il-formola tal-applikazzjoni.
  • F’każ ta’ kumpanija jew organizzazzjoni legali għandhom jiġu sottomessi d-dettalji tar-Rappreżentant Legali.

4: Tip ta’ Evidenza li Għandha Tiġi Sottomessa

  • Formola tal-applikazzjoni ffirmata.
  • Dettalji Tekniċi tat-Tagħmir tat-Tħaffir/Rigg.
  • Dettalji Tekniċi tat-Trakk.

5: Tariffi Applikabbli

Tariffa tal-applikazzjoni li titħallas mill-applikant lir-Regolatur mar-reġistrazzjoni ta’ tagħmir tat-tħaffir/rigg = €69.88.

6: Penali u Reati

Ir-regolament 6 tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Tagħmir għat-Tħaffir ta’ Spieri jistabbilixxi li kull utent li jonqos li jinforma lir-Regolatur kif preskritt fir-regolamenti 3 u 4, jew li jissottometti informazzjoni żbaljata, mhix kompluta, jew falza, ikun ħati ta’ reat u jista’ jeħel multa ta’ mhux inqas minn disat elef u tliet mija u sbatax-il ewro u disgħa u erbgħin ċenteżmu (€9,317.49) iżda mhux iktar minn tmintax-il elf u sitt mija u erbgħa u tletin ewro u disgħa u disgħin ċenteżmu (€18,634.99) kif ukoll il-konfiska tar-rigg/tagħmir tat-tħaffir.

Barra minn hekk, l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma jipprovdi li:

  1. kwalunkwe persuna li twettaq tali attività mingħajr liċenzja jew taġixxi bi ksur ta’ xi kundizzjoni tal-liċenzja tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn mija u ħmistax-il elf ewro (€115,000) jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn, jew tali multa u priġunerija flimkien.
  2. ir-Regolatur jista’ jimponi penali amministrattiva fuq kwalunkwe persuna li tikser xi dispożizzjoni tal-Att jew tar-regolamenti magħmulin taħtu jew ta’ kwalunkwe liġi oħra li r-Regolatur għandu jedd jinforza, jew li tonqos milli tikkonforma ruħha ma’ xi direttiva jew deċiżjoni mogħtija mir-Regolatur, jew li tonqos milli tosserva kwalunkwe kundizzjoni ta’ xi awtorizzazzjoni mogħtija taħt l-Att. Din il-multa amministrattiva m’għandhiex teċċedi:
    1. mitt elf ewro (€100,000) għal kull kontravenzjoni u, jew sitt mitt ewro (€600) għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità, mid-data tad-deċiżjoni mogħtija mir-Regolatur; u, jew
    2. f’każ ta’ intrapriża (inkluż intrapriża integrata vertikalment) jew korp ġuridiku, sa 10% tad-dħul totali kkonċernat fis-sena finanzjarja preċedenti. Madankollu, f’każ ta’ intrapriża, inkluż intrapriża integrata vertikalment jew korp ġuridiku, tista’ fi kwalunkwe każ tiġi imposta multa sa 10% tad-dħul annwali kkonċernat fis-sena finanzjarja preċedenti, liema ammont jeċċedi mitt elf ewro (€100,000).

7: Skadenzi jew Perjodu ta’ Żmien Indikattiv li r-Regolatur Jeħtieġ għat-Twettiq tal-Proċedura

  • Il-liġi ma tistabbilix perjodu speċifiku għat-twettiq tal-proċedura.
    Ġeneralment, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ tagħmir għat-tħaffir/rigg tiġi determinata mir-Regolatur fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol.

8: Regoli dwar Nuqqas ta’ Tweġiba Mingħand ir-Regolatur u Konsegwenzi Legali

Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.

9: Mezzi ta’ Rimedju u Appell

Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva mwaqqaf bl-artikolu 5 tal-Att Dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

10: Awtorità Kompetenti

Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha relatata u l-pagamenti relevanti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni, bil-posta jew inkella bl-idejn indirizzata lil:

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma,
Zentrum Business Centre,  Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM 9010
Malta