MLT
REWS

Tender

Last updated Oct 24, 2025

SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ELETTRIKU IĠĠENERAT MINN STALLAZZJONIJIET(KAPAĊITA BEJN L-200kW U INQAS MINN 1000kW) TA’ SORSI TA’ ENERĠIJA LI JIĠĠEDDU.

MEER/ITB/09/2024

Data: 9 ta’ Settembru 2024

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma f’isem il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, ser ikun qed jilqa’ l-offerti sabiex jingħata appoġġ finanzjarju għal elettriku minn stallazzjonijiet (Kapaċità bejn l-200kW u inqas minn 1000kW) li jipproduċu l-elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija li jiġġeddu, minn nofsinhar(CET) tas-4 ta’ Novembru 2024 sa nofsinhar tat-11 ta’ Novembru 2024.

L-offerti għandhom jintbagħtu permezz ta’ imejl lil procurement@rews.org.mt u l-offerenti iridu jsegwu l-istruzzjonijiet skont id-dokument tal-invit tal-offerti (Invitation to Bid (ITB) document). L-imejl procurement@rews.org.mt għandu jintuża biss għas-sottomissjoni tal-offerti u/jew kwalunkwe korrispondenza oħra relatata mal-invit tal-offerti għandhom jinbagħtu fuq regulator@rews.org.mt.

Il-kapaċità totali għal din l-offerta hija ta’ 2357 kW.

Il- Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, jirriserva kull dritt illi jirrifjuta kwalunkwe offerta vantaġġjuża.

MEER-ITB-09_2024_200kW up to less than 1000kW

Opening of Bids ITB 200kW up to less than 1000kW     
Riżultati

Riżultati tal-Evalwazzjoni
Rizultati: 28/01/2025

Lista finali ta’ kuntratti mogħtija  
MEER/ITB/09/2024