MLT

2023 Skema RIDG (Retrofitting)

Last updated May 14, 2025

2023 Skema RIDG (Retrofitting)

1.1: Applikazzjoni – Parti A – 2023 Skema Roof Insulation u Ħġieġ Doppju (Retrofitting)

1.1:  Applikazzjoni – Parti A – 2023 Skema Roof Insulation u Ħġieġ Doppju (Retrofitting)

L-iskema tar-Roof Insulation (retrofitting) u ħġieġ doppju (retrofitting) hija amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, bil-ħsieb li tinkoraġġixxi l-użu ta’ sistemi li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija fis-settur domestiku. Din l-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għal użu fil-proprejtà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.

Din l-iskema tnehdiet permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1540 tas-sena 2023. 
Din l-iskema ġiet estiża permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 18 tas-sena 2024.

Din l-iskema ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2025 permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 003 tas-sena 2025.

Applikanti prospettivi huma mistiedna jikkonsultaw il-Linji Gwida għall-Applikanti, li tħejjew sabiex jgħinu lill-applikanti biex jimlew il-formola tal-applikazzjoni għal għotja fuq materjal ta’ Roof Insulation u Ħġieġ Doppju.

L-applikazzjoni hija maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew Parti A tal-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. Parti A għandha tiġi mimlija u sottomessa lil REWS, qabel ix-xiri u l-installazzjoni tat-tagħmir. L-applikanti huma wkoll meħtieġa li jistennew l-ittra ta’ konferma tal-fondi maħruġa minn REWS, li tindika li l-applikazzjoni tagħhom ġiet aċċettata qabel ix-xiri u l-installazzjoni tal-materjal.

2023 Skema ta’ Roof Insulation u Ħġieġ Doppju (retrofitting) 


•    Parti A għandha timtela’ qabel ix-xiri tal-materjal ta’ Roof Insulation u Ħġieġ Doppju. Agħfas għal applikazzjoni onlajn.

1.2:  Applikazzjoni – Parti B – 2023 Skema ta’ Roof Insulation u Ħġieġ Doppju (Retrofitting) 

Hekk kif il-materjal jiġi installat, l-applikanti għandhom jissottomettu Parti B tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa.


2023 Skema ta’ Roof Insulation u Ħġieġ Doppju (retrofitting)
•    Parti B għandha timtela wara li ssir l-installazzjoni tal-materjal ta’ Roof Insulation u Ħġieġ Doppju. Agħfas għal applikazzjoni onlajn.

2: Referenzi Legali

3: Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma

  • Dettalji tal-Karta tal-Identità jew Dokument ta’ Residenza;
  • Firma tal-applikant bl-idejn, meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
  • Kont tad-Dawl u l-Ilma komplut fir-rigward tal-post fejn ser isir il-proġett maħruġ fl-aħħar 12-xahar. L-Iskema tal-Konsumatur għandha tkun jew ‘Residenzjali’ jew ‘Domestiku’.

4: Tip ta’ Evidenza li għandha tiġi sottomessa

  • Kopja tal-Karta tal-Identità jew id-Dokument ta’ Residenza tal-applikant;
  • Kopja tal-kont tad-Dawl u l-Ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn ser isir il-proġett f’isem l-applikant;
  • Kopja tal-kuntratt tal-kiri tal-proprjetà fejn il-materjal ġie installat (jekk applikabbli);
  • Irċevuti oriġinali fiskali;
  • Kopja tal-fattura/i;
  • Ritratti li juru l-materjal/l-aperturi preċedenti u ritratti li juru l-materjal / l-aperturi ġodda;
  • Kopja tal-permess tal-PA (fejn rikjest);
  • Kopja ta’ ħames (5) snin garanzija;
  • Ċertifikat ta’ tlestija maħruġ mill-perit jew l-installatur;
  • Formola tal-applikazzjoni ffirmata.

5: Tariffi Applikabbli

Mhux applikabbli

6: Penali u Reati

Mhux applikabbli

7: Skadenzi jew Perjodu ta’ Żmien Indikattiv li r-Regolatur Jeħtieġ għat-Twettiq tal-Proċedura

Il-liġi ma tistabbilixix perjodu speċifiku sabiex jiġu proċessati l-applikazzjonijiet. Ġeneralment, applikazzjoni tiġi determinata mir-Regolatur fi żmien 5 ġimgħat minn meta tiġi sottomessa l-formola tal-applikazzjoni kompluta.

Min-naħa tal-applikant, hemm perjodu ta’ sitt (6) xhur mid-data ta’ konferma tal-aċċetazzjoni tal-għotja sabiex issir l-installazzjoni, jitħallas il-materjal u tiġi sottomessa l-applikazzjoni Parti B kif ukoll id-dokumentazzjoni kollha relatata meħtieġa. Nuqqas biex tinstalla u / jew nuqqas biex tissottometti l-applikazzjoni Parti B u d-dokumentazzjoni kollha relatata tista’ twassal għall-irtirar tal-offerta tal-għotja.

8: Regoli dwar Nuqqas ta’ Tweġiba mingħand ir-Regolatur u Konsegwenzi Legali

Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.

9: Mezzi ta’ Rimedju u Appell

Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem il-Kumitat ta’ Reviżjoni jew għal kwalunkwe mezz ieħor ta’ rimedju stabbilit mil-Liġi.

10: Awtoritá Kompetenti

Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa bil-posta jew bl-idejn indirizzata:

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, 

Zentrum Business Centre, Level 1,

Triq l-Imdina, 

Ħal Qormi, QRM 9010

Malta.

icon icon icon icon icon