MLT
Last updated May 8, 2025

Drittijiet tal-Awtur

L-utent qiegħed jingħata permess li jaħmel użu mill-paġni ta’ dan is-sit web, jissejvja fajls, iqassam u jirriproduċi l-paġni.  Madankollu, s-sors għandu jiġi dikjarat u l-materjal m’għandux jinbidel jew jitgħawweġ.  Il-materjal riprodott qatt m’għandu jiġi ppreżentat bħala verżjoni uffiċjali, u lanqas qatt m’għandu jiġi ppreżentat li sar bi sħab ma’ jew bl-approvazzjoni tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.

L-Użu ta’ Hyperlinks

Hija l-politika tagħna li nitolbu permess sabiex nagħmlu links ma’ siti web oħra.  Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma mhuwiex responsabbli mill-kontenut jew mill-affidabbiltà ta’ siti web marbuta u mhux neċessarjament jaqbel mal-opinjonijiet espressi fihom.  L-elenkar m’għandux jitqies bħala xi approvazzjoni ta’ kwalunkwe tip.  Aħna ma nistgħux niggarantixxu li dawn il-links jaħdmu dejjem u m’għandna l-ebda kontroll fuq id-disponibbiltà tal-paġni marbuta.

Inti mistieden tagħmel link mas-sit web tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, iżda aħna ma nistgħux nintrabtu li nagħmlu link reċiproku.  Jekk tagħmel link mas-sit web tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji tas-sit li int qiegħed torbot miegħu kif ukoll il-paġna li qiegħed torbot magħha.  Dan jgħin  lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma sabiex jidentifika l-paġni popolari u sabiex iżommok infurmat ta’ kwalunkwe bdil relevanti.

L-ikkupjar u l-użu tal-logo tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u ta’ logos oħra relatati mhuwiex permess migħajr l-approvazzjoni minn qabel tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.  Talbiet għal permess għandhom jintbagħtu lill-webmaster.  Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji tiegħek; inkluż min int, dettalji tal-kuntatt (isem, indirizz, numru tat-telefown, numru ta-faks u l-indirizz tal-posta elettronika), l-organizzazzjoni li inti tirrappreżenta (jekk applikabbli), u kif u għalfejn tixtieq tuża l-logo tagħna.