2024 Skema għal – Double Glazing għall- Residenti ta’ Birżebbuġa
Is-Skema tad-Double Glazing għal residenti ta’ Birżebbuġa tiġi amministrata mir-Regolatur tas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) b’għan li tgħin dawk il-familji f’Birżebbuġa biex jibdlu kwalunkwe aperturi li jiffaċċjaw barra li huma antikati jew ineffiċjenti u biex jissostitwuhom b’aperturi li jipprovdu aħjar insulazzjoni tal-ħoss.
is-skema hija rregolata permezz tal-Avviż tal-Gvern 636 li ġie ippubblikat nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Mejju 2024.
Applikanti prospettivi huma mistiedna jirreferu għall-Linji Gwida għall-Applikanti li ġew ippreparati biex jgħinu l-applikanti biex jimlew il-formola tal-applikazzjoni għal ghajnuna fuq id-Double Glazing.
Il-formola tal-applikazzjoni hija mqassma f’żewġ partijiet. L-applikanti jridu jimlew il-Parti A tal-applikazzjoni b’dettalji personali tagħhom. Il-Parti A għandha tiġi kompluta u sottomessa lill-REWS qabel ix-xiri u l-installazzjoni tal-apparat. Applikazzjoni online se tkun disponibbli mis-27 ta’ Mejju 2024.
Skema ta’ Double Glazing 2024 għal Residenti ta’ Birżebbuġa
• Parti A għandha tiġi kompluta qabel ix-xiri u l-installazzjoni
Wara l-installazzjoni u l-kummissjonar tal-apparat, l-applikanti għandhom jissottomettu l-Parti B tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti ta’ appoġġ meħtieġa.
Skema ta’ Double Glazing 2024 għal Residenti ta’ Birżebbuġa
• Il-Parti B għandha timtela wara l-installazzjoni u l-kummissjonar. Ibda l-applikazzjoni online.
Avviż tal-Gvern numru 636 tas-sena 2024
1. Dettalji tal-Karta tal-Identità jew Dokument ta’ Residenza;
2. Firma tal-applikant bl-idejn, meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
3. Kont tad-Dawl u l-Ilma komplut fir-rigward tal-post fejn ser isir il-proġett maħruġ fl-aħħar 12-xahar. L-Iskema tal-Konsumatur għandha tkun jew ‘Residenzjali’ jew ‘Domestiku’.
For Part A
1. Online application form.
For Part B
1. Original Fiscal receipts;
2. Photographs of the product installed;
3. Copy of the Identity Card or Residence Document of the applicant;
4. Photocopy of five (5) year guarantee of the system;
5. Commissioning certificate issued by the installer;
6. Signed application form
Mhux applikabbli
Mhux applikabbli
Il-liġi ma tistabbilixix perjodu speċifiku sabiex jiġu proċessati l-applikazzjonijiet. Ġeneralment, applikazzjoni tiġi determinata mir-Regolatur fi żmien 5 ġimgħat minn meta tiġi sottomessa l-formola tal-applikazzjoni kompluta. Min-naħa tal-applikant, hemm perjodu ta’ sitt (6) xhur mid-data ta’ konferma tal-aċċetazzjoni tal-għotja sabiex issir l-installazzjoni, jitħallas il-materjal u tiġi sottomessa l-applikazzjoni Parti B kif ukoll id-dokumentazzjoni kollha relatata meħtieġa. Nuqqas biex tinstalla u / jew nuqqas biex tissottometti l-applikazzjoni Parti B u d-dokumentazzjoni kollha relatata tista’ twassal għall-irtirar tal-offerta tal-għotja.
Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.
Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem il-Kumitat ta’ Reviżjoni jew għal kwalunkwe mezz ieħor ta’ rimedju stabbilit mil-Liġi.
Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa bil-posta jew bl-idejn indirizzata:
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma,
Zentrum Business Centre, Level 1,
Triq l-Imdina,
Ħal Qormi, QRM 9010
Malta.