Reġistrazzjoni ta’ Pixxini tal-Għawm: Permess għall-Bini u Liċenzja għall-Operat
Ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Swimming Pools jistabbilixxu li m’għandhiex tinbena, titħaddem jew tintuża pixxina tal-għawm sakemm ma jkunx inħareġ permess għall-bini tagħha u liċenzja għall-operat u l-użu tagħha mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.
Formola ta’ Reġistrazzjoni għall-pixxini tal-għawm: permess għall-bini u liċenzja għall-operat:
Swimming Pool Registration Licence e-Form
Swimming Pool Registration Licence Form REWS/006/v7-02/09/20
F’każ li tinbidel il-persuna li topera l-pixxina tal-għawm, għandha tiġi sottomessa applikazzjoni għat-trasferiment tal-liċenzja, lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.
Formola għat-trasferiment tal-Liċenzja ta’ pixxina tal-għawm:
Transfer of Swimming Pool Licence e-Form
Transfer of Swimming Pool Licence Form REWS/178/v3-02/09/20
Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Swimming Pools
- Dettalji / numru tal-karta tal-identità je tal-passaport tal-applikant.
- Firma tal-applikant bl-idejn mitluba fuq il-formola tal-applikazzjoni.
- F’każ ta’ kumpanija jew organizzazzjoni legali għandhom jiġu sottomessi d-dettalji tar-Rappreżentant Legali.
- Dettalji tal-perit li qed jiċċertifika l-pixxina tal-għawm:
- numru tal-karta tal-identità jew passaport;
- dettalji tal-email;
- indirizz fejn jista’ jiġi kkuntattjat;
- referenza tal-perit.
F’każ ta’ trasferiment ta’ liċenzja għall-operat ta’ pixxina tal-għawm:
- Dettalji tal-karti tal-identità jew tal-passaporti tat-trasferent u taċ-ċessjonarju huma meħtieġa.
- Formola ta’ applikazzjoni ffirmata.
- Dikjarazzjoni tal-perit
- Pjanta tas-sit li turi l-koordinati tal-pixxina tal-għawm. Kull referenza għal mappa tirreferi għad-data topografika ppubblikata mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq survey sheets (1:2500) ibbażati fuq il-verżjoni tar-ritratti mill-ajru l-aktar riċenti li jkunu disponibbli.
- Disinni tal-perit li juru l-pjanta u s-sezzjoni tal-pixxina tal-għawm.
- Applikazzjonijiet għal pixxini użati bl-ilma baħar għandhom ukoll jinkludu disinni tas-sistema ta’ tbattil inkluż il-kanna tat-tbattil li twassal mill-pixxina sal-baħar u evidenza li l-pixxina tinsab sa mhux iktar minn 100m mil-linja tal-kosta.
F’każ ta’ trasferiment ta’ liċenzja għall-operat ta’ pixxina tal-għawm:
- Kopja tal-kuntratt / att li juri d-dettalji tat-trasferent u ċ-ċessjonarju.
Tariffi li jitħallsu mill-applikant lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma:
- Għal pixxina tal-għawm użata biss u esklussivament mill-applikant u l-familja tiegħu:
- bl-ilma ħelu = €4.60 kull m3 li tesa’;
- bl-ilma baħar skont ir-regolament 6(2) tar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Swimming Pools= €100.00.
- Għal pixxina tal-għawm użata biss u esklussivament minn soċjetà filantropika = xejn.
- Għal kull pixxina tal-għawm oħra:
- użata bl-ilma ħelu = €6.90 kull m3 li tesa’:
Madankollu, it-tariffa m’għandhiex teċċedi l-€2,329.37;
- użata bl-ilma baħar skont ir-regolament 6(2) tar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Swimming Pools= €600.00.
- Tariffa amministrattiva li titħallas mill-applikant lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma għall-ħruġ ta’ permess biex tinbena jew għall-ħruġ ta’ liċenzja biex tiġi operata jew użata pixxina tal-għawm = €50
Ir-regolament 8 tar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Swimming Poolsjistabbilixxi li, meta pixxina tal-għawm tkun inbniet mingħajr permess u/jew qiegħda tintuża jew tiġi operata mingħajr liċenzja, dak il-permess u/jew liċenzja jitqiesu li kienu fis-seħħ sa mid-data li r-Regolatur jindika fuq dak il-permess jew liċenzja, jekk il-pagament relattiv isir fi żmien tletin jum minn meta dan jintalab mir-Regolatur u jkun imsieħeb b’pagament ieħor li jkun daqs terz (1/3) tal-pagament relattiv.
Barra minn hekk, l-Att dwar il-Kontroll tas-Swimming Pools jipprovdi li kull persuna li tikser xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn sitt mija u tmienja u disgħin ewro u wieħed u tmenin ċenteżmu (698.81) u mhux iżjed minn elfejn, tliet mija u disgħa u għoxrin ewro u sebgħa u tletin ċenteżmu (2,329.37).
Il-liġi ma tistabbilix perjodu speċifiku għat-twettiq tal-proċedura.
Ġeneralment, applikazzjoni:
- għall-permess għall-bini u liċenzja għall-operat u użu ta’ pixxina tal-għawm tiġi pproċessata u determinata mir-Regolatur fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol;
- għat-trasferiment ta’ liċenzja għall-operat ta’ pixxina tal-għawm tiġi determinata mir-Regolatur fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol.
Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti għal ċaħda u l-applikant għandu d-dritt ta’ appell.
Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva mwaqqaf bl-artikolu 5 tal-Att Dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
Dettalji ta’ kuntatt:
Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha relatata u l-pagamenti relevanti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni, bil-posta jew inkella bl-idejn indirizzata lil:
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma,
Zentrum Business Centre
Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM 9010
Malta.




