MLT
Last updated May 8, 2025

Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda ta’ Resposabbiltà

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma jagħmel ħiltu sabiex iżomm l-informazzjoni fuq dan is-sit web preċiża.  L-għan tagħna huwa li nżommu l-informazzjoni korretta, f’waqta, preċiża, kompleta, relevanti u kemm jista’ jkun aċċessibli.  Jekk tinġibed l-attenzjoni tagħna għal xi żbalji, aħna nikkoreġuhom. Madankollu aħna ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà  f’każ ta’ preġudizzju, telf jew ħsara mill-użu ta’ dan is-sit web.

Il-materjal:

  • huwa biss informazzjoni ta’ natura ġenerali u mhux intenzjonat għal xi ċirkostanti speċifiki ta’ kwalunkwe individwu jew entità;
  • mhux neċessarjament komprensiv, komplet jew aġġornat;
  • jista’ jkollu links ma’ siti web oħra u li r-REWS m’għandu l-ebda kontroll fuqhom;
  • mhuwiex u m’għandux jitqies li joffri parir professjonali jew legali.

Ir- Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ma jistax jagħti ebda garanzija li dokument disponibbli online jirriproduċi eżattament it-test adottat uffiċjalment.  Għaldaqstant meta hemm il-ħtieġa ta’ test uffiċjali ta’ leġiżlazzjoni, l-utenti huma mitluba li jirreferu għall-verżjoni uffiċjali tal-Liġijiet ta’ Malta, li huma ppublikati skont l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ma jipprovdix kontroll tal-kwalità ta’ links esterni. L-inklużjoni ta’ kwalunkwe isem ta’ kumpanija jew negozjant fil-paġni m’għandux jitqies bħala xi rakkomandazzjoni għall-prodotti u/jew servizzi ta’ dik il-kumpanija jew ta’ dak in-negozjant.

Jekk int issib kwalunkwe ħaġa f’dan is-sit web li hija ta’ tħassib, jekk jogħġbok ibgħat korrispondenza elettronika lill-webmaster jew uża l-formola tal-feedback.