MLT
REWS

Tender

Last updated Oct 24, 2025

STEDINA GĦALL-OFFERTI GĦALL-GĦOTJA TA’ GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ELETTRIKU IĠĠENERAT MINN STALLAZZJONIJIET (KAPAĊITA BEJN 40KW U INQAS MINN 200KW) TA’ SORSI TA’ ENERĠIJA RINNOVABBLI

MEEC/ITB/01/2025

Data tal-Pubblikazzjoni: 16 ta’ Mejju 2025

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma f’isem il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, ser ikun qed jilqa’ l-offerti sabiex jingħata sapport finanzjarju għal elettriku minn stallazzjonijiet (Kapaċità bejn l-40kWp u inqas minn 200kWp) li jipproduċu l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, minn nofsinhar (CET) tas-27 ta’ Ġunju 2025 sa nofsinhar tal-4 ta’ Lulja 2025.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi permezz ta’ imejl lil procurement@rews.org.mt u l-offerenti għandhom isegwu l-istruzzjonijiet skont id-dokument tal-istedina għall-offerti (Invitation to Bid (ITB) document). L-imejl procurement@rews.org.mt għandu jintuża biss għas-sottomissjoni tal-offerti u kwalunkwe korrispondenza oħra relatata mal-istedina tal-offerti għandha tinbtagħat permezz ta’ imejl lil regulator@rews.org.mt

Il-kapaċità totali offruta f’din l-istedina għall-offerti hija ta’ 220 kW.

Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika jirriserva d-dritt illi jirrifjuta anke l-iktar offerta vantaġġjuża.

MEEC-ITB-01_2025_40kW up to less than 200kW

Corrigenda – MEEC-ITB-01_2025_40kW up to less than 200kW

Ftuħ ta’ Offerti ITB 40kW sa inqas minn 200kW
Riżultati: click here

Riżultati ta’ Evalwazzjoni
Riżultati 28/08/2025

Lista finali tal-kuntratti mogħtija
MEEC/ITB/01/25