Awtorizzazzjoni għat-Twettiq tal-Attività tat-Tagħbija, Ħatt u Trasferiment ta’ Karburanti bejn Barkun tal-Bunkers jew Terminal Marittimu jew Faċilità Marittima jew tnejn jew aktar minn dawn, għal Bastiment Riċeventi meta dawk il-Karburanti jkunu għall-użu tat-tħaddim tal-istess Bastiment jew il-Makkinarju tiegħu
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma joħroġ awtorizzazzjonijiet lil persuni għat-twettiq tal-attività tat-tagħbija, ħatt u trasferiment ta’ karburanti bejn barkun tal-bunkers jew terminal marittimu jew faċilità marittima jew tnejn jew aktar minn dawn, għal bastiment riċeventi meta dawk il-karburanti jkunu għall-użu tat-tħaddim tal-istess bastiment jew il-makkinarju tiegħu. Dawn l-awtorizzazzjonijiet jinħarġu skont ir-Regolamenti dwar l-Awtorizzazzjoni ta’ Bunkering – L.S. 545.25.
Kull persuna (inkluż persuna ġuridika) li beħsiebha:
- tgħabbi, tħott u tittrasferixxi karburanti bejn barkun tal-bunkers jew terminal marittimu jew faċilità marittima jew tnejn jew aktar minn dawn, għal bastiment riċeventi meta dawk il-karburanti jkunu għall-użu tat-tħaddim tal-istess bastiment jew il-makkinarju tiegħu;
- iġġedded awtorizzazzjoni eżistenti għat-tagħbija, ħatt u trasferiment ta’ karburanti bejn barkun tal-bunkers jew terminal marittimu jew faċilità marittima jew tnejn jew aktar minn dawn, għal bastiment riċeventi meta dawk il-karburanti jkunu għall-użu tat-tħaddim tal-istess bastiment jew il-makkinarju tiegħu;
- tittrasferixxi awtorizzazzjoni eżistenti għat-tagħbija, ħatt u trasferiment ta’ karburanti bejn barkun tal-bunkers jew terminal marittimu jew faċilità marittima jew tnejn jew aktar minn dawn, għal bastiment riċeventi meta dawk il-karburanti jkunu għall-użu tat-tħaddim tal-istess bastiment jew il-makkinarju tiegħu;
għandha tapplika bil-miktub lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u għandu jkollha fil-pussess tagħha awtorizzazzjoni maħruġa mir-Regolatur taħt dawn ir-regolamenti qabel ma topera dik il-faċilità jew sistema ta’ ħżin, u twettaq u teżerċita dik l-attività ta’ servizz.
Applikanti prospettivi mistiedna jirreferu għall-Mudell ta’ Awtorizzazzjoni għall-Bunkering sabiex jiksbu idea ċara tal-awtorizzazzjonijiet ta’ dan it-tip li jinħarġu mir-REWS.
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-twettiq tal-attività tat-tagħbija, ħatt u trasferiment ta’ karburanti bejn barkun tal-bunkers jew terminal marittimu jew faċilità marittima jew tnejn jew aktar minn dawn, għal bastiment riċeventi meta dawk il-karburanti jkunu għall-użu tat-tħaddim tal-istess bastiment jew il-makkinarju tiegħu:
Formola ta’ Applikazzjoni għal Bunkering bil-Barkun jew Terminal Marittimu (Verżjoni bl-Ingliż) REWS/085/v8-03-09/24
Formola Elettronika ta’ Applikazzjoni għal Bunkering bil-Barkun jew Terminal Marittimu (Verżjoni bl-Ingliż)
Nota: Importanti li wieħed jinnota li, bħala punt uniku ta’ servizz, ir-Regolatur jirċievi wkoll l-applikazzjoni relatata li trid tiġi sottomessa lill-Awtorità tat-Trasport f’Malta (TM). Meta jkun qed japplika għal awtorizzazzjoni mir-REWS, l-applikant irid jissottometti ż-żewġ formoli mimlijin kif mitlub. Ir-Regolatur ma jistax joħroġ awtorizzazzjoni qabel ma t-TM tkun ħarġet Permess ta’ Operatur tal-Bunkering f’isem l-applikant.
Regolamenti dwar l-Awtorizzazzjoni ta’ Bunkering – L.S. 545.25
- Dettalji/numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport tal-applikant;
- F’każ ta’ entità legali, dettalji/numru(i) tal-karta(i) tal-identità jew passaport(i) tar-rappreżentant(i) legali;
- Firma tal-applikant bl-idejn jew f’każ ta’ entità legali, il-firma(firem) tar-rappreżentant(i) legali tal-entità.
Barra minn hekk, f’każ ta’ applikazzjonijiet għat-trasferiment ta’ Awtorizzazzjoni, id-dettalji hawn fuq imsemmija għandhom jiġu sottomessi wkoll fir-rigward tal-provditur awtorizzat kurrenti.
F’każ ta’ applikazzjoni għall-ħruġ, tiġdid jew trasferiment ta’ awtorizzazzjoni:
- Kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport tal-applikant;
- F’każ ta’ entità legali, kopji tal-karta(i) tal-identità jew tal-passaport(i) tar-rappreżentant(i) legali;
- Ċertifikat riċenti (<3 xhur) tal-kondotta tal-applikant, maħruġ mill-Pulizija. F’każ ta’ kumpanija/Organizzazzjoni Legali, jintalbu ċ-ċertifikati tal-kondotta maħruġa mill-Pulizija fir-rigward tad-Diretturi u r-Rappreżentanti Legali kollha;
- Permess ta’ operatur tal-bunkering maħruġ minn Transport Malta.
Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ applikazzjoni biex tirreġistra barkun, irid jiġi sottomess dan id-dokument:
- Kuntratt tan-Noleġġ tal-bastiment u ċertifikat tar-reġistru.
Addizzjonalment, għal applikazzjoni għall-operazzjoni ta’ terminal marittimu, iridu jiġu sottomessi d-dokumenti li ġejjin:
- Disinn tat-terminal marittimu propost;
- Pjanta tas-sit fi skala 1:2500, li tindika l-konfini tat-terminal marittimu;
- Kopja tal-applikazzjoni għal Faċilità Primarja tal-Ħżin (taħt leġiżlazzjoni sussidjarja 545.17).
Wara li jkun inħareġ permess preliminari mir-Regolatur, u malli jitlesta t-Terminal Marittimu u/jew ikun(u) disponibbli l-barkun(i), trid tiġi sottomessa wkoll din id-dokumentazzjoni:
- Il-permess ta’ operatur tal-bunkering maħruġ minn Transport Malta;
- Għall-barkun(i) tal-bunkers – Standard Chartering Questionnaire ta’ Intertanko, pjanta tat-tqassim u ritratti tal-bastiment;
- Għat-terminals marittimi – kopja tar-Rapport tal-Kummissjonar tal-faċilità primarja tal-ħżin;
- Ritratti tat-Terminal Marittimu;
- Ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar fir-rigward tat-terminal marittimu li jkopri l-faċilità primarja tal-ħżin;
- Kwalunkwe dokumentazzjoni oħra meħtieġa mir-Regolatur jew mill-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni.
It-tariffi applikabbli huma kif ġej:
- Tariffa tal-applikazzjoni, mhix rifondibbli, ta’ €500 (ħames mitt ewro);
- Tariffi annwali tal-awtorizzazzjoni u ħlasijiet dovuti kif ġej:
- Tariffa annwali tal-awtorizzazzjoni għal barkuni tal-bunkers €2,329, u ħlas ta’ 0.20 ewro għal kull tunnellata ta’ karburant rilaxxat għall-finijiet ta’ bunkering marittimu;
- Tariffa annwali tal-awtorizzazzjoni għal Terminals Marittimi €2,329, u ħlas ta’ 0.20 ewro għal kull tunnellata ta’ karburant rilaxxat għall-finijiet ta’ bunkering marittimu.
Ir-regolament 24 tar-Regolamenti dwar l-Awtorizzazzjoni ta’ Bunkering jistabbilixxi li jekk persuna twettaq xi reat kontra dawn ir-regolamenti, meta tinstab ħatja tista’ teħel multa ta’ mhux aktar minn disgħa u sittin elf ewro (€69,000), jew ta’ elf u tliet mitt ewro (€1,300) għal kull jum li fih jibqa’ għaddej ir-reat.
Barra minn hekk, l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma jipprovdi li:
- kwalunkwe persuna li twettaq tali attività mingħajr liċenzja jew taġixxi bi ksur ta’ xi kundizzjoni tal-liċenzja tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn mija u ħmistax-il elf ewro (€115,000) jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn, jew tali multa u priġunerija flimkien.
- ir-Regolatur jista’ jimponi penali amministrattiva fuq kwalunkwe persuna li tikser xi dispożizzjoni tal-Att jew tar-regolamenti magħmulin taħtu jew ta’ kwalunkwe liġi oħra li r-Regolatur għandu jedd jinforza, jew li tonqos milli tikkonforma ruħha ma’ xi direttiva jew deċiżjoni mogħtija mir-Regolatur, jew li tonqos milli tosserva kwalunkwe kundizzjoni ta’ xi awtorizzazzjoni mogħtija taħt l-Att. Din il-multa amministrattiva m’għandhiex teċċedi:
- mitt elf ewro (€100,000) għal kull kontravenzjoni u, jew sitt mitt ewro (€600) għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità, mid-data tad-deċiżjoni mogħtija mir-Regolatur; u, jew
- f’każ ta’ intrapriża (inkluż intrapriża integrata vertikalment) jew korp ġuridiku, sa 10% tad-dħul totali kkonċernat fis-sena finanzjarja preċedenti. Madankollu, f’każ ta’ intrapriża, inkluż intrapriża integrata vertikalment jew korp ġuridiku, tista’ fi kwalunkwe każ tiġi imposta multa sa 10% tad-dħul annwali kkonċernat fis-sena finanzjarja preċedenti, liema ammont jeċċedi mitt elf ewro (€100,000).
Ir-Regolatur għandu jikkomunika mal-applikant bil-miktub fi żmien raġonevoli, li m’għandux ikun ta’ aktar minn xahrejn mid-data meta tasal għandu applikazzjoni valida, kwalunkwe deċiżjoni meħuda li tikkonċerna applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew applikazzjoni għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni jew kwalunkwe raġuni valida li timpedixxi r-Regolatur milli jieħu tali deċiżjoni.
Awtorizzazzjoni li tiskadi tista’ tiġi mġedda, u applikazzjoni għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni għandha tiġi sottomessa bil-miktub lir-Regolatur, bil-mod kif ir-Regolatur jista’ jitlob, tliet xhur qabel id-data li fiha tkun se tiskadi l-awtorizzazzjoni.
Ir- Regolamenti dwar l-Awtorizzazzjoni ta’ Bunkering jistabbilixxu wkoll li, f’każ li r-Regolatur jonqos milli jinforma lill-applikant dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda li tikkonċerna aċċess għal xi attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju tagħha, inkluż ir-rifjut jew l-irtirar ta’ xi awtorizzazzjoni, dan bl-ebda mod m’għandu jfisser li r-Regolatur ikun approva dik l-awtorizzazzjoni b’mod taċitu u li l-applikant ikun awtomatikament ġie mogħti aċċess biex iwettaq jew jeżerċita xi attività ta’ servizz.
Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva mwaqqaf bl-artikolu 5 tal-Att Dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u d-dispożizzjonijiet tal-artikolu 13 tar-Regolamenti dwar l-Awtorizzazzjoni ta’ Bunkering – L.S. 545.25.
Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha relatata u l-pagamenti relevanti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni, bil-posta jew inkella bl-idejn indirizzata lil:
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma,
Zentrum Business Centre, Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM 9010
Malta