Skema tal-2021 PV VO Scheme (Magħluqa)
L-iskema tal-Pannelli Solari Fotovoltajċi għal Għaqdiet Volontarji hi skema amministrata mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli (MESD) bil-ħsieb li tinkoraġġixxi l-użu tal-enerġija rinovabbli. Din l-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali u tapplika għal Għaqdiet Volontarji registrati u konformi kif imfissra fl-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji (Kap. 492).
Din l-iskema tnediet permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1293 tal-2021.
Applikanti prospettivi huma mistiedna jikkonsultaw il-Linji Gwida għall-Applikanti li tħejjew bħala għajnuna biex timtela l-formola t’applikazzjoni għal għotja fuq Sistema Fotovoltajka.
Skema tal-2021 PV VO Scheme (it-tielet sejħa)
Formola tal-Applikazzjoni
- Avviż tal-Gvern numru 1293 tal-2021
- Avviż tal-Gvern numru 1406 tal-2021
- Linji Gwida għall-Applikanti
- Dettalji tal-karta tal-identità jew id-dokument ta’ residenza tal-applikant;
- Kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-VO u taċ-ċertifikat ta’ konformità;
- Firma awtentika tal-applikant meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
- Kont tad-dawl u l-ilma maħruġ mill-ARMS fir-rigward tal-post fejn ser issir l-installazzjoni.
- Kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-VO u taċ-ċertifikat ta’ konformità;
- Kopja tal-att kostituttiv jew statut ta’ l-organizzazzjoni;
- Kopja ċċertifikata tar-riżoluzzjoni tal-organizzazzjoni biex tagħti s-setgħa lill-firmatarju ta’ din l-applikazzjoni biex taġixxi f’isimha (applikabbli meta l-persuna tkun differenti minn dik iddikjarata fl-istatut tal-VO)
- Kopja tal-karta tal-identità / Passaport tal-firmatarju/i;
- Kopja tal-kont tad-dawl u l-ilma maħruġ mill-ARMS fir-rigward tal-post fejn se jsir il-proġett;
- Ritratti tas-sit ta’ installazzjoni;
- Kopja tal-permess tal-ippjanar approvat (jekk applikabbli) komplut bi tpinġijiet relatati;
- Formola tal-applikazzjoni ffirmata.
Mhux applikabbli
Mhux applikabbli
Il-liġi ma tistabbilix perjodu speċifiku biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet. Ġeneralment, applikazzjoni tiġi determinata mil-Ministeru fi żmien 10 ġimgħat minn meta tiġi sottomessa formola ta’ applikazzjoni kompluta
Ġeneralment, il-Liġi Amministrattiva ta’ Malta tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ tweġiba titqies bħala ekwivalenti ta’ ċaħda u l-applikant għandu dritt jappella.
Kull deċiżjoni li tittieħed mir-Regolatur, jew il-Ministeru (MESD), inkluż ċaħda ta’ applikazzjoni, tista’ tkun suġġetta għal appell u kwalunkwe mezz ieħor ta’ rimedju stabbilit mil-liġi
Tista’ tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha relatata mal-formola tal-applikazzjoni, bil-posta jew inkella bl-idejn indirizzata lil:
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma,
Zentrum Business Centre, Livell 1
Triq l-Imdina
Ħal Qormi QRM 9010