MLT
REWS

Tariffa Feed-in

Last updated Nov 3, 2025

Talba għal Tariffa Feed-in għal Installazzjoni Fotovoltajka b’kapaċità ta’ bejn 1kWp u 40kWp;

  • L-Ewwel Parti: Għajnuna Operatorja – Trid tiġi sottomessa bil-One-Stop-Shop
  • It-Tieni Parti: Għajnuna Operatorja – għal applikazzjonijiet li ma sarux bil-One-Stop-Shop, u ġew installati

Talba għall-Estensjoni ta’ Darba, ta’ 12 Xahar, tal-eliġibilità għal tariffa feed-in tal-Installazzjoni Fotovoltajka (jekk applikabbli);

Talba ghal Tibdil fir-Rigward ta’ Installazzjoni Fotovoltajka Eżistenti.

1.1: Applikazzjoni għal Talba ta’ Tariffa Feed-in għal Installazzjoni Fotovoltajka b’kapaċità ta’ bejn 1kWp u 40kWp

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma jamministra l-allokazzjoni u l-approvazzjoni ta’ tariffi feed-in għal kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni solari fotovoltajċi skont ir-Regolamenti dwar Skema ta’ Tariffi Feed-in (Elettriku Ġenerat minn Stallazzjonijiet Fotovoltajċi tax-Xemx) (L.S. 545.27).
 
Kull stazzjon tal-enerġija għandu jikkonforma mar-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S. 545.34) li jirrikjedu li stazzjon tal-enerġija:

  1. li jkollu kapaċità nominali ta’ 16-il Amp jew inqas għal kull fażi (20-il Amp f’kaz ta’ inverter bil volt-var) għandu jkun notifikat lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma;
  2. li jkollu kapaċità nominali li teċċedi il-kondizjoni ta’ hawn fuq jeħtieġ Awtorizzazzjoni qabel ma jinbena, u liċenzja għall-ġenerazzjoni tal-elettriku malli jinbena.

Kemm l-awtorizzazzjoni kif ukoll il-liċenzja jinħarġu mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.
 
L-EWWEL PARTI
Kull persuna li tixtieq tinstalla installazzjoni solari fotovoltajka u tibbenefika minn tariffa feed-in (FiT) għandha tapplika lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma qabel ma tinstalla l-installazzjoni fotovoltajka. L-applikazzjoni trid tiġi sottomessa bil-One-Stop-Shop u jintgħażel il FiT_Scheme, tinkorpora kemm it-talba għall-allokazzjoni ta’ tariffa feed-in kif ukoll l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni / proċess ta’ notifika skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S. 545.34).
 
F’każ ta’ applikazzjonijiet eliġibbli:

  1. għal sistemi b’kapaċità nominali sa 16-il Amp fuq kull phase jew sa 20-il Amp fuq kull phase, fil-każ li l-inverter(s) hu/huma ekwipaġġati bil-volt-var (ara in-nota teknika hawn taħt) il-proċess ta’ applikazzjoni għal “L-Ewwel Parti: Għajnuna Operatorja PV” jintemm bil-ħruġ ta’ allokazzjoni ta’ tariffa feed-in permezz ta’ “Ittra ta’ konferma tal-FIT”;
  2. għal sistemi ikbar, il-One-Stop-Shop jigwida lill-applikant biex l-ewwel jitlob Preliminary Grid Study, u fuq ir-riżultat ta’ dan l-istudju, l-applikant jista jiproċedi  billi jisottometti l-applikazjoni “L-Ewwel Parti” bil-One-Stop-Shop.  L-eliġibilita għall-allokazzjoni l- ta’ tariffa feed-intiġi ikkonfermata bil-ħruġ tad-dokument “Authorisation to Construct”. Ta’ min jinnota li dan id-document jinħareġ mir-Regolatur wara li l-applikant jkun indirizza t-talbiet tal-grid study u l-konnesjoni mal-grid mad- DSO (Enemalta Plc) u id-DSO joħroġ ittra ta’ “No Objection” 


IT-TIENI PARTI
Kull persuna li tkun ġiet allokata tariffa feed-in permezz tal-proċess “L-Ewwel Parti: Għajnuna Operatorja” għandha tapplika lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma billi tuża l-Parti Tnejn ladarba is-sistema fotovoltajka tkun installata, u dan isir jew bil Part 2 fil-One-Stop-Shop (meta l-Ewwel Parti saret fil-One-Stop-Shop (jew bil formola It-Tieni Parti: Għajnuna Operatorja (meta l-Ewwel Parti  ma saritx bil-One-Stop-Shop). Dan sabiex:

  1. tikseb konferma tat-tariffa feed-in li tkun ġiet allokata; u
  2. tikseb Awtorizzazzjoni Regolatorja; u
  3. tikseb liċenzja biex tiġġenera l-elettriku għal dawk l-installazzjonijiet li ħarġitilhom “Authorisation to Construct”.

Aktar informazzjoni tinstab ukoll f’lista ta’ mistoqsijiet frekwenti (FAQs) hawn: Konfigurazzjonijiet ta’ multi ġeneraturi u mistoqsijiet frekwenti

Applikazzjoni biex titlob tariffa feed-in u biex tinnotifika jew titlob awtorizzazzjoni għal installazzjoni solari fotovoltajka b’kapaċità li tvarja minn 1kWp sa inqas minn 40kWp skont kif applikabbli:

IT-TIELET PARTI

Applikazzjonijiet sottomessi permezz tal-One-Stop-Shop, wara l-approvazzjoni tal-Part 2, jeħtieġ li jipproċedu bil-Part 3. Il-pass tal-Part 3 huwa meħtieġ biex tapplika mal-Enemalta plc biex tqabbad il-PV mal-grid u tiġi pprovduta bil-meters meħtieġa għall-kontijiet u l-ħlas tal-FIT minn ARMS Ltd.

F’każ ta’ applikazzjonijiet li ma jintbagħtux permezz tal-One-Stop-Shop, jeħtieġ li tapplika mal-Enemalta plc biex tqabbad l-installazzjoni PV mal-grid u tingħata l-meters meħtieġa għall-kontijiet u l-ħlas tal-FIT minn ARMS Ltd billi tissottometti l-PV Form ta’ ARMS Ltd flimkien mar-‘Regulatory Clearance’ u l-liċenzja (jekk applikabbli) maħruġa mir-REWS.

Nota Teknika

Guidance Notes on the Electricity Connection and Supply Regulations

1.2: Applikazzjoni biex Titlob Estensjoni ta’ Darba, ta’ 24 Xahar, ta’ l-eliġibilità għal tariffa feed-in tal- Installazzjoni Fotovoltajka (jekk applikabbli)

Skont ir-Regolamenti dwar Skema ta’ Tariffi Feed-in (Elettriku Ġenerat minn Stallazzjonijiet Fotovoltajċi tax-Xemx) (L.S. 545.27), l-allokazzjoni ta’ tariffa feed-in mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma permezz tal-proċess “L-Ewwel Parti: Għajnuna Operatorja” hija valida għal 12-il xahar:

  1. għal installazzjonijiet solari fotovoltajċi b’kapaċità nominali sa 16-il Amp għal kull fażi: valida għal 12-il xahar mid-data tal-ittra ta’ konferma tal-FiT;
  2. għal kapaċitajiet li jeċċedu s-16-il Amp għal kull fażi: valida għal 12-il xahar mid-data tal-Awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni tal-istazzjon tal-enerġija u d-data tal-ħruġ tad-dokument “Dettalji għad-DSO”.

Noti:

  1. Tista’ tintalab estensjoni ta’ darba, ta’ 24  xahar, tal-allokazzjoni tat-tariffa feed-in f’każ li l-installazzjoni solari fotovoltajka ma tkunx lesta u applikazzjoni lid-DSO għal konnessjoni mal-grilja elettrika ma tkunx ġiet sottomessa matul dan iż-żmien stipulat (12-il xahar).
  2. Din it-talba għall-estensjoni għandha tiġi sottomessa lir-Regolatur u f’dak il-każ l-installazzjoni solari fotovoltajka tiġi allokata t-tariffa feed-in disponibbli fid-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-estensjoni.
  3. L-estensjoni tibda tgħodd mill-ġurnata ta’ wara d-data meta jiskadi l-ewwel perjodu ta’ 12-il xahar, irrispettivament mid-data tat-talba għall-estensjoni.
  4. Fkaż li t-talba għall-estensjoni tiġi aċċettata, l-validità tan-notifika / awtorizzazzjoni, kif applikabbli, wkoll tiġi estiża awtomatikament.
  5. Il-Perjodu ta’ estensjoni hu ta’ 24-il xahar għal applikazzjonijiet oriġinarjament approvati b’ ittra ta’ konferma tal-FiT jew tal- ħruġ tad-dokument “Dettalji għad-DSO” qabel is-sena 2023; 12-il xahar għal dawk l-applikazzjonijiet oriġinarjament approvati b’ ittra ta’ konferma tal-FiT jew tal- ħruġ tad-dokument “Dettalji għad-DSO” mill- 1 ta’ Jannar 2023.

Kull persuna li tixtieq titlob estensjoni ta’ tariffa feed-in għandha tapplika lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma billi tuża l-formola Estensjoni ta’ PV FiT.

Formola tal-Applikazzjoni:

1.3: Applikazzjoni biex Titlob Tibdil fir-Rigward ta’ Installazzjoni Fotovoltajka Eżistenti

Jekk persuna jkollha bżonn tagħmel xi tibdil fir-rigward ta’ kwalunkwe sistema PV eżistenti, trid tissottometti applikazzjoni bil-miktub lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma. Ir-Regolatur jaċċetta applikazzjonijiet għal dawn it-tibdiliet fir-rigward ta’ installazzjoni PV eżistenti:

  1. bidla tas-sid (trasferiment tal-liċenzja) tal-installazzjoni solari fotovoltajka;
  2. bidla fl-użu tal-post;
  3. bidla fl-indirizz tal-meter tal-PV jew il-punt ta’ konnessjoni (flimkien ma’, jew mingħajr, rilokazzjoni tal-installazzjoni solari fotovoltajka);
  4. trasferiment ta’ PV minn meter għal ieħor biex jiġu konnessi flimkien żewġ installazzjonijiet PV eżistenti fuq l-istess meter (Shifting and Add-on).

L-applikant irid jissottometti din l-applikazzjoni lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma f’każ ta’ applikazzjoni biex jitlob kwalunkwe bidla minn dawk elenkati hawn fuq:

Flimkien ma’ din l-applikazzjoni, jekk il-bidla mitluba tikkonsisti f’:

  1. Bidla fis-sid (trasferiment tal-liċenzja) tal-installazzjoni solari fotovoltajka, l-applikant ikun mitlub ukoll jissottometti din il-formola kompluta: Trasferiment ta’ liċenzja għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.
  2. Bidla fl-indirizz tal-meter tal-PV jew il-punt ta’ konnessjoni (flimkien ma’, jew mingħajr, rilokazzjoni tal-installazzjoni solari fotovoltajka), għal installazzjoni solari fotovoltajka b’kapaċità nominal sa 16-il Amp, l-applikant irid jissottometti wkoll din il-formola kompluta: Applikazzjoni għal Notifika PV. v20
  3. Bidla fl-indirizz tal-meter tal-PV jew il-punt ta’ konnessjoni (flimkien ma’, jew mingħajr, rilokazzjoni tal-installazzjoni solari fotovoltajka), għal installazzjonijiet li jeċċedu s-16-il Amp kull fażi, l-applikant ikun meħtieġ jissottometti wkoll din il-formola kompluta: Applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni PV. v28

2: Referenzi Legali

Regolamenti dwar Skema ta’ Tariffi Feed-in (Elettriku Ġenerat minn Stallazzjonijiet Fotovoltajċi tax-Xemx) (L.S. 545.27)

Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S. 545.34)

3: Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma

  • Dettalji / numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u/jew in-numru tal-VAT tal-applikant skont kif applikabbli;
  • Dettalji / numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u/jew in-numru tal-VAT tas-sid preċedenti/id-detentur preċedenti tal-liċenzja, skont kif applikabbli, f’każ ta’ trasferiment;
  • Dettalji / numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u/jew in-numru tal-VAT tas-sid il-ġdid/id-detentur il-ġdid tal-liċenzja, skont kif applikabbli, f’każ ta’ trasferiment;
  • Firma tal-applikant bl-idejn (jew tar-rappreżentanti legali kollha f’każ ta’ kumpanija jew soċjetà) meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
  • Firma bl-idejn, tas-sid preċedenti/id-detentur preċedenti tal-liċenzja (jew tar-rappreżentanti legali kollha f’każ ta’ kumpanija jew soċjetà) meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni f’każ ta’ trasferiment;
  • Firma bl-idejn, tas-sid il-ġdid/id-detentur il-ġdid tal-liċenzja (jew tar-rappreżentanti legali kollha f’każ ta’ kumpanija jew soċjetà) meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni f’każ ta’ trasferiment.

4: Tip ta’ Evidenza li Għandha Tiġi Sottomessa

L-Ewwel Parti: Għajnuna Operatorja PV

  1. Kopja(i) tal-karta(i) tal-identità jew tal-passaport(i) tal-applikant jew tar-Rappreżentant(i) Legali f’każ ta’ kumpanija / Organizzazzjoni Legali.
  2. F’każ ta’ kumpanija jew organizzazzjoni, kopja uffiċjali tal-Memorandum u Statut ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija, jew kopja tal-istatut tal-organizzazzjoni li jindika l-President u s-Segretarju, eż. f’każ ta’ każin tal-banda, jew kopja taċ-ċertifikat tal-VAT jekk l-applikant ikun kummerċjant waħdieni.
  3. Jekk l-installazzjoni tkun se tiġi installata fuq proprjetà ta’ partijiet terzi, kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport tas-sid jew l-okkupant tas-sit, jew tar-Rappreżentant Legali f’każ li s-sid jew l-okkupant tas-sit ikun kumpanija / Organizzazzjoni Legali, u f’dak il-każ ikun meħtieġ ukoll il-Memorandum u Statut ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija jew kopja tal-istatut tal-organizzazzjoni li jindika l-President u s-Segretarju.
  4. Ritratti tas-sit propost għall-installazzjoni.
  5. Jekk l-installazzjoni solari fotovoltajka mhix se tiġi installata fuq bejt ta’ bini eżistenti, jintalab permess mill-Awtorità tal-Ippjanar, jew inkella ittra mill-istess Awtorità tal-Ippjanar li tikkonferma li ma jenħtieġx permess.
  6. Kopja ta’ kont tal-elettriku riċenti tas-sit propost.
  7. Dettalji tekniċi tal-ġeneratur PV u dikjarazzjoni ffirmata minn inġinier elettriku bil-warrant.
  8. F’każ ta’ kumpanija jew organizzazzjoni legali, iridu jiġu sottomessi d-dettalji tar-Rappreżentant Legali.
  9. Dikjarazzjoni ffirmata mis-sid u/jew l-okkupant tas-sit fejn qed tiġi proposta l-installazzjoni PV, li tikkonferma li m’hemm l-ebda impediment legali għall-installazzjoni, u jekk l-applikant mhux is-sid/l-okkupant, li tagħti permess lill-applikant biex jinstalla s-sistema fotovoltajka fuq is-sit propost (inkluża f’Taqsima E tal-formol tal-Ewwel Parti Għajnuna Operatorja).
  10. Stima ta’ l-ispejjeżi tal-proġett (inkluża l-VAT)
  11. Dikjarazzjoni dwar għajnuna mill-Istat De Minimis riċevuta mill-applikant fis-sena fiskali kurrenti (sena li fiha tkun qed tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni) sad-data tad-dikjarazzjoni fl-applikazzjoni biex tibbenefika minn tariffa feed-in u l-għajnuna De Minimis riċevuta matul is-sentejn fiskali preċedenti.
     

It-Tieni Parti: Għajnuna Operatorja PV

  1. Ritratti tal-installazzjoni solari fotovoltajka, kif installata;
  2. Kuntratt tax-xiri jew l-ekwivalenti, datat u ffirmat kemm mill-fornitur tal-PV kif ukoll mill-applikant;
  3. Ritratt tat-tally plate tal-invertitur(i), datat u bil-firma oriġinali tal-inġinier elettriku bil-warrant;
  4. Ittra li tikkonferma li m’hemmx oġġezzjoni maħruġa mid-DSO (Enemalta plc) għal installazzjoni fotovoltajka b’kapaċità nominali li teċċedi 16-il Amp għal kull fażi.

Talba għal estensjoni:

  1. F’każ ta’ sistema PV b’kapaċità nominali li teċċedi 16-il Amp għal kull fażi, ittra li tikkonferma li m’hemmx oġġeżżjoni maħruġa mid-DSO (Enemalta plc).

Talba għal bidla fis-sid:

  1. F’każ li s-sid il-ġdid ikun:
    1. kumpanija, trid tiġi sottomessa kopja tal-Memorandum u Statut ta’ Assoċjazzjoni uffiċjali tal-kumpanija;
    2. organizzazzjoni, trid tiġi sottomessa kopja tal-istatut li jidentifika l-President u s-Segretarju, eż. f’każ ta’ każin tal-banda;
    3. kummerċjant waħdieni, trid tiġi sottomessa kopja taċ-ċertifikat tal-VAT.
  2. F’każ ta’ installazzjoni fotovoltajka b’kapaċità nominali li teċċedi 16-il Amp għal kull fażi, trid tiġi sottomessa ittra maħruġa mid-DSO (Enemalta plc) li tikkonferma li m’hemmx oġġeżżjoni għall-bidla fis-sid.

5: Tariffi Applikabbli

  • Ma tapplika l-ebda tariffa għal installazzjoni fotovoltajka b’kapaċità nominali taħt l-40kWp.
  • Ma tapplika l-ebda tariffa għal talba għal estensjoni jew talba għal bidla fir-rigward ta’ installazzjoni fotovoltajka eżistenti.

6: Penali u Reati

Regolament 59 (1) tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S. 545.34)  jistabbilixi li kull min jikser xi dispożizzjoni tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku jew ta’ xi kondizzjoni tal-liċenzja jew ta’ xi awtorizzazzjoni jew approvazzjoni maħruġa taħthom, ikun ħati ta’ reat u jista’, meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux iżjed minn disgħa u sittin elf euro (€69,000) jew ta’ elf u tliet mitt euro (€1,300) għal kull ġurnata li matulha jkompli dak ir-reat.

Regolament 59(2) tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S. 545.34)   jistabbilixi li kwalunkwe persuna li, meta tkun meħtieġa jew tiġi mitluba informazzjoni taħt dawn ir-regolamenti mir-Regolatur xjentement jew b’negligenza –

  1. tagħti informazzjoni falza, mhux eżatta jew qarrieqa; jew 
  2. tipprovdi informazzjoni mhux kompluta; jew
  3. tonqos, mingħajr ebda raġuni valida, milli tipprovdi l-informazzjoni mitluba fiż-żmien mogħti lilha; jew
  4. twaqqaf jew tfixkel xi investigazzjoni; jew
  5. iġġib jew tipprovdi, jew tikkaġuna jew xjentement tippermetti li jinġieb jew jiġi provdut, xi dokument jew informazzjoni li tkun taf li hija falza f’xi aspett materjali,

tkun ħatja ta’ reat u tista’, meta tinstab ħatja, teħel multa ta’ mhux inqas minn elf euro (€1,000) u mhux iżjed minn sittin elf euro (€60,000) għal kull ġurnata li matulha jkompli dak in-nuqqas.

Regolament 59(3)  tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S. 545.34) jistabbilixi  li  meta persuna tonqos milli tħares id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti jew ta’ xi liċenza jew kondizzjoni ta’ awtorizzazzjoni għal perjodu ta’ mhux iżjed minn tliet (3) xhur, ir-Regolatur jista’ jirrevoka dik il-liċenza jew awtorizzazzjoni.

Regolamenti 60(1) u 60(2)  tar-Regolamenti Dwar l-Elettriku (L.S. 545.34)  jistabbilixxu li r-Regolatur jista’ jimponi multa amministrattiva fuq kull persuna li tikser xi dispożizzjoni tar-regolamenti jew li tonqos milli tikkonforma ma’ xi direttiva jew deċiżjoni mogħtija mir-Regolatur biex jiżgura konformità mar-regolamenti u din il-multa:

  1. ma għandhiex  teċċedi mitt elf euro (€100,000) għal kull kontravenzjoni u, jew sitt mitt euro (€600) għal kull ġurnata ta’ nuqqas ta’ konformità, mid-data tal-għoti tad-deċiżjoni tar-Regolatur:
  2. f’każ ta’ intrapriżi, inklużi intrapriżi integrati vertikalment jew korp ġuridiku, multa sa għaxra fil-mija (10%) talqligħ annwali konċernat fis-sena kummerċjali preċedenti tista’ tiġi imposta ukoll jekk dik il-multa tirriżulta f’ammont li jaqbeż il-limitu ta’ mitt elf euro (€100,000).

7: Skadenzi jew Perjodu ta’ Żmien Indikattiv li r-Regolatur Jeħtieġ għat-Twettiq tal-Proċedura

L-ebda perjodu speċifiku għat-tlestija tal-proċedura ma huwa stabbilit bil-liġi.
Ġeneralment, applikazzjoni tiġi pproċessata fi żmien 10 ijiem sakemm ma jkunu meħtieġa l-ebda kjarifiki u/jew spezzjoni tas-sit.

Ir-Regolatur għas-Servizzi ta’ l-Enerġija u l-Ilma jippubblika lista ta’ applikazzjonijiet għal tariffa feed-in sottomessi lilu u l-istatus rispettiv tagħhom, fuq il-websajt tar-Regolatur u din il-lista tiġi aġġornata perjodikament. L-applikanti jistgħu jirreferu għall-link li ġejja: PV Capping Status.
 

8: Regoli dwar Nuqqas ta’ Tweġiba Mingħand ir-Regolatur u Konsegwenzi Legali

B’mod ġenerali, il-Liġi Amministrattiva Maltija tistabbilixxi li fin-nuqqas ta’ risposta din hija interpretata li tkun ekwivalenti għal rifjut u l-applikant għandu dritt li jappella.

9: Mezzi ta’ Rimedju u Appell

F’każ ta’ rifjut tal-allokazzjoni ta’ tariffa feed-in (stadju tal-Parti 1) jew nuqqas ta’ konferma tat-tariffa feed-in (stadju tal-Parti 2) l-applikant jista’ japplika għar-reviżjoni tar-rifjut tal-Valutazzjoni tat-tariffa feed-in. Kumitat fi żmien 20 jum mid-data tal-ittra tar-rifjut.

Kwalunkwe deċiżjoni meħuda mir-Regolatur, inkluż ir-rifjut ta’ applikazzjoni għal jew l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew liċenzja, tista’ tkun soġġetta għal appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva stabbilit bl-Artikolu 5 tal-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva.

10: Awtorità Kompetenti

Trid tissottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha relatata fil-format oriġinali. Kopja elettronika tal-formola Part 1 PV Operating Aid flimkien mad-dokumentazzjoni relatata kollha msemmija fil-formola tal-applikazzjoni trid tintbagħat ukoll permezz ta’ imejl lil pv_fit@rews.org.mt. Id-data u l-ħin tal-imejl imsemmija iktar qabel, kif irċevuti mir-Regolatur, huma d-data u l-ħin ikkunsidrati għall-allokazzjoni tat-tariffa feed-in. Il-formoli tal-applikazzjoni oriġinali flimkien mad-dokumentazzjoni relatata kollha għandhom jintbagħtu jew bil-posta jew bl-idejn lil:

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
Zentrum Business Centre,
Level 1,
Mdina Road,
Qormi, QRM 9010,
Malta.