MLT
REWS

Skemi ta' Feed-In Tariffs

Last updated Dec 17, 2025

Skemi ta’ Feed-In Tariffs

Mistoqsijiet Frekwenti

1. X’inhi t-tariffa feed-in?

Tariffa feed-in hija tariffa li titħallas lil produttur tal-elettriku għall-ammont ta’ elettriku ġġenerat u esportat lejn il-grilja tal-elettriku.

It-tariffi feed-in għall-elettriku prodott minn sistemi fotovoltajċi solari (sistemi PV) ġew introdotti għall-ewwel darba fl-10 ta’ Settembru 2010. Qabel din id-data, is-sistemi PV kienu qed jiġu mqabbdin mal-grilja u l-elettriku mibgħut lill-grilja kien jiġi kkumpensat permezz ta’ arranġament ta’ Net Metering. Dan l-aħħar arranġament m’għadux disponnibli għal kwalunkwe sistema PV approvata wara l-10 ta’ Settembru 2010. Nhar l-10 ta’ Settembru 2010, il-Gvern ħabbar tariffa feed-in għall-elettriku prodott permezz ta’ sistemi fotovoltajċi. Mill-ewwel introduzzjoni tagħhom f’Settembru 2010 ġew introdotti diversi skemi tariffarji feed in permezz ta’ emendi għar-Regolamenti tat-tariffa feed-in.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-istorja tat-tariffi feed-in minn Settembru 2010 sal-iskemi tat-tariffi feed-in disponibbli bħalissa billi ssegwi din il-link: Aġġornament tat-Tabella tal-Iskemi FIT.

2. Hemm xi skemi ta’ tariffi feed-in disponibbli bħalissa?

Għal informazzjoni dwar l-iskemi ta’ tariffi feed in li huma disponibbli bħalissa, jekk jogħġbok irreferi għat-tabella “Tabella tal-Iskema FiT” fl-FAQ1, u għall-paġna “Status tal-Limitu tal-PV”:https://www.rews.org.mt/#/en/a/82-pv-capping-status li jiġu aġġornati regolarment.

3. X’se tkun it-tariffa feed-in tiegħi jekk l-għotja fuq l-investiment inizjali ta’ sistema PV li tiġi installata f’post residenzjali hija ta aktar minn 50%?

Jekk l-għotja taqbeż il-50%, it-tariffa feed-in applikabbli hija ekwivalenti għat-tariffa feed-in ta’ sistema PV installata f’post residenzjali mnaqqsa b’0.2ċ għal kull għotja ta’ 1% riċevuta ‘l fuq mill-50%. Jekk dan il-kalkolu jirriżulta f’rata ta’ tariffa feed-in li hija inqas mill-prezz tas-suq ta’ l-Elettriku allura t-tariffa feed-in tkun ekwivalenti għall- prezz tas-suq ta’ l-Elettriku. Għat-tariffa feed-in applikabbli fil-każ tiegħek fejn il-PV qed tibbenefika minn għotja tad-dar sa 50% irreferi għat-tabella fil-FAQ 1.

4. Hemm xi limitu fuq il-kapaċità totali li tista’ tiġi approvata bħala tariffa feed-in?

Iva, kapaċità totali massima hija disponibbli għall-allokazzjoni ta’ tariffa feed-in taħt it-Tariffa Feed-in (L.S.545.27) ħlief għat-tariffa feed-in allokata lil PVs li jibbenefikaw minn għotja. Għal aktar dettalji ara t-tabella fil-FAQ 1. Ta’ min jinnota wkoll li mis-sena 2021, l-iskemi ta’ tariffi feed-in introdotti taħt L.S.545.27 jindirizzaw biss PVs b’kapaċità ta’ inqas minn 40kWp. Kwalunkwe teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli inklużi PVs b’kapaċità ta’ 40kW jew aktar tista’ tingħata appoġġ permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti (ITB). Link hawn: https://www.rews.org.mt/tenders/

5. Fejn u meta għandi napplika għal tariffa feed-in?

Filwaqt li hemm tariffa feed-in disponibbli għall-allokazzjoni, tista’ tissottometti talba lir-Regolatur biex tibbenefika minn tariffa feed-in għal PV inqas minn 40kWp permezz ta’ applikazzjoni online. Tista’ ssib aktar informazzjoni billi żżur il-websajt tar-Regolatur taħt l-intestatura. https://www.rews.org.mt/services/authorisation-and-notification-pvs-feed-in-tariff-40-kwp/

6. Nista’ nesporta kwalunkwe ammont ta’ kWh u nitħallas bit-tariffa feed-in?

Le, it-tariffa feed-in titħallas għall-elettriku esportat skond il-limitu kif stabbilit mill-iskema tat-tariffa feed-in kif spjegat hawn taħt:

(i). Fil-każ ta’ sistema PV li l-installazzjoni tagħha ġiet approvata tariffa feed-in mill-Awtorità Maltija dwar ir-Riżorsi qabel il-31 ta’ Diċembru 2012, japplikaw il-limiti li ġejjin fuq l-elettriku esportat u mħallas mit-tariffa feed-in applikabbli:

a) Fil-każ ta’ PV installata fuq bini residenzjali jew domestiku, l-ammont ta’ elettriku esportat kull sena lejn il-grilja tal-elettriku u mħallas mit-tariffa feed-in applikabbli huwa limitat għall-ammont ekwivalenti għal kWp tal-installazzjoni mmultiplikat b’1600 iżda sa mhux aktar minn 4800kWh fis-sena; u

b) Fil-każ ta’ PV installata fuq bini għal użu kummerċjali, l-ammont ta’ elettriku esportat kull sena lejn il-grilja tal-elettriku u mħallas mit-tariffa feed-in applikabbli huwa limitat għall-ammont ekwivalenti għal kWp installat u mmultiplikat b’1600 iżda mhux aktar minn 160,000kWh fis-sena.

(ii). Fil-każ ta’ sistema PV li l-installazzjoni tagħha ġiet approvata mill-Awtorità Maltija dwar ir-Riżorsi jew mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma wara l-1 ta’ Jannar 2013, l-ammont ta’ elettriku esportat kull sena lejn il-grilja tal-elettriku u mħallas mit-tariffa feed-in applikabbli huwa limitat għall-ammont ekwivalenti għall-kWp tal-installazzjoni mmultiplikat b’1600.

a) Fil-każ ta’ PV installata fuq bini residenzjali jew domestiku, l-ammont ta’ elettriku esportat kull sena lejn il-grilja tal-elettriku u mħallas mit-tariffa feed-in applikabbli huwa limitat għall-ammont ekwivalenti għal kWp tal-installazzjoni mmultiplikat b’1600 iżda sa mhux aktar minn 4800kWh fis-sena; u

b) Fil-każ ta’ PV installata fuq bini għal użu kummerċjali, l-ammont ta’ elettriku esportat kull sena lejn il-grilja tal-elettriku u mħallas mit-tariffa feed-in applikabbli huwa limitat għall-ammont ekwivalenti għal kWp installat u mmultiplikat b’1600 iżda mhux aktar minn 160,000kWh fis-sena.

(ii). Fil-każ ta’ sistema PV li l-installazzjoni tagħha ġiet approvata mill-Awtorità Maltija dwar ir-Riżorsi jew mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma wara l-1 ta’ Jannar 2013, l-ammont ta’ elettriku esportat kull sena lejn il-grilja tal-elettriku u mħallas mit-tariffa feed-in applikabbli huwa limitat għall-ammont ekwivalenti għall-kWp tal-installazzjoni mmultiplikat b’1600.

7. X’jiġri jekk nesporta lejn il-grilja aktar mil-limitu permess għas-sistema PV tiegħi?

Kwalunkwe unit tal-elettriku esportat ‘l fuq mil-limitu allokat se jiġi mħallas skont il- prezz tas-suq stabbilit skont ir-Regolamenti dwar l-Elettrikuta’ Enemalta plc u kif applikabbli fis-sena partikolari li fiha ġew esportati it-tali units. Il-prezz tas-suq tal-elettriku ġeneralment jitħabbar fuq bażi annwali.

8. Nista’ nbigħ l-elettriku kollu prodott mis-sistema PV tiegħi?

Iva, tista’ tagħżel li tbigħ l-elettriku kollu ġġenerat mis-sistema PV tiegħek lil Enemalta plc, u titħallas it-tariffa feed-in skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-iskema tat-tariffa feed-in approvata għal dawn il-finijiet. Mill-banda l-oħra, kwalunkwe unit li tikkonsma inti tħallas bit-tariffi tal-elettriku applikabbli għall-provvista tal-elettriku minn Enemalta plc.

Din l-għażla hija magħrufa aħjar bħala: “Biegħ l-elettriku kollu prodott mis-sistema PV” jew “Esportazzjoni Sħiħa” (Full Export).

9. Nista’ nikkonsma l-elettriku prodott mis-sistema PV tiegħi minflok ma nesportah lejn il-grilja?

Iva, tista’ tagħżel li tikkonsma l-elettriku ġġenerat mill-PV tiegħek fil-ħin li jiġi prodott. Kwalunkwe unit li ma jiġix ikkunsmat f’dak il-ħin partikolari, jiġi esportat lejn il-grilja u inti titħallas bit-tariffa feed-in u skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-iskema tat-tariffa feed-in approvata għal dawn il-finijiet. Mill-banda l-oħra, inti tħallas għal kull unit li jiġi importat minn Enemalta plc għall-konsum tiegħek, skond it-tariffi tal-elettriku applikabbli għall-provvista tal-elettriku minn Enemalta plc. Din l-għażla hija magħrufa aħjar bħala “Biegħ biss l-elettriku li jiġi prodott u mhux ikkunsmat jiġifieri esporta l-elettriku prodott li jaqbeż il-konsum” jew “Esportazzjoni Parzjali” (Partial Export). Nota: Din l-għażla mhijiex disponibbli għal installazzjonijiet ta’ sistemi PV ta’ terzi persuni jiġifieri installazzjonijiet ta’ sistemi PV installati f’sit fejn is-sid tal-PV mhuwiex il-konsumatur. F’każijiet bħal dawn, is-sid tal-installazzjoni PV m’għandu l-ebda għażla oħra ħlief li jbigħ l-elettriku kollu ġġenerat mill-installazzjoni u esportat lejn il-grilja lill-Enemalta plc.

10. Meta jkolli nindika l-għażla tiegħi rigward il-bejgħ tal-elettriku ġġenerat mis-sistema PV tiegħi u esportat lejn il-grilja, jkun possibbli li nibdel din il-għażla?

Meta tissottometti applikazzjoni lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma għal sistema PV ġdida, l-applikant huwa meħtieġ jindika l-għażla preferuta tiegħu (Biegħ Kollox jew Ġenera Primarjament għall-konsum tiegħek) rigward il-bejgħ tal-elettriku ġġenerat mis-sistema PV. Aktar tard, huwa possibbli li tinbidel l-għażla indikata inizjalment, fejn applikabbli, billi tissottometti Formola R tal-ARMS Ltd direttament lill-ARMS Ltd kemm matul is-snin li fihom it-tariffa feed-in hija applikabbli u/jew wara li jiskadi dan il-perjodu. L-ebda dokumentazzjoni ma hi meħtieġa mir-REWS biex tinbidel l-għażla.

Madankollu, mhux possibbli li tinbidel l-għażla rigward il-bejgħ tal-elettriku ġġenerat mis-sistema PV fil-każijiet li ġejjin:

a) installazzjoni minn terzi persuni fejn l-unika għażla hija Sell All (jiġifieri s-sid tal-PV mhuwiex il-konsumatur irreġistrat ma’ ARMS Ltd. fil-post fejn hija installata tali installazzjoni) JEW

b) fejn Enemalta plc tkun qablet speċifikament mas-sid tal-PV matul l-evalwazzjoni tal-proposta għall-ħruġ tal-ittra ta’ “Ebda Oġġezzjoni” dwar liema għażla hija applikabbli

c) fejn fuq il-post ikun hemm aktar minn sistema PV waħda installata u kull waħda konnessa ma’ tariffa feed-in differenti u l-meter iddedikat tagħha stress. F’dan il-każ, ikun possibbli biss li tinbidel l-għażla ta’ sistema PV installata u assoċjata ma kont maħsub għall-konsum tal-elettriku mill-grilja.  d) fejn l-amministratur tas-sit, eżempju fil-każ ta’ PV installata fuq sit tal-INDIS, u meta l-entità li tamministra l-parks industrijali pubbliċi (INDIS), tkun speċifikament għamlet kundizzjoni li l-eletriku prodott għandu jkun għall-konsum tas-sit l-ewwel.

11. Għandi smart meter installat. Xorta hemm bżonn li jiġi installat il-meter tal-PV?

Iva, irid jiġi installat meter ieħor. Normalment il-konnessjoni ta’ sistema PV mal-grilja teħtieġ meter tal-PV u meter tal-importazzjoni/esportazzjoni, it-tnejn ipprovduti minn Enemalta plc.

Il-meter tal-PV ikejjel l-elettriku kollu prodott mis-sistema PV u jekk tagħżel li tbigħ l-elettriku kollu prodott mill-PV tiegħek, il-ħlas ikun ibbażat fuq il-qari tal-meter tal-PV.

12. X’inhu meter tal-importazzjoni/esportazzjoni?

Meter tal-importazzjoni/esportazzjoni huwa meter tal-elettriku li jista’ jkejjel:

  • l-elettriku żejjed iġġenerat mill-PV tiegħek li ma jiġix ikkunsmat fil-post tiegħek u jiġi esportat lejn il-grilja, jiġifieri l-“EXPORT”; fuq il-kont tiegħek u normalment muri bħala “Export info” mill-smart meter.
  • l-ammont ta’ elettriku li jiġi importat mill-grilja, li jiġi fornut minn Enemalta plc jiġifieri l-“IMPORT” fuq il-kont tiegħek u normalment muri bħala “Consmption” mill-smart meter.

13. Kif ser nitħallas bit-tariffa feed-in?

Għal sistema PV b’kapaċità ta’ inqas minn 100kWp, Enemalta plc tista’ tnaqqas l-ammont dovut lilek għall-elettriku ġġenerat mill-installazzjoni PV tiegħek u esportat lejn il-grilja mill-ammont dovut lil Enemalta plc għall-provvista tal-elettriku. Fil-każ fejn l-ammont dovut lilek mill-elettriku esportat mis-sistema PV jaqbeż l-ammont fatturat għall-konsum tal-elettriku għal perjodu ta’ kontijiet partikolari, it-tali ammont jinġarr ‘il quddiem fil-forma ta’ nota ta’ kreditu. Meta żewġ kontijiet skedati konsekuttivi bbażati fuq qari attwali tal-meter jintwerew li huma fil-kreditu, Enemalta plc hija obbligata li tħallaslek il-kreditu fi żmien sittin jum mid-data tat-tieni kont skedat. Jekk jogħġbok irreferi għal ARMS Ltd biex tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tippermetti l-kreditu ta’ tali ammonti direttament fil-kont bankarju tiegħek.

14. Kif se titħallas it-tariffa feed-in għal sistema PV b’kapaċità li taqbeż il-100kW?

Jekk is-sistema PV tiegħek għandha kapaċità ta’ 100kWp u ma jkun hemm l-ebda arranġament ta’ tpaċija kif spjegat fil-FAQ 13, Enemalta plc hija obbligata tħallaslek il-kreditu dovut wara li tnaqqas kwalunkwe ammont dovut minnek lil Enemalta plc, fi żmien sittin jum minn qari skedat tal-meter.

15. Irrid inħallas il-VAT u t-taxxa fuq id-dħul fuq il-flus li nirċievi mingħand Enemalta plc għall-units iġġenerati mis-sistema PV tiegħi?

It-tariffa feed-in pagabbli lill-familji huwa d-dħul‐Eżentat mit-taxxa u l-VAT. Id-dħul u l-ispejjeż relatati mas-sistemi PV installati f’bini użat għal skopijiet kummerċjali għandhom jitqiesu bħala parti min-negozju normali tal-kumpanija/entità kkonċernata.

16. Kif jiġi kkalkulat il-ħlas tat-tariffa feed-in?

Kemm għal “Biegħ l-elettriku kollu prodott mis-sistema PV” (jew Full Export) kif ukoll għal “Biegħ biss l-elettriku li jiġi prodott u mhux ikkunsmat” (jew Partial Export), il-konfigurazzjoni tal-kejl normalment tkun kif murija fil-Figura 1.

Figura 1

Innota li kWh hija il-unit ta’ elettriku kif imkejla mill-meter.

  • Fuq il-meter tas-sistema tal-PV, G ikejjel il-units kollha prodotti mis-sistema; f’dan l-eżempju, G = 1837 kWh
  • Il-meter tal-konsum fil-punt I/E ikejjel il-fluss tal-elettriku fil-bini (indiċjat b’I għal Importazzjoni) u
  • l-fluss tal-elettriku ‘l barra mill-bini għan-netwerk (indiċjat b’E għal esportazzjoni).

Il-qari użat biex jiġi kkalkulat x’inhu dovut lill-konsumatur għall-elettriku mibjugħ lil Enemalta plc u l-ammont dovut mill-konsumatur għall-elettriku mixtri mingħand Enemalta plc jiddependi fuq l-għażla tat-tariffa feed-in deskritta qabel u magħżula mill-konsumatur.


Esportazzjoni sħiħa (jew Full Export): Il-bejgħ tal-elettriku kollu prodott mis-sistema PV. Enemalta plc tħallas għall-elettriku ġġenerat mis-sistema PV (kif imkejjel fil-punt G) bil-kundizzjoni li dan ma jaqbiżx il-limitu għall-ħlas tat-tariffa feed-in, filwaqt li l-konsumatur irid iħallas għall-konsum kollu tal-elettriku. Il-konsum huwa effettivament dak li jitkejjel fil-punt C li kieku ikun installat meter hemmhekk. Madankollu, sabiex jiġi evitat li jkun hemm bżonn li jiġu konnessi tliet meters għas-sistemi PV, il-konsum fil-punt C huwa kkalkulat abbażi ta’ C = I + G – E.


Fl-eżempju ta’ Figura 1:

Elettriku ġġenerat u mħallas lill-konsumatur bit-tariffa feed-in = 1837kWh.

Il-bini fil-fatt ikkonsma 6748kWh + 1837kWh – 552kWh = 8033kWh u l-konsumatur iħallas dan il-konsum lil ARMS Ltd bir-rati tat-tariffa tal-konsum applikabbli. Din hija relazzjoni elettrika standard.

Biegħ biss l-elettriku li jiġi prodott u mhux ikkonsmat (Partial Export) jiġifieri huwa l-elettriku prodott li jaqbeż il-konsum. Enemalta plc tħallas lill-konsumatur għall-elettriku esportat mill-PV (kif imkejjel fil-punt E) bil-kundizzjoni li dan ma jaqbiżx il-limitu għall-ħlas tat-tariffa feed-in u l-konsumatur iħallas lil Enemalta plc għall-elettriku importat mill-grilja (kif imkejjel fil-punt I).

Fl-eżempju ta’ Figura 1:

Elettriku ġġenerat u mħallas lill-konsumatur bit-tariffa feed-in = 552kWh.

Il-bini fil-fatt ikkonsma 6748kWh + 1837kWh – 552kWh = 8033kWh iżda Il-konsumatur iħallas biss konsum ta’ 6748 kWh lil ARMS Ltd bir-rati tariffarji tal-konsum applikabbli.

17. It-tariffa feed-in tista tinbidel?

Le, jekk il-PV tiegħek huwa approvat fi skema ta’ tariffa feed-in, it-tariffa feed-in u l-perjodu ta’ garanzija għall-ħlas ta’ dik it-tariffa feed-in jibqgħu fissi u kif stabbilit mir-Regolamenti tat-tariffa feed-in għall-iskema partikolari. (Nota: Skema FIT ġdida tista’ titnieda fi kwalunkwe punt iżda skema bħal din imbagħad tkun applikabbli biss għal dawk l-installazzjonijiet approvati f’dik l-iskema partikolari ta’ tariffa feed-in).

18. Nista’ nagħżel bejn net metering u tariffa feed-in?

In-net metering kien disponibbli biss għas-sidien tal-PVs li diġà kienu konnessi mal-grilja qabel Settembru 2010 u m’għadux offrut bħala għażla. Dawk biss li diġà qed jibbenefikaw minn dan l-arranġament jistgħu jkomplu bil-ftehim li għandhom rigward net metering.

19. Diġà għandi sistema PV konnessa man-netwerk bl-arranġament ta’ net metering. Kif nista’ naqleb għall-provvista tal-elettriku‐fl-iskema tat-tariffi?

B’effett minn Awwissu 2015 mhux possibbli li wieħed jaqleb minn net metering għal tariffa feed-in.

20. Jekk irrid nibqa’ fuq l-arranġament ta’ net metering, għandi bżonn nagħmel xi ħaġa?

Le.

21. Nixtieq nibqa’ fuq l-arranġament ta’ net metering imma nixtieq inkabbar il-kapaċita tas-sistema PV, nista’ nagħmel dan?

Le, tista’ tibqa’ fuq l-arranġament ta’ net metering biss bil-kapaċita li kellha s-sistema PV fil-ħin tal-konnessjoni mal-grilja (jiġifieri meta Enemalta installat il-meter tal-PV u l-meter tal-importazzjoni/esportazzjoni).

22. Għandi sistema PV bl‐arranġament ta’ net metering. Nista’ ninstalla sistema PV bit-tariffa feed-in?

Iva, madankollu is-sistema PV il-ġdida trid tkun konnessa mal-grilja permezz ta’ meter għaliha u l-uniku arranġament possibbli f’dan il-każ huwa l-“Esportazzjoni sħiħa: Biegħ l-elettriku kollu prodott mis-sistemi PV” (jew Full Export). Il-proċedura tal-applikazzjoni għal tariffa feed-in indikata fit-tweġiba għall-Mistoqsija 5 hawn fuq tapplika fil-każ li tagħżel li tinstalla s-sistema PV il-ġdida.

23. Għandi sistema PV installata b’għotja (jew grant) u tariffa feed-in. Nista’ ninstalla sistema PV b’tariffa feed-in oħra?

Iva, madankollu is-sistema PV il-ġdida trid tkun konnessa mal-grilja permezz ta’ meter separat li jkun għaliha biss. L-uniku arranġament possibbli f’dan il-każ huwa l-“Esportazzjoni sħiħa: Il-bejgħ tal-elettriku kollu prodott mis-sistema PV” (jew Full Export). Il-proċedura tal-applikazzjoni għal tariffa feed-in indikata fit-tweġiba għall-Mistoqsija 5 hawn fuq tapplika wkoll f’dan il-każ.

24. Għandi sistema PV installata b’tariffa feed-in. Nista’ nżid il-kapaċità fuq l-istess meter tas-sistema PV u nibbenefika mit-tariffa feed-in ukoll għall-kapaċità addizzjonali li biħsiebi ninstalla?

Tista’ żżid kapaċità fuq l-istess meter PV madankollu titħallas biss it-tariffa feed-in oriġinali fuq il-kWp oriġinali installat u il-units esportati ‘l fuq minn dan il-limitu jitħallsu bil-prezz tas-suq stabbilit skont ir-Regolamenti dwar l-Elettriku. Xorta jkollok bżonn l-approvazzjoni minn qabel tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u Enemalta plc qabel ma żżid xi kapaċità tas-sistema PV. 

25. Meta jibda l-perjodu għall-ħlas garantit tat-tariffa feed-in?

Il-perjodu għall-ħlas garantit tat-tariffa feed-in jibda ladarba s-sistema PV tkun konnessa mal-grilja permezz tal-meter meħtieġ ipprovdut minn Enemalta plc.

26. B’liema rata se nitħallas għall-elettriku prodott u esportat wara l-iskadenza tal-perjodu għall-ħlas garantit tat-tariffa feed-in?

Kwalunkwe elettriku esportat lejn il-grilja se jiġi rimborżat minn Enemalta plc bil-valur tal-prezz tas-suq stabbilit skont ir-Regolamenti dwar l-Elettriku li qabel kien magħruf bħala il-prezz marġinali, li hija stabbilita fir-Raba’ Skeda għar-Regolamenti dwar l-Iskema ta’ tariffa feed-in (Elettriku Ġenerat minn Installazzjonijiet Fotovoltajċi Solari) jew fl-Erbgħa Skeda tar-Regolamenti tal-Elettriku (L.S. 545.34 mis-sena 2023 ’l hawn) u li tista’ tinbidel minn żmien għal żmien. Madankollu, bid-dħul fis-seħħ tal-avviż legali 61 tal-2021 fil-25 ta’ Frar 2021 fil-każ ta’ PV installata fuq post residenzjali jew domestiku b’tariffa feed-in għal 8 snin jew 6 snin, ir-rata applikabbli wara li jgħaddu t-8 snin jew is-6 snin hija ta’ 10.5ċ/kWh. L-10.5ċ/kWh imsemmija hawn fuq huma pagabbli għal 12-il sena fejn it-tariffa feed-in oriġinali kienet għal 8 snin jew 14-il sena fejn it-tariffa feed-in oriġinali kienet għal 6 snin.

Irreferi għall-mistoqsijiet numru 6 u 10.

27. Jekk ma nissodisfax ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ tariffa feed-in, xorta jkun possibbli li ninstalla sistema PV?

Iva, tista’ tapplika biex tinstalla sistema PV skont it-termini u l-kundizzjonijiet tar-Regolament 4A tar-regolamenti tat-tariffi feed in u titħallas il-prezz tas-suq stabbilit skont ir-Regolamenti dwar l-Elettriku għal kwalunkwe elettriku esportat lejn il-grilja. Normalment taħt dan l-arranġament is-sistema PV tiġi installata prinċipalment għall-konsum personali u l-eċċess jinbiegħ.

Tista’ ssib aktar informazzjoni billi żżur din il-il-paġna.

28. F’liema każijiet wieħed jista’ jew ma jistax jibbenefika mit-tariffa feed-in skont ir-Regolament 4C?

  • Fil-każ ta’ sistema PV installata f’post residenzjali jew domestiku mibjugħ bħala parti mill-imsemmi post, soġġett għas-sidien wara l-proċedura ta’ trasferiment tas-sjieda, is-sid il-ġdid ikun eliġibbli biex jibbenefika mit-tariffa feed-in skont ir-Regolament 4C sakemm il-post ikompli jaqa’ taħt il-kategorija ta’ post residenzjali jew domestiku skont ir-Regolamenti dwar il-Konnessjoni u l-Provvista tal-Elettriku (L.S.545.41).
  • Fil-każ ta’ sistema PV li qabel kienet installata fuq post residenzjali jew domestiku u sussegwentement mibjugħa biex tiġi installata f’post ieħor bħala installazzjoni użata, is-sid il-ġdid ikun eliġibbli biex jibbenefika mit-tariffa feed-in skont ir-Regolament 4C sakemm il-bidla fis-sjieda tkun irreġistrata kif suppost skont il-proċeduri tar-Regolatur u l-post il-ġdid jaqa’ taħt il-kategorija ta’ post residenzjali jew domestiku skont ir- Regolamenti dwar il-Konnessjoni u l-Provvista tal-Elettriku.
  • Fil-każ ta’ sistema PV installata f’post residenzjali jew domestiku rrappurtat lil REWS bħala dekummissjonata u sussegwentement mibjugħa, is-sid il-ġdid ma jkunx eliġibbli biex jibbenefika mit-tariffa feed-in skont ir-Regolament 4C.
  • Fil-każ ta’ sistema PV bit-tariffa feed-in oriġinali skaduta u dekummissjonata mis-sid, u sussegwentement l-istess sid jitlob li jerġa’ jqabbad is-sistema mal-grilja, dak is-sid ikun eliġibbli biex jibbenefika mit-tariffa feed-in skont ir-Regolament 4C sakemm ir-REWS ikun ġie infurmat bid-dekummissjonar skont il-proċeduri stabbiliti u r-REWS ikun jista’ jsegwi l-applikazzjoni. F’dan il-każ, is-sid jista’ japplika mar-REWS fil-forma meħtieġa u d-dritt għat-tariffa feed-in jiġi riattivat. Il-post irid jaqa’ taħt il-kategorija ta’ post residenzjali jew domestiku skont ir- Regolamenti dwar il-Konnessjoni u l-Provvista tal-Elettriku.

29. Jiena s-sid ta’ sistema PV li qed tibbenefika minn tariffa feed-in għal 20 sena, nista’ nibbenefika minn għotja tal-Għażla Ċ għal invertitur ibridu u ħażna ta’ batterija (Option C hybrid inverter and battery storage)?

Is-sidien ta’ sistema PV installata f’bini residenzjali inklużi dawk li jibbenefikaw minn tariffa feed-in għal 20 sena jistgħu jibbenefikaw minn “Għażla C Inverter Ibridu u ħażna tal-batterija” soġġett għall-kundizzjonijiet tal-iskema u fejn il-PV ikun ilu konness mal-grilja għal mill-inqas 6 snin li għandhom jibdew jitqiesu mid-data tal-konnessjoni tal-meter.

30. Għandi maisonette taħt blokka appartamenti u għandi aċċess u użu tas-saqaf, nista’ ninstalla Sistema PV fuq dan is-saqaf u nqabbdu mas-servizz/meter li jinsab fil-maisonette tiegħi?

Ir-Regolamenti dwar il-Konnessjoni u l-Provvista tal-Elettriku (L.S.545.41), b’mod partikolari r-regolament 22(6)(d) li għandu jkun jinqara flimkien mar-regolament 22A(c) tar-Regolamenti dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi (L.S. 545.24) kif emendati minn A.L.283 tal-2024, jipprevedu din is-sitwazzjoni. B’mod ġenerali, PV fuq il-bejt tal-blokka tal-appartamenti jista’ jkun imqabbad mas-servizz/meter ta’ maisonette, madankollu l-konnessjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi tar-regolamenti msemmija u bl-involviment ta’ inġinier elettriku kompetenti b’warrant.

L-istess prinċipju japplika għal kwalunkwe bini (eżempju garaxxijiet/ħanut/uffiċċju jew maisonette taħt maisonette oħra) fil-livell terran taħt bini ieħor meta l-bini terran ma jkunx fiżikament konness internament mas-saqaf.

31. Qed niżviluppa blokk ta’ appartamenti biex jinbiegħ komplut b’sistema PV. X’għażliet għandi biex nimplimenta dan il-proġett u biex dawn il-PVs jibbenefikaw minn tariffa feed-in?

Jekk trid tibbenefika mill-PV minn tariffa feed-in mingħajr għotja il-PV jiġi installat mill-iżviluppatur mingħajr ma tintalab tariffa feed-in, imbagħad wara l-iffirmar tal-kuntratt finali għat-trasferiment tas-sjieda tal-appartament/PV, is-sid il-ġdid japplika għal tariffa feed-in bir-rati u l-kundizzjonijiet applikabbli ta’ dik l-iskema u jirċievi l-konferma tat-tariffa feed-in. L-applikant fil-Parti 2 ikollu jipprovdi kopja tal-ftehim tax-xiri tal-iżviluppatur għax-xiri tas-sistema PV, li jindika l-ispiża tas-sistema PV, il-pannelli, l-inverter u l-ispejjeż tal-installazzjoni.

ĊAĦDA

L-informazzjoni pprovduta hija għal gwida ġenerali għar-Regolamenti Dwar Skeam Ta’ Tariffi Feed in (Eletrikku Ġenerat Minn Stallazzjonijiet Fotovoltajċi tax-Xemx), (SL 545.27). Madankollu, ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta li hija ta’ natura ġenerali biss. Din l-informazzjoni mhijiex maħsuba biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ xi individwu jew entità partikolari, mhux neċessarjament komprensiva, kompluta, preċiża jew aġġornata u mhijiex parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist kwalifikat kif suppost).

Ir-Regolamenti Dwar Skema Ta’ Tariffi Feed in (Eletrikku Ġenerat Minn Stallazzjonijiet Fotovoltajċi tax-Xemx), (SL 545.27) biss, inklużi kwalunkwe emenda ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern huma meqjusa awtentiċi.

Dawn li ġejjin huma l-lista tal-avviżi legali konsolidati:

Spjegazzjoni tat-Tariffa feed-in tat-Turbini tar-Riħ Mikro (Microwind Turbines)

Turbini tar-riħ mikro (turbini tar-riħ b’kapaċità ta’ inqas minn 20kW) installati u konnessi mal-grilja fis-sena 2011 u mill-2011 ‘il quddiem qed jiġu offruti l-istess għażliet li qed jiġu offruti is-sistemi PV jiġifieri:

  • Għażla 1: Esportazzjoni sħiħa (Full Export) – Il-bejgħ tal-elettriku kollu prodott mit-turbina tar-riħ JEW
  • Għażla 2: Esportazzjoni Parzjali (Partial Export) – Il-konsum tal-elettriku prodott mit-turbina tar-riħ l-ewwel u l-esportazzjoni tal-ammont ta’ elettriku prodott li jaqbeż il-konsum.

It-tariffa mħallsa għall-elettriku prodott mit-turbina tar-riħ u esportat lejn il-grilja hija bil-prezz tas-suq għall-elettriku, li qabel kien magħruf bħala l-ispiża marġinali, huwa stabbilit fir-Raba’ Skeda għar-Regolamenti dwar l-Iskema tat-Tariffi Feed-in (Elettriku Ġenerat minn Installazzjonijiet Fotovoltajċi Solari) jew fir-Raba’ Skeda għar-Regolamenti dwar l-Elettriku (L.S.545.34) mis-sena 2023.

Il-konfigurazzjoni tal-kejl użata biex tqabbad it-turbini tar-riħ mikro mal-grilja hija identika għal dik tas-sistemi PV.